Illum previous editions

ILLUM 6 APRIL 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

jagħmlu ta' spiss. Qabad ir-rota u telaq lejn ir-razzett fejn kien rieqed missieru. Kif wasal beda jgħajjatlu iżda ma kien hemm l-ebda risposta. Salvu ħaseb li missieru kien baqa' rieqed, għalkemm mhux is-soltu għax dejjem kien isibu lest biex ibakkru għall-insib. Għaldaqstant Salvu tela' fil-kamra b'sellum, peress li ma kienx hemm taraġ li jagħti għall-kamra fejn kien jorqod Filippu. Dak il-ħin kien għadu dlam u fl-inħawi ma kienx hemm bozza u għaldaqstant kien kważi dlam ċappa. Il-bieb tal- kamra fejn kien rieqed Filippu ma kienx imsakkar, iżda dak il-ħin Salvu ma daħallu l-ebda suspett. Huwa daħal bil-mod biex ma jaħsadx lil missieru u mar biex iqajmu. Peress li l-post kien mudlam, Salvu beda miexi jipprova jħoss l-affarijiet għax ma bediex jara. Wara li għamel ftit passi ħass siequ taħbat ma' xi ħaġa. Peress li Salvu kien jaf sew il-post, kif ħass xi ħaġa fl-art li mhux is-soltu tkun hemm, tbaxxa biex jara x'kienet. Kif niżżel idejh Salvu nduna li kienet ras missieru li kien mitluq fl-art. Maħsud, Salvu għall-ewwel ħaseb li missieru kien tah ħass ħażin u spiċċa mitluf minn sensih fl-art. Beda jipprova jkellmu, iżda ma kien hemm l-ebda risposta mingħand missieru. L-anzjan kien mitluq wiċċu 'l isfel u kif Salvu dawru, idejh ħasset xi ħaġa mxarrba u mill-ewwel daħallu suspett li kien demm. B'xokk fuqu Salvu ħareġ imwerwer u mar dritt id-dar bir-rota fejn qal lil ommu u lil ħutu b'dak li sab. Huma marru flimkien ir-razzett u ħadu magħhom torċijiet u lampi biex ikunu jistgħu jaraw. Ix-xena li sabu quddiemhom kienet tal-biża'. Filippu mitluq fl-art liebes flokk tal-flanella u ħwejjeġ ta' taħt biss. Rasu kienet mimlija demm u kien hemm għadira demm taħt rasu. Fuq għajnu l-leminja Filippu kellu daqqa kif ukoll ferita oħra fuq geddumu. Minbarra hekk innotaw li l-komma tal-qmis tiegħu stess kienet imdawra ma' għonqu b'għoqda ssikkata. Kif ġew informati l-Pulizija marru fuq il-post dawk tad-Distrett immexxija mill-Ispettur Joe Gauci li infurmaw lid-Dipartiment ta' l-Investigazzjonijiet Kriminali. Fi ftit ħin bdew jaslu aktar uffiċjali fosthom l-Assistent Kummissarju Pawlu Mamo u s-Supretendent Charles Spiteri u l-Ispettur George Grech. Persuni li jiftakru sew dan il- każ qalulna li dan kien wieħed mill-aktar każ diffiċli li kellhom il-Pulizija f 'dawk iż-żminijiet. L-investigaturi ma kienu eskludew xejn, għalkemm l-aktar mottiv li setgħu jaħsbu kien dik ta' serqa li marret żmerċ. Iżda dan mhux għax kien hemm xi provi li wrew li kienet seħħet serqa, iżda fuq dak li kienu qalulhom dakinhar il-qraba tal-vittma. Il-Pulizija ma kellhom assolutament xejn f 'idejhom u l-ebda ħjiel minn fejn kienu se jibdew jinvestigaw jew lil min. Minkejja l-istħarriġ intensiv, baqa' ma rriżulta xejn. L-investigaturi kienu tkellmu ma' numru ta' nies iżda dawn ma taw ebda ħjiel. Ma setgħu jaslu għall-ebda punt minn fejn se jibdew. Il-fatt li Filippu Gafà kien bniedem ta' waħdu u qatt ma kien hemm xi rapport li kien f 'xi inkwiet ma' xi ħadd, il- Pulizija sabu ħajt ma' wiċċhom. L-istħarriġ forensiku li kien sar dakinhar, bil- limitazzjonijiet kollha, ma ħalla ebda riżultati jew xi xaqq ta' dawl. Iżda l-Pulizija kienu konvinti li Filippu bilfors li fis-sigħat jew fil-jiem ta' qabel safa maqtul kellu xi argument ma' xi ħadd qrib tiegħu li kien jafu sew. Il-Pulizija kienu tal-fehma li min qatel lil Gafà kien jaf il- movimenti tiegħu u l-ħin fejn seta' jsibu waħdu u f 'mument vulnerabbli. Appell Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in- numri 119 jew 21224001. Il-Ħadd 06 ta' April 2014 | illum 7 Il-qtil ta' Filippu Gafà f 'Novembru 1977 f 'Ħal Għaxaq Maqtul fgat bil-qmis tiegħu stess It-trejqa li ħa l-qattiel Il-Pulizija ħdejn il-kamra fejn instab maqtul Filippu Arkivji Arkivji

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 APRIL 2014