Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778
32 illum Il-Ħadd 06 ta' April 2014 SPORTSillum Il-karta tal-kreditu tal- Manchester United META Charles Mizzi beda jaħdem ma' Banif Bank ftit li xejn ħaseb li se jkollu l-opportunità li jlaqqa' d-dinja tax-xogħol mal-passjoni tiegħu – il- Manchester United. Meta l-Bank iddeċieda li kien opportun li jesplora prodott innovattiv ieħor, Charles kien wieħed mit-tim li ħadem biex tnediet il-Manchester United Credit Card. Kif nibtet din l-idea li toffru l-Manchester United Credit Card? Ridna noffru lill-klijenti xi ħaġa differenti – xi ħaġa li tikkombina prodott finanzjarju attraenti mal-passjoni tal- isport u l-futbol – passjoni universali li tolqot kull ġeneru ta' nies. U bħal ma nagħmlu dejjem, morna għall-aħjar – Manchester United! Ta' min isemmi li parti mit-tim li mexxa n-negozjati mal- Manchester United kien hemm partitarju akkanit tar-rivali eterni, Liverpool! Il-kard ta' kreditu hi l-ewwel waħda tat-tip tagħha f 'Malta Iva! Banif Bank jagħmel sforz biex joħroġ b'ideat friski u bi prodotti interessanti li huma ġodda għas-suq Malti. Aħna naħdmu f 'suq kompetittiv u waqt li noffru firxa sħiħa ta' prodotti finanzjarji, nippruvaw ukoll nintroduċu fis-suq prodotti innovattivi u nżommu r-reputazzjoni ta' bank alternattiv. Il-Manchester United Credit Card ta' Banif Bank twiegħed esperjenzi li ma jinxtrawx. Tliet klijenti tagħna marru Old Trafford biex jesperjenzaw il-logħob 'live' u wieħed minnhom ra lit- tim jitħarreġ fl-Aon Training Complex. Kollha kellhom trattament ta' VIPs, fejn l-ospitalità tal-klabb tispikka u kellhom ukoll iċ-ċans jitkellmu ma' plejers tat-tim preżenti u mal-leġġendi tal-passat f 'avvenimenti organizzati apposta għall-partitarji X'kienet l-istrateġija warajha? Il-Manchester United Credit Card tiġbed suq fertili. Il- marka tal-United hi waħda globali u tappella għall- emozzjonijiet. Għat-tnedija tal-kard fil-Manchester United Supporters' Club f 'Santa Venera mijiet ta' membri attendew, u kellhom iċ-ċans ukoll jiltaqgħu ma' Denis Irwin li kien mistieden biex jiġi Malta minn Banif Bank apposta għall-avveniment. Kif stennejna, il-kard qed timxi sew, b'offerti ta' benefiċċji tanġibbli, skontijiet u offerti, u opportunitajiet oħra anqas tanġibbli bħaċ-ċans li turi l-lealtà tiegħek lejn il-klabb meta tħallas. Aħna għarafna s-saħħa kummerċjali tal- MUFC u kkapitalizzajna fuq l-esperjenza tal-klabb u l-opportunità fis-suq. Ħdimna wkoll fuq strateġija diġitali. Bil-paġna Facebook 'Manchester United Red Arena – Malta', fejn ħloqna komunità ta' partitarji u klijenti. Il-paġna sservi bħala post virtwali fejn wieħed jiltaqa' u fejn nistgħu niddiskutu l-andament tal-logħba, aħbarijiet, spekulazzjonijiet u aktar. Dan l-istaġun mhux wieħed faċli għall-United, u t-tim jidher li għaddej minn żmien ta' transizzjoni. Dan għandu effett fuq in-negozju? Ma naħsibx! Bħala partitarji leali anzi nappoġġjaw lit-tim aktar minn qabel fi żminijiet diffiċli! Il-Kard ta' Kreditu ta' Manchester United minn Banif Bank Il-Manchester United Credit Card tagħti lill-klijenti aċċess għall-beneċċji esklussivi li jinkludu l-għażla tal-ammont ta' kreditu u tal-ammont ta' ħlas kull xahar. Huma jgawdu wkoll minn: Polza tal-Assigurazzjoni b'xejn fuq is-safar; • Polza tal-Assigurazzjoni b'xejn fuq ix-xiri; • Skontijiet fuq assigurazzjoni u skemi tas-saħħa; • Servizz ta' Assistenza Visa Global Customer; • 10% skont mill-United Direct; • 10% skont fuq l-isħubija uċjali tal-Manchester • United; 10% skont mill-Manchester United Red Café; u • 20% skont fuq il-Mużew tal-Manchester United u • t-Tur tal-Grawnd meta wieħed jibbukkja u jħallas mill-anqas ġurnata qabel. Intervista ma' Charles Mizzi, Kap tal-Marketing u Komunikazzjoni ta' Banif Bank Charles Mizzi ma' Fletcher u Young waqt sessjoni ta' Watch the Team Train Charles Mizzi mal-Head of Marketing tal-MUFC waqt l-irmar tal-ftehim ma' Banif Bank