Illum previous editions

illum 13 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 13 ta' April 2014 | illum 3 Ħal Qormi wara t-tluq ta' Coleiro Preca Jibdew il-manuvri, jissemmew l-ewwel ismijiet jista' jkollu fuq l-elettorat. Sadanittant tkompli tikber il-possibbiltà li jikkontestaw għal darb'oħra heavyweights bħal Gavin Gulia u Charles Mangion, li ilhom jikkontestaw fuq l-istess distrett għal diversi snin, għalkemm fl-aħħar elezzjoni ma' kellhomx suċċess. Iżda bil-vojt ta' 5,700 vot li se tħalli warajha Coleiro Preca, qed jiġi kkunsidrat bħala neċessarju li l-Partit Laburista jippreżenta wċuħ ġodda li huma kapaċi jiġbru massa ta' voti. Għalkemm m'hemm l-ebda konferma, jidher li star candidate li jista' jintlaqa' tajjeb mhu ħadd ħlief Robert Abela, it-tifel tal-President Emeritus George Abela. L-avukat miżżewweġ lis- segretarja tal-eżekuttiv Laburista kien diġà viċin ferm li jikkontesta fl-aħħar elezzjoni ġenerali, qabel ma kien ħabbar li kien se jagħżel il-professjoni legali fuq il- politika. Abela jgawdi mill-fiduċja tat-tmexxija tal-partit u saħansitra kien diġà meqjus bħala s-sostitut ideali għal Coleiro Preca meta din tal- aħħar kienet ħabbret li mhux se tikkontesta ftit ġimgħat wara d-dħul tad-divorzju. Matul l-aħħar kampanja elettorali, Abela ngħata ċ-ċans ukoll li jindirizza mass meeting tal-Partit Laburista għax kien ikkunsidrat li jappella kemm għal votanti tradizzjonalment Laburisti iżda wkoll għal votanti li m'għandhomx irbit politiku. Sorsi infurmati qalu lil din il-gazzetta li hu minnu li isem Robert Abela ilu jissemma mill-Qriema, iżda għad hemm dubji jekk hux lest li jidħol fil-politika u jitlef bosta kuntratti li kiseb matul iż-żmien ta' natura legali. Iżda l-Partit Laburista jista' jkollu wkoll kandidat promettenti fil-figura tas- sindku attwali Rosianne Cutajar. Bħal Coleiro Preca, Cutajar ġejja minn Ħal Qormi, li hu determinanti f 'distrett li jinkludi wkoll Ħal Luqa u s-Siġġiewi, filwaqt li tkun qed timla n-nuqqas ta' kandidat mara. Fattur li ma tantx jista' jgħinha jkun il-fatt li relattivament għadha tibda l-karriera politika, bidu li ra tikkontesta l-elezzjonijiet għal kunsilli lokali fl- 2012. Iżda f 'dan id-debutt tagħha diġà kisbet riżultat rispettabbli fejn fl-ewwel attentat tagħha f 'elezzjoni, kisbet il-maġġoranza tal- voti Laburisti u ħadet post sindku li kien ilu fil-kariga għal 8 snin. F'dan il-kuntest, ikun determinanti l-appoġġ lil tikseb is-Sindku Qormija waqt l-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali s-sena d-dieħla. F'dan l-istadju mhux qed ikun eskluż lanqas li l-Partit Laburista jimbotta għall-kandidatura ta' Mario Farrugia-Borg, li fil-preżent qed jikkontesta għall- Parlament Ewropew. Dan tal-aħħar igawdi mill-fiduċja assoluta tal-Prim Ministru u hu meqjus bħala persuna leali ħafna lejn il-Partit. Farrugia-Borg ukoll ġej minn Ħal Qormi u kien persuna meqjusa viċina ta' Coleiro Preca, li tista' sservih ta' vantaġġ biex jirbaħ l-elettorat li sa ftit ġimgħat ilu kien leali biss lejn il- President il-ġdid ta' Malta. Wirt ta' voti ta' Marie- Louise Coleiro Preca ELEZZ JONI 2013 Roderick Galdes +600 Silvio Schembri +400 Charles Mangion +350 Gavin Gulia +50 ELEZZ JONI 2008 Roderick Galdes +1,100 Silvio Schembri +300 Charles Mangion Elett mal-ewwel għadd Gavin Gulia +245 Tanti ma kienx ċert mis-suwiċidju u b'hekk kien beda jfittex l-għajnuna tal-aġenzija Appoġġ f 'isimha. Briffa qalet li dan tarrfitulha ommu u żiedet li fl- ambulanza, Tanti kien qallhom li missier Lisa Marie kien "abbużiv" fil-konfront tiegħu. F'eżami kuntrarju li għamlu l-uffiċjali tal-pulizija flimkien mal-Ispettur Keith Arnaud, żvelaw dettalji dwar il-ħajja personali ta' Zahra. Huma qalu li traċċi tad-demm kienu nstabu fejn l-imħadda tal-kamra tas-sodda tagħha filwaqt li Bernardette Valletta, li kienet għamlet it-tiftix fil- kamra, qalet li "il-ġirien qalu li Lisa Maria kienet qatgħet parti minn idejha l-ġurnata ta' qabel u ma kinitx l-ewwel darba li għamlet hekk." Il-pulizija qalu wkoll li sabu d-droga cannabis u karti tas- sigaretti fil-kamra tas-sodda ta' Zahra. Fil-Qorti, il-pulizija urew noti personali ta' Zahra u ktieb tal-poeżiji mogħti lilha minn Tanti. Id-difiża ta' Tanti staqsew ukoll lill-Pulizija fuq xi soft toy, teddy bear, li kien mimli bix-xfafar, iżda l-Pulizija naqsu li jikkonfiskaw xi soft toy li kellha fil-kamra. Erin Tanti qiegħed jiċħad l-akkużi kollha kontra tiegħu. Hu mifhum li Tanti u Zahra kienu qegħdin f 'relazzjoni qabel mal-familja ta' Zahra kienu saru jafu b'dak li kien għaddej bejniethom, xi ħaġa li kienet qiegħda tħasseb bil-kbir lil Tanti biex jew joqtol lilu nnifsu jew jaħrab mill-pajjiż. Fit-18 ta' Marzu, Tanti nqabad li kien għamel lejl rieqed id-dar ta' Zahra, xi ħaġa li Martin Ciangura, il- handyman tal-familja Zahra, kien mar jgħid lil Anthony Zahra, missier Lisa Marie. Min-naħa tiegħu, Anthony Zahra kien irritorna lura minn barra immedjatament filwaqt li Ciangura u Nicholas Zahra, iben Anthony u oħt Lisa Marie, kienu marru jagħmlu rapport lill-Pulizija. Erin Tanti u Lisa Marie Zahra bagħtu messaġġi bil-mobile lil xulxin għal ħames sigħat sħaħ sal-11.30pm sakemm kien mar għaliha bil-karozza u saqu sa Ħad-Dingli. Hu mifhum li iktar kmieni fil-ġurnata, permezz ta' sms, Tanti qal lil Zahra kien lest jagħti daqqa ta' sikkina lilu nnifsu jekk kemm-il darba l-Pulizija jew missierha kienu se jippruvaw iwaqqfuh milli jkompli joħroġ magħha. Zahra kienet irrispondietu lura biex jikkalma ftit tas-sekondi wara. Fil-karozza, Tanti kellu fuqu l-passaport Ingliż u kważi €3,000 fi flus kontanti u ċekkijiet. Arnaud qal li Tanti kien qallu li qiegħed jippjana biex joqtol lilu nnifsu, imma jekk kemm-il darba ma kienx se jirnexxielu jagħmel dan kien se jaħrab mill-pajjiż. Hu qal li kien qallu li ħa dawk il-flus miegħu għax sa dak il-ħin kien għadu ma jafx x'se jagħmel b'ħajtu. Fl-ewwel seduta fil-Qorti, kien ħareġ ukoll li bejn it-tnejn kienet ilha għaddejja relazzjoni sesswali għal dawn l-aħħar erba' xhur sakemm wasal il-jum tal-inċident. Arnaud kien xehed fil-Qorti li l-informazzjoni li ġab fuq Tanti kien ġabha kollha meta mar ikellem lil Tanti fiż-żmien li kien għamel l-isptar wara l-inċident jiddewwa minn ksur fil-kustilji.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 April 2014