Illum previous editions

ILLUM 6 APRIL 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

0.90 06 ta' April 2014 • Nr 390 NEWSPAPER POST Tel: 2122 3999 HEMM għadab u diżappunt kbir fil-ħames distrett tal- eks Ministru tat-Turiżmu Karmenu Vella bl-aħbar li Vella (il-Guy) ser jitlaq mill-parlament biex ikun l-Kummissarju l-ġdid fl-UE. Kostitwenti Laburisti li kellmuna qalulna li huma rrabjati li Karmenu Vella ser iħalli distrett li tant appoġġjah. Dawn l-ilmenti waslu għand il-Prim Ministru Joseph Muscat li ħa nota tagħhom u qed jipprova jara min jista' jieħu post Karmenu Vella. Imma r-rabja tant hi kbira li hemm biża' li ser ikun hemm ħafna astensjonijiet fl-elezzjonijiet li ġejjin. Ħafna nies li kienu viċin Vella qed jgħidu li hemm bżonn li jkun hemm persuna li jirrappreżenta l-kostitwenti. Muscat għażel u ħabbar pubblikament li Vella kien ser ikun il-Kummissarju l-ġdid flok Tonio Borg kontra kull prassi. Is-soltu l-pajjiżi membri jistennew sakemm jiġi appuntat il-President il- ġdid minflok Barroso. Imma din id-darba Muscat kien ikkonċernat li jgħaddi mill- martirju ta' reshuffle għal darb'oħra. Ħafna minn nies viċin Vella fis-segretarjat spiċċaw bla xogħol u ħafna minnhom lanqas kienu basru li ser jaslu f 'din is-sitwazzjoni. Vella li huwa perit, huwa mill-iktar veteran rispettati fil-PL. Daħal fil-politika ta' età żgħira u kien viċin il-Perit Mintoff, kien ukoll ministru taħt il-Prim Ministru Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. L-istil kajman tiegħu u l-karattru kariżmatiku tiegħu baqgħu żewġ fatturi li kabbru mhux naqqsu r-rispett tiegħu bħala politiku li kien magħruf bħala l-guy. Fi Brussell hu mistenni li ser ikun f 'kumpanija tajba, dejjem jekk il-mara tat-tifel tiegħu Miriam Dalli titla' bħal mhu mistenni fil-Parlament Ewropew. Diżappunt kbir għad-deċiżjoni tal-Guy Ikompli fil-paġna ta' wara JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt ILKNISJA Kattolika m'għandha l-ebda assoċjazzjoni ma' Pastor Gordon Manchè u r-River of Love, kelliem għal Kurja kkonferma mal-Illum. Manchè u r-River of Love, li jgħidu li jimxu fuq it- tagħlim nisrani, kienu f 'nofs kontroversja matul din il- ġimgħa wara li ppreżentaw petizzjoni quddiem il- parlament biex il-Membri Parlamentari ma japprovawx l-Unjoni Ċivili. Huma saħqu li "Alla jħobb lil kulħadd imma mhux kollox." "Pastor Gordon Manchè u River of Love m'għandhom l-ebda rabta mal-Knisja Kattolika u mhumiex membri tagħha," qal kelliem għall-Isqfijiet Maltin f 'kummenti lil din il- gazzetta. 5 -2 0 TA ' A P R I L 2 0 1 4 G H A W D E X F I D I U T R A D I Z Z J O N I MINISTERU GHAL GHAWDEX M E R H B A F ' G H A W D E X F ' D A W N I L- J I E M TA ' T I F K I R A Iktar informazzjoni u kopji tal-programm jistgħu jinkisbu minn info@gozoculture.com jew ċempel fuq 22915452/3 Kostitwenti rrabjati għal Vella Ara paġna 6 u 7 Ara paġna 21 Ara l-intervista paġni 14 u 15 Id-dritt tar- referendum John Pisani jħares lejn delitt ieħor mhux solvut Fearne jgħid li jaqbel li t-tmexxija ta' Mater Dei għandu jitħalla f 'idejn min jifhem John Pisani Il-Knisja titkellem "M'għandniex x'naqsmu ma' Gordon Manchè" Manchè li emigra biex ikun żeffien professjonali tal-ballet iddikjara li kien irnexxielu 'jfejjaq' persuni omossesswali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 APRIL 2014