Illum previous editions

illum 13 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 13 ta' April 2014 | illum 15 Laburista dwar l-isports kif ukoll riċentament kont Chairman tal- Board għar-riforma fl-isports. Issa li int responsabbli minn dan il-qasam, x'se jkunu l-ewwel prijoritajiet li se tkun qed taħdem fuqhom fil-ġimgħat u xhur li ġejjin? Bħala board għamilna ħafna xogħol u billi kollha konna ġejjin mill-qasam sportiv, kellna ħafna ideat, uħud minnhom komuni, u allura stajna nimxu aħjar. Dawn il- punti jien issa se nsibhom ferm utli biex inkun nista' nimxi 'l quddiem. Il-fatt li għandi konoxxenza tal- għaqdiet sportivi kollha u naf il-ħtiġijiet li għandhom, se jgħini sabiex minnufih nipprepara pjan li jkun jista' jitwettaq fil-matul il-kumplament tal-leġiżlatura. Diġà kkunttatjawni ħafna għaqdiet sabiex inkomplu dak li kien diġà beda jibni fuqu l-kollega Stefan Buontempo u allura ninsab fiduċjuz li naslu fl-aħjar interess ta' kulħadd. Għandi tim tajjeb li qed jaħdem miegħi u se nkomplu ninvestu ma' dak li diġà sar u ser nagħtu attenzjoni partikolari anke lill-isport minuri li ħafna drabi ma kienx jingħata l-attenzjoni mistħoqqa bħal sports ieħor li jkun iżjed popolari. Iż-żgħażagħ qed ikollhom opportunitajiet biżżejjed fejn jistgħu jiżviluppaw it-talenti sportivi tagħhom professjonalment sa minn kmieni? Jien nemmen li ċ-ċokon ta' pajjiżna kultant jaffettwa wkoll l-isports. Il-popolazzjoni sportiva ta' pajjiżna hi dik li hi u għalkemm żgħar xorta għandna individwi li għamlu isem bħal William Chetcuti u diversi nies oħra kif ukoll għandna timijiet sportivi li sejrin tajjeb ukoll bħalma huma t-tim nazzjonali tal-waterpolo, kellna suċċessi fir-Rugby, il-Billiard u l-Pool fost oħrajn. Nemmen li nistgħu nagħmlu iżjed però dejjem irridu nżommu quddiem għajnejna li l-popolazzjoni ta' pajjiżna hi ta' ftit iżjed minn erba' mitt elf u allura ċerta limitazzjonijiet jibqgħu magħna. Irridu wkoll noħorġu b'ideat ġodda anke fejn jidħlu l-flus għax saret drawwa li niddependu biss fuq il-Gvern u għalhekk irridu naraw x'qed jagħmlu pajjiżi żgħar oħra li minkejja ċ-ċokon tagħhom l-isports ta' pajjiżhom xorta mexa 'l quddiem bħal ma ġara f 'Ċipru. X'taħseb dwar l-iżvilupp ta' kulleġġi tematiċi bħal ma' nħoloq fil-kulleġġ San Benedittu li qed jagħti prijorità lill-isport? Fil-fatt in-National School of Sports hija skola sekondarja li tibda minn Form 1 u l-Assoċjazzjonijiet li jaħdmu ma' l-iskola jirrakomandaw studenti li jistgħu jiżviluppaw il-ħiliet sportivi tagħhom. Din l-iskola issa qiegħda fit-tielet sena tagħha u hemm il-ħsieb li timxi lejn Pembroke. Però iva hemm ideat oħra li rridu niddiskutuhom dwar kif jistgħu jsiru dawn l-affarijiet u fil-jiem li ġejjin se nkun qed niltaqa' mal-Ministru tal-Edukazzjoni u flimkien naraw x'qed isir f 'pajjiżi oħra. U fejn jidħlu ż-żgħażagħ inġenerali, dawk mhux sportivi, x'se tkun qed tagħmel fir-rigward tagħhom? Id-Dekasteru tiegħi responsabbli miż-żgħażagħ kollha u allura jien se nkun qed naħdem ma' Ministeri oħra, bħal ma' huma l-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici u oħrajn fejn jidħlu ż-żgħażagħ. Ma ninsewx li hawnhekk għandna l-Aġenzija Żgħażagħ, li magħha hemm persuni apposta sabiex jisimgħu u jaraw x'inhuma l-aspirazzjonijiet u l-ħtiġijiet tagħhom u għalkemm għadni fl-ewwel jiem tiegħi nwiegħed li se nagħti l-importanza kollha ugwali. Il-Gvern stqarr li qed ipoġġi r-Riċerka u l-Innovazzjoni fuq l-aġenda nazzjonali biex tinkiseb sostenibbiltà ekonomika, xi jfisser dan kollu eżattament u fiex se jiżviluppa eventwalment? Jiena qrajt ħafna fuq riċerka u innovazzjoni għax din hija xi ħaġa ġdida għalija u l-Ewropa qed tagħti ħafna importanza lil dan is-settur. Naħseb li bħala pajjiż għadna lura u naħseb li se tkun sfida sabiex nilħqu l-miri tagħna fuq kemm se nipproduċu riċerka u innovazzjoni. Diġà ltqajt ma' nies involuti għax ir-riċerka u l-innovazzjoni qiegħda hemm sabiex nagħmlu ħajja aħjar għal kulħadd u dan iġib miegħu ħolqien ta' impjiegi ġodda f 'pajjiżna. Hemm ħafna nies involuti u ċerti li bl-għajnuna minn naħa tal-gvern u għajnuna mill- Unjoni Ewropea nkunu nistgħu nimxu aktar 'il qudiem f 'dan is-settur. Li hu żgur hu, li bħalissa ħafna ideat u riċerka qed jintilfu u għalhekk, ftit ilu ġiet imnedija Voucher Scheme, maħruġa mill- MCST, li tgħin lil min għandu idejat sabiex ikunu jistgħu fejn jingħataw linji gwida dwar il- viabbiltà tal-proġett kif ukoll ilaħħqu mal-ispejjeż bħal ma huma r-reġistrazzjonijiet ta' patents. Horizon 2020 hu programm tal- UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni b'baġit ta' 'l fuq minn €80 biljun u li għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-ħolqien u tkabbir ta' mpjiegi fl-Ewropa – kif se tibbenefika minnu Malta u x'qed isir bħalissa? Il-Horizon 2020 ġie wara l-FP7 liema programm kien wisq burokratiku biex tapplika għalih u għalhekk diversi nies kienu jaqtgħu qalbhom sabiex japplikaw. Xorta però, għalkemm persentaġġ żgħir, kien hemm xi Maltin li bbenefikaw minn dawn il-fondi. Horizon 2020 inħoloq bl-iskop li jkun aktar aċċessibbli għal min japplika u hu mifrux fuq diversi stadji, b'hekk wieħed jista' jingħata l-għajnuna f 'perjodi differenti skont ma tkun qed tiġi żviluppata r-riċerka jew innovazzjoni. Fil-fatt, fi Frar li għadda saret konferenza f 'pajjiżna fejn ġie varat dan il-programm u kellna anke opportunitajiet ta' networking ma' riċerkaturi minn barra li ngħaqdu magħna. Kien hemm 'il fuq minn 250 riċerkatur Malti, li jfisser li hemm interess qawwi f 'dan is-settur. U fil- ġimgħat li ġejjin ħa nkunu qed iniedu l-istrateġija nazzjonali fuq riċerka u innovazzjoni li bħalissa tinsab fil-fażi finali u li saret b'konsultazzjoni sħiħa mal-MCST. Int illum tinsab hawn frott ta' reshuffle fil-kabinett li seħħet ħmistax ilu. Kemm se tkun qed iżżomm dan il-fattur f 'moħħok waqt ħidmietek u l-fatt li tista' terġa' sseħħ? Meta Clyde Puli kien fis-siġġu li ninsab fih jien illum, hu kien iżommni infurmat b'dak kollu li kien ta' interess li jaqsam miegħi. Kien anke jikkonsulta miegħi fejn kien iħoss il-ħtieġa u nista' ngħid li ħdimna tajjeb ħafna flimkien u b'rispett reċiproku. Mhux dejjem qbilna però meta taqsam l-ideat hemm aktar ċans li joħroġ il-frott fl-interess nazzjonali. Nemmen li kien esperiment tajjeb u jien m'għandix għalfejn ma nkomplix l-istess pass mal-kelliem tal- oppożizzjoni Robert Cutajar. U għalhekk iva se nkun qed inżomm f 'moħħi li dan is-siġġu mhux etern. Dan hu siġġu li jrid jissarraf f 'xogħol u għalhekk hemm responsabbiltà li nagħti rendikont ta' ħidmieti mhux biss lill-Prim Ministru imma anke lill-poplu, kif wara kollox hu xieraq. "Se nżomm f 'moħħi li das-siġġu mhux etern" "Meta taqsam l-ideat hemm aktar ċans li joħroġ il-frott fl-interess nazzjonali" "Dan hu siġġu li jrid jissarraf f 'xogħol, u tiegħu rrid nagħti rendikont" "Irċevejt telefonata, il- Prim Ministru xtaq ikellimni immedjatament"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 April 2014