Illum previous editions

illum 13 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 13 ta' April 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA 19˚Ċ L-INQAS 13˚Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab bil-possibilita' ta' xi ħalbiet tax-xita iżolati li jistgħu jkunu lokalment bir-ragħad għall-ewwel. VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba. RIĦ: Lvant għax-Xlokk forza 3 għal 4 li jsir lokalment forza 4 għal 5 għal xi ħin, u jsir varjabbli forza 2 għal 3 iktar tard mal-ġurnata. BAĦAR: Ħafif. Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA 19˚Ċ L-INQAS 13˚Ċ TEMP: Imsaħħab li jsir ftit imsaħħab. VIŻIBILITÀ: Tajba. RIĦ: Varjabbli forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4. BAĦAR: Ħafif. SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 85 50 77 20 37 79 13 71 Ħal Qormi wara t-tluq ta' Coleiro Preca Jibdew il-manuvri, jissemmew l-ewwel ismijiet MEMBRI Parlamentari u kandidati prospettivi fis-sitt distrett diġà bdew jiċċaqalqu biex jieħdu vantaġġ mill-voti li se tħalli warajha Marie-Louise Coleiro Preca. B'total ta' kważi 18-il elf vot li ġabret fl-elezzjonijiet li kkontestat mill-1998 'l hawn, il-wirt ta' voti li se tħalli warajha l-President il-ġdid huma biżżejjed biex itellgħu l-kandidati l-oħra b'kumdità kbira. Diversi Qriema ta' twemmin Laburista kkonfermaw ma' din il- gazzetta kif minkejja li l-elezzjoni ġenerali fadlilha erba' snin, kienu qed jiġu kkuntattjati minn uffiċċji ta' Membri Parlamentari biex jibdew jagħtu daqqa t'id lilhom peress li issa ma jistgħux jgħinu aktar lil Coleiro Preca. Dawn il-manuvri bdew ukoll minn issa peress li dawk li s-soltu jivvutaw lil Coleiro Preca, li fl-aħħar elezzjoni laħqu l-ammont massiċċ ta' 5,700, jinsabu f 'dilemma lil min jistgħu jivvutaw erba' snin oħra. F'dan il-kuntest, is- Segretarju Parlamentari Roderick Galdes jista' jitqies bħala l-aktar kandidat li se jiggwadanja minn dan il-vojt. Determinanti jista' jkun il-fatt li b'kuntrast mal-kandidati l-oħra fuq il-lista tal-Partit Laburista, Galdes ġej minn Ħal Qormi bħal Coleiro Preca. Ir-rivali tiegħu Silvio Schembri u Charles Mangion it-tnejn ġejjin minn Ħal Luqa. Ħarsa lejn ir-riżultati tal-aħħar żewġ elezzjonijiet ġenerali juru li Galdes kien l-aktar wieħed li jgawdi mill-wirt ta' Coleiro Preca. Is-sena li għaddiet wiret 600 vot filwaqt li fl-2008 kien wiret 1,100 vot. Il-Membru Parlamentari żagħżugħ Silvio Schembri wkoll jista' jkompli jkabbar l-ammont ta' voti. Minkejja li b'kuntrast ma' Galdes hu dejjem wiret inqas voti minn Coleiro Preca, ta' min jinnota li bejn l-elezzjoni tal-2008 u tal-2013 hu rnexxielu jkabbar l-ammont ta' voti minn madwar 700 għal 2,800. Fattur li jista' jkun kontrih hu li m'għandu l-ebda portafoll fil-gvern ta' Joseph Muscat, li forsi jnaqqas mill-influwenza li James J. Piscopo jjpiscopo@mediatoday.com.mt Tanti ma kienx ċert mis-suwiċidju ERIN Tanti, l-għalliem ta' 23 sena akkużat li qatel u assista lil Lisa Maria Zahra ta' 15-il sena, tagħmel suwiċidju mill- irdum ta' Ħad-Dingli, naqas li joqtol lilu nnifsu wkoll u qatta' 12-il siegħa jipprova jfittex l-għajnuna biex jittella' minn fejn waqa'. Diversi pulizija telgħu jixhdu l-Ġimgħa filgħodu fit-tieni seduta tal-kumpilazzjoni tal- evidenza kontra Tanti. Kevin Debattista, il-persuna li salva lill-akkużat, qal li waqt l-opra ta' salvataġġ Tanti kien qallu li kienu qabżu mill-irdum għal ħabta tal-4am. Sylvana Briffa, is-Surġent tal-Pulizija, ukoll qalet li Tanti qallha li kien ħa 42 aspirina, flimkien ma' Zahra, qabel ma qabżu. Il-familja ta' Zahra kienet indunat bir-relazzjoni sa minn ġimgħat qabel l-inċident, li kien seħħ bejn it-18 u d-19 ta' Marzu. Tanti kien għalliem tad-drama f 'St Michael's Foundation u waħda mill- istudenti tiegħu kienet proprju Lisa Marie Zahra. Briffa kompliet tgħid li Caroline, omm Erin Tanti, kienet taf bir-relazzjoni ta' bejn binha u Zahra, tant li kienet iddeskriviet lit-tfajla bħala persuna li "tidher ferħana." L-Ispettur Briffa qalet ukoll li Tanti kien qal lil ommu li kien jaf li Zahra se tkunlu ta' inkwiet Jew suwiċidju jew jaħrab COLLIS Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Valletta BROWN'S Pharmacy, 706, Triq il- Kbira San Ġużepp, Ħamrun PINTO Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Qormi PHARMAPLUS, Triq Ganu, Birkirkara D'ARGENS Pharmacy, 330, Triq D'Argens, Gżira LOURDES Pharmacy, Triq in- Naxxar, San Ġwann THE Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Sliema ST. Michael Pharmacy, Misraħ tat-Transfigurazzjoni, Lija NAXXAR Pharmacy, Vjal il-21 ta' Settembru, Naxxar ST. Paul's Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar FLEMING Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Paola ALPHA Pharmacy, 'Maria Immaculata', Triq Cospicua C/W Vjal il-Kottoner, Fgura ST. James Pharmacy, 1, Misraħ San Ġakbu, Żabbar ST. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Żejtun KRISTIANNE Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, Mqabba TALGRAZZJA Pharmacy, Triq Frangisk Farrugia, Żebbuġ ST. Anthony Pharmacy, 18, Triq il-Kbira, Rabat PALM Pharmacy, 2, Triq Palma, Victoria PISANI Pharmacy, Bini Gdid, Triq Sannat, Sannat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 April 2014