Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778
6 illum | Il-Ħadd 06 ta' April 2014 Il-qtil ta' Filippu Gafà f 'Novembru 1977 f 'Ħal Għaxaq Maqtul fgat bil-qmis tiegħu stess ILQTIL ta' Filippu Gafà, li kellu 62 sena, wasal tlett ijiem biss wara l-omiċidju ta' Ġużeppi Callus f 'Ħal Kirkop li ktibna dwaru fil-ħarġa tal- Ħadd li għadda. Gafà nqatel ftit aktar minn 36 sena ilu matul is-satra tal-lejl f 'kamra ta' razzett li l-familja Gafà kellha fl-inħawi magħrufin bħala 'Ta' Karaġġ' f 'Ħal Għaxaq. Dan id-delitt sab lill-Pulizija fi żmien meta kienu għadhom impenjati bid-delitt ta' Ġużeppi Callus u kemm minħabba n-nuqqas ta' investigaturi kif ukoll bit-teknoloġija mhux bħal dik li teżisti llum, kompla għamel ix-xogħol tal-Pulizija aktar diffiċli. F'dawn iż-żewġ delitti l-Pulizija ftit li xejn kellha informazzjoni kif ukoll ftit fuq xiex taħdem bħala evidenza. Suspetti kien hemm, iżda l-Pulizija ma kellhiex biżżejjed biex issolvi ż-żewġ każi, anzi kienu suspetti li ma setgħu jaslu mkien bihom. Minħabba l-mod kif inqatel Gafà, il-Pulizija ma kellhom ebda suspett li ż-żewġ omiċidji setgħu kienu relatati. Fost dawn kien hemm il-fatt li fil-qtil ta' Gafà ma ntużawx armi tan-nar jew skieken, iżda l-arma li qatlet lill-anzjan kienet il-komma tal-qmis tiegħu stess. Kobba mħabbla Waħda mill-problemi li kellhom l-investigaturi fil-każ ta' Filippu Gafà kienet li ma setgħux jistabilixxu l-mottiv wara dan il-qtil peress li Gafà ma kienx xi bniedem magħruf li għamel xi deni lil xi ħadd. Għall-ewwel is-suspett kien li r-raġel kien spiċċa vittma ta' ħallelin li daħlu biex jisirquh, iżda meta kien stabbilit li l-anzjan kulma kellu kienu biss madwar Lm40 fuqu, madwar €93, il-Pulizija ma setgħux ikunu daqstant konvinti dwar dan il-mottiv, għalkemm xorta waħda m'eskludewx din il-probabbiltà. B'hekk il-kobba tkompliet titħabbel. Fir-razzett fejn instab maqtul l-anzjan ma kien hemm xejn ta' valur u lanqas instab taqlib li seta' jindika li kien hemm xi serqa jew li Gafà b'xi mod irreżista lill-aggressuri. Kien stabbilit, iżda, li meta Filippu kien jorqod fir-razzett kien dejjem isakkar il-bieb minn ġewwa bil-muftieħ, iżda meta nstab minn ibnu Salvu, il-bieb ma kienx imsakkar u lanqas sgassat. Ġurnata qabel ma Filippu nstab mejjet, huwa kien mar jisma' quddiesa filgħaxija u mill-knisja baqa' sejjer jorqod fir-razzett. L-għada filgħodu Salvu Gafà, li kien wieħed mis-sitt ulied ta' Filippu, qam fit-3.15am biex imur jonsob ma' missieru, xi ħaġa li kienu John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Filippu Gafà, missier ta' sitt itfal Il-Gvern se jappella mid-deċiżjoni tal- MEPA fuq il-Freeport ILGVERN se jappella mid- deċiżjoni li ħadet il-Malta Environment and Planning Authority (MEPA) wara li nħareġ permess ta' sena lill-Freeport biex ikun jista' jagħmel xogħol ta' tiswijiet u manutenzjoni fuq ir-riggijiet taż-żejt. Din hi l-ewwel darba li xi tip ta' Gvern se jkun qiegħed jappella kontra din id- deċiżjoni li ħadu l-Membri tal-Bord tal-MEPA li kienu favur din l-applikazzjoni. B'sitt voti favur u tlieta kontra, il-Ħamis li għadda l-Bord tal-MEPA approva l-applikazzjoni tal-Freeport. Tajjeb wieħed isemmi li Joseph Sammut, Kandidat tal-Partit Laburista u Ryan Callus, Kandidat tal-Partit Nazzjonalista, ivvutaw kontra din id-deċiżjoni. Fi stqarrija maħruġa lbieraħ filgħodu mill-Uffiċċju tal- Prim Ministru, il-Gvern iddikjara l-pożizzjoni tiegħu kontra l-proġett u oġġezzjona għal dan il-permess. Il-Gvern kompla qal li l-pożizzjoni tiegħu kienet diġà riflessa fil-vot li ħa Sammut, li kien deskritt bħala "ir-rappreżentant tal-Prim Ministru" fuq dan il-Bord. Normalment, il-MEPA toħroġ permessi ta' dan it-tip għal proġetti li jieħdu ħafna inqas żmien. Din id-darba, il- permess ingħata għal sena. Iktar kmieni matul il- ġurnata tal-bieraħ, Roberta Metsola, Kandidata Ewropea f 'isem il-PN, ħarġet favur id-deċiżjoni li ttieħdet mill- Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa li oġġezzjona għall-pjani li jdawwar il-Freeport f 'shipyard oħra. Metsola qalet li kienet ċara li l-pożizzjoni tagħha kienet se tkun dik li hi, la darba r-residenti kienu kontra dan il-permess li kien se joħloq 'dockyard' ieħor f 'pajjiżna. "Dan il-Kunsill poġġa l-interessi vera tar-residenti qabel dawk partiġġjani, proprju l-kontra ta' dak li kien għamel il-Kunsill ta' Marsaxlokk li għadu sal- lum ma qal xejn kontra l-insistenza tal-Gvern fuq l-LNG Tanker," qalet Metsola. Busuttil falla l-ewwel test tat-trasparenza SIMON Busuttil, il-Kap tal-Oppożizzjoni, falla mill-ewwel test tat- trasparenza, skont il-Partit Laburista. Busuttil spiċċa f 'kontroversja mill-kamp avversarju wara li Joseph Muscat, il-Prim Ministru ta' Malta, żvela li Europa Research & Consultancy Services Ltd gawdew minn miljuni ta' kuntratti li ngħataw fl-amministrazzjoni preċedenti. Fil-jiem li għaddew fil- Parlament, diversi listi ta' kuntratti li ngħataw lil ERCS kienu ppubblikati. Ftit minnhom ingħataw f 'ordnijiet diretti u f 'ċerti każi l-Ministri preżenti m'għandhomx informazzjoni jekk saritx sejħa għall- offerti. Sal-2009, Busuttil kien imniżżel bħala wieħed mid-diretturi ta' din il- kumpanija. Ftit tal-jiem ilu, il- Kap tal-Oppożizzjoni ppreżenta libell fil-Qorti kontra l-gazzetta tal-GWU, L-Orizzont, wara li din irrappurtat li ma kienx iddikjara d-dħul finanzjarju tiegħu mill-ERCS matul il- perjodu li fih kien Membru tal-Parlament Ewropew. Skont il-PL, id- dikjarazzjonijiet ta' Busuttil kienu kontradittorji. "Il-fatti u d-dokumenti pubbliċi juru li ERCS għamlu aktar minn miljun ewro minn dawn il- kuntratti. Busuttil qal li d-dħul tiegħu hu inqas minn paga minima. Issa qiegħed joħroġ li anqas il-paga minima ma kien jiddikjara," qal il-PL. Il-PL insista li Busuttil kellu jiddikjara kemm hu u l-ERCS għamlet qliegħ minn dawn l-ordnijiet diretti ta' xogħol li ngħataw. "Dan kien l-ewwel test tat-trasparenza ta' Simon Busuttil, u fih falla miżerabbilment," insista l-Partit Laburista. F'reazzjoni għal dan, il- Partit Nazzjonalista qal li Busuttil kien fetaħ żewġ każi ta' libell kontra L-Orizzont. Skont il-PN, l-Orizzont imbuttaw 'il quddiem il- kampanja tat-tfiegħ ta' tajn ta' Joseph Muscat. Il-PN qal li l-Prim Ministru qiegħed jorkestra kampanji ta' attakki kontra individwi onesti, filwaqt li fl-istess ħin jgħatti l-ħmieġ ta' ħaddieħor. Il-PN qal li Simon Busuttil kien diġà ppubblika l-accounts awdittjati ta' ERCS.