Illum previous editions

illum 13 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 13 ta' April 2014 Għassa tal-pulizija fis-Swieqi sal-aħħar tax-xahar JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt LILMENTI kontinwi tar-residenti mis-Swieqi fl-aħħar se jingħataw widen hekk kif fi ftit ġimgħat il- lokalità se jkollha għassa tal- pulizija miftuħa l-ħin kollu. Kelliem għal Ministeru tal- Intern ikkonferma ma' din il-gazzetta li l-għassa se tibda tiffunzjona fi żmien qasir u kkommettiet ruħha li dan se jiġri sal-aħħar tax-xahar. Mistoqsija kemm il-uffiċjal tal-pulizija se jkun hemm fl-għassa hi qalet li dawn id- dettalji u informazzjoni oħra dwar kif se topera għadhom qed jiġu ffinalizzati. L-għassa se tkun qed tiftaħ fiċ-ċentru ċiviku tal-lokal, li kien inawgurat mill-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi jiem qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali. Il-kelliema qalet li kulma fadal biex tinfetaħ hija l-installazzjoni tas-sistema tal-IT. Oriġinarjament, ir- responsabbiltà tas-Swieqi kienet taqa' taħt l-għassa tal-pulizija ta' San Ġiljan, li kienet responsabbli wkoll minn inħawi oħra fosthom Pembroke, Madliena u Paceville. Minħabba dan, il-ħtiġijiet tar-residenti tas- Swieqi ftit li xejn kinu jiġu moqdija fl-iqsar ħin possibbli, b'mod partikolari Il-ħtieġa kompliet tikber hekk kif fl-aħħar xhur, residenti kienu spiċċaw vittma ta' diversi atti vandali fuq il-vetturi tagħhom. Fl- aħħar jiem kien hemm diversi każi fejn tyres tal-karozzi spiċċaw imċarrtin, filwaqt li s-sena l-oħra madwar 30 karozza spiċċaw miżbugħa bi sprej iswed u bil-mirja mqaċċta. Fl-aħħar jiem, il-pulizija żammet żewġ ġuvintur b'rabta mal-każijiet riċenti ta' vandaliżmu, dan wara l-għajnuna tar-residenti li tellgħu fuq l-internet żewġ filmati CCTV li juru l-att vandalu. F'wieħed mill-filmati, raġel liebes hoodie jidher miexi b'pass kajman fuq bankina qabel ma jieqaf, jinżel taparsi se jiġbor xi ħaġa mill-art u jagħti daqqiet lil tyre b'arma li taqta'. Hu jkompli miexi żewġ passi qabel jerġa' jagħmel dan għall-tyre ieħor tal-istess vettura. "5,000 impjieg fl-ewwel sena" – Evarist Bartolo WAQT li kien qed jindirizza seminar dwar iż-żgħażagħ u l-impjiegi, il-Ministru Evarist Bartolo saħaq li żgħażagħ Maltin m'għandhomx il-ħiliet meħtieġa biex jilħqu ċertu livell u dan kaġun tas-sistema edukattiva preċedenti li ffukat aktar fuq il-kwalifiċi milli ħiliet. Il-Ministru saħaq li hija allarmanti li wara 12 il-sena ta' studju, studenti qed jispiċċaw l-iskola mingħajr il- kompetenzi u ħiliet meħtieġa. Qal ukoll ħafna żgħażagħ mhux qed ikomplu l-istudji post-sekondarji jew terzjarji. Evarist Bartolo qal li matul l-ewwel sena fil-gvern inħolqu ħames t'elef impjieg ġdid u li l-ġlieda kontra l-qgħad dejjem kienet prijorità għall-gvern u l-oppożizzjoni. Żied li n-nuqqas ta' ħiliet hija kriżi li trid tiġi indirizzata minnufih minħabba l-fatt li dan qed ikun il-kaġun prinċipali li jżomm lil pajjiżna lura milli jkompli jkabbar l-iżvilupp ekonomiku tiegħu. Spjega wkoll li pajjiżna, apparti li qed jiffaċċja problema fejn m'hawnx nies imħarrġa biex jimlew ċertu postijiet ta' xogħol, hemm ukoll in-nuqqas ta' etika biex jintlaħqu l-miri meħtieġa mill-industrija. F'botta u risposta bejn il- Ministru Bartolo u d-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri, kelliem fuq l-edukazzjoni, Spiteri argumenta li kuntrarjament ta' dak li kien qed jgħid il-Ministru, mhux qed jinħolqu biżżejjed opportunitajiet ta' xogħol biex ikompli jittaffa l-qgħad. Stephen Spiteri insista li għalkemm f 'Malta m'għandniex xi rata allarmanti ta' qgħad meta kkumparat mal-kumplament tal-Ewropa, is-sitwazzjoni preżenti xorta tirrikjedi li l-gvern joħloq aktar xogħol minħabba l-fatt li ċifri qed juru li l-qgħad qed jiżdied xahar wara xahar. Hu insista wkoll li gradwati ġodda mhux qed isibu mpjiegi f 'linji li jkunu studjaw għalihom. Semma wkoll li l-opportunitajiet ta' xogħol fil- qasam tal-gaming qed jittieħdu kollha mill-barranin tant li 66% tal-ħaddiema fis-settur mhumiex ħaddiema Maltin. Filwaqt li hu konxju mill- ammont ta' barranin jaħdmu f 'Malta, partikolarment fil- qasam tal-gaming, il-Ministru Bartolo qal li preżentement, in-numru ta' żgħażagħ f 'Malta li jinsabu bla xogħol hu ta' 13%, numru li hu sinjifikament baxx meta kkumparat mal-bqija tal-Ewropa. Il-Ministru żied jgħid li rridu nibqgħu naħdmu biex dan in-numru jonqos u mhux jiżdied u għalhekk hemm bżonn ta' sinerġija aħjar bejn l-Edukazzjoni u x-Xogħol, xi ħaġa li qabel magħha wkoll id- deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri. Estiż iż-żmien għall-verifika tal-firem ILKOALIZZJONI kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa sejħet għal laqgħa mal- kummissjoni elettorali l-ġimgħa d-dieħla u ser tkun qed titlob li jiġu rrispettati d-dati sabiex jinżamm ir-referendum f 'Marzu 2015. Matul din il-ġimgħa, il-President approvat it-talba tal-kummissjoni elettorali sabiex jitwal iż- żmien meħtieġ biex jiġu vverifikati l-44,000 firma bi tliet xhur oħra. Steve Micklewright, kelliem f 'isem il-koalizzjoni, qal li huma qed jistennew li dan id-dewmien ma jaffetwax id-data tar-referendum li hemm maħsub għal Marzu 2015. "Din se tkun waħda mit-talbiet tagħna fil- laqgħa mal-kummissjoni u se nitolbu li ningħataw garanzija li kollox ser jinżamm kif ippjanat minħabba li aħna rridu li r-referendum jinżamm mal-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali" temm jgħid Micklewright. Intant id-deputat chairperson tal-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo min-naħa tiegħu wkoll ikkonferma li l-koalizzjoni saret taf bit-tibdil fid-data matul din il-ġimgħa u li bħala koalizzjoni se jkunu qed jiltaqgħu mal-kummissjoni elettorali. Qal ukoll li huma japprezzaw il-fatt li l-kummissjoni elettorali preżentement hi impenjata bix-xogħol tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u għalhekk mhumiex sorpriżi li bin-nuqqas ta' riżorsi li hemm, saret din it-talba għal aktar ħin biex jiġu vverifikati l-firem kollha. Żied li madankollu, huma xorta jistennew li d-dati jiġu rispettati. Il-koalizzjoni li hi magħmula minn 11- il organizzazzjoni u tinkludi lil Birdlife Malta u l-Alternattiva Demokratika, ġabret firem aktar mill- 10% li hemm bżonn sabiex jissejjaħ ir-referendum abrogattiv. Iż-żmien sabiex issir il-verifika tal-firem jitwal bi tliet xhur Madwar 30 karozza spiċċaw miżbugħa bi sprej iswed

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 April 2014