Illum previous editions

illum 13 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Il-Ħadd 13 ta' April 2014 | illum 7 Wara t-twaqqif tal-partit ewroxettiku 'Alleanza Bidla' "Sovranità, referendum u daqshekk Ewro" JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt IRREFERENDUM dwar sħubija mal-Unjoni Ewropea fl-2004 jidher li ħalla element ewroxettiku jikber matul is- snin, tant li waslet biex għall- ewwel darba wara għaxar snin ta' sħubija, issa twaqqaf partit ewroxettiku. L-Erbgħa li għadda, Alleanza Bidla preżentat żewġ kandidati, fosthom Ivan Grech Mintoff. Kif jimplika kunjomu, għandu parentela mill-Perit Duminku Mintoff u kif jgħid hu stess, igawdi mill-appoġġ ta' dawk li jikkunsidraw lilhom infushom bħala Mintoffjani. "Jien għandi l-istess twemmin tal-Perit. Nassigurak li jien u oħrajn qatt ma tlaqna minn dawn il-prinċipji f 'dawn l-aħħar tnax-il sena, minkejja li dak iż-żmien konna ftit u b'ħafna bsaten fir-roti," tkun ir- risposta ta' Grech Mintoff, meta mistoqsi dwar jekk jistenniex li kunjomu jtih ftit vantaġġ. Huwa forsi għalhekk li l-Alleanza Bidla tirrifletti x-xettiċiżmu li Dom Mintoff kellu mill-Unjoni Ewropea u l-isħubija ta' Malta. Matul l-intervista li Grech Mintoff ta lil dan il-ġurnal, fil-fatt isemmi diversi drabi l-ħtieġa "li niksbu s-sovranità lura" u jattakka ripetutament il-kunċett tal-Unjoni Ewropea bħala stat federali. Ispirat minn nuqqas ta' azzjoni tal-UE dwar l-immigrazzjoni, hu jipproponi li l-immigranti irregolari għandhom jitħallew ikomplu bil-vjaġġ tagħhom lejn pajjiżi Ewropej, minflok jiddaħħlu u jitħallew hawn Malta. Affaċċjat mir-realtà li dan imur kontra r-regolamenti ta' Dublin, hu sostna li dan hu l-unika mod kif problema tal- Mediterran tista' tiġi problema Ewropea. "Ma nistgħu nagħmlu xejn biex inżommu milli jseħħu aktar imwiet għax irridu nżommu mal-liġijiet federali Ewropej, u ma' regoli li fallew milli jitrattaw u jsolvu din il- kwistjoni. Konvinti li jekk dawk imsejħin immigranti illegali jitħallew sejrin fi triqithom sakemm huma siguri, finalment din issir kwistjoni Ewropea u ma tibqax biss ta' Malta." Hu jżid jgħid li ż-żewġ partiti l-kbar qatt ma jistgħu jsolvu din il-problema għax huma t-tnejn jappartjenu għal partiti Ewropej li jemmnu f 'Ewropa federali. "Il-problema hi li l-Unjoni Ewropea mhix tapplika l-prinċipju federalista tal- burden sharing. Qed titfa' lil dawn l-imsejkna fuq Malta u tinsa x'piż qed jintefa' fuqna. Għandna Unjoni Ewropea li fejn trid tkun federali u fejn trid tħalli lil Malta waħidha," jargumenta Grech Mintoff. Bla ebda tlaqliq stqarr li t-triq 'il quddiem hi li l-elettorat jerġa' jpoġġi u jiddeċiedi jekk iridx li Malta toħroġ mill- Unjoni Ewropea, wara li jkun negozjat ftehim ġdid li jieħu post dak ta' Liżbona. Imma mhux biss, għax vot għal Alleanza Bidla jidher li se jkun ukoll vot biex Malta toħroġ miż-żona Ewro, bi Grech Mintoff isostni li "qatt ma nistgħu nieħdu r-ruħ jekk ma jkollnix il-munita tagħna." Jgħid li biżżejjed tara d-differenza ta' kif sejrin pajjiżi fiż-żona ewro u oħrajn bħar-Renju Unit li żammew il-munita tagħhom. "Malajr tinduna li l-ewro fir- realtà hi waħda mir-raġunijiet ewlenin għalfejn qegħdin fejn qegħdin. Iżda rridu s-sovranità f 'idejna qabel ma nistgħu nibdew nirranġaw din is- sitwazzjoni gravi li qegħdin fiha." Filwaqt li jirrikonoxxi li hija diffiċli immens li jkun elett, hu jgħid li fl-istess ħin fiduċjuż minħabba li l-element ewroxettiku qed ikompli jikber fil-popolarità. "M'hemmx dubju li aħna ż-żgħir, David, kontra ż-żewġ Gulija, kbar, u b'saħħithom. Fl-istess nifs, m'aħniex qalbna maqtugħa għax għalkemm żgħar u l-piż huwa tqil, għandna ċertu vantaġġi ċari wkoll fosthom li Malta issa ilha 10 snin fl-UE. Il-votant allura issa għandu fatti konkreti fejn wieħed jista' jara u jmiss b'idejh l-effetti ta' federaliżmu fallut." In-neputi ta' Mintoff jissokta jgħid li l-elettorat irid isaqsi jekk jinsabx aħjar jew agħar wara għaxar snin sħubija. Fakkar kif din l-elezzjoni mhijiex ta' partit kontra ieħor iżda biss biex itella' rappreżentanza Maltija ġol- Parlament Ewropew. "Għaldaqstant, jekk wieħed sempliċiment jastjeni se jkun qed jgħaddi messaġġ li mdejjaq bil-partiti politiċi imma fl-istess ħin se jibqa' fejn hu," temm jappella Grech Mintoff. X'qed jipproponu l-Alleanza Bidla fil-manifest Ftehim ġdid li jaqta' l-irbit tat-Trattat ta' Liżbona. • Li jġeddu n-newtralità billi jintrabtu ma' politika ta' diżarmament • fil-Mediterran. Li l-immigranti irregolari jintbagħtu u jitħallew ikomplu bil-vjaġġ • tagħhom lejn il-bqija tal-Ewropa Li tieqaf il-kompetizzjoni bejn ħaddiema lokali u dawk barranin • fil-kisba tal-impjiegi u fit-tnaqqis tal-kundizzjonijiet tax-xogħol. Li jirrappreżentaw lil dawk kollha li ma jaqblux ma kif isiru • l-affarijiet fl-UE u jemmnu li qed isiru ħwejjeġ li mhumiex fl-aħjar interess ta' pajjiżna. "Qatt ma nistgħu nieħdu r-ruħ jekk ma jkollnix il-munita tagħna" "Ix-xogħol fuq ir-rig taż-żejt fl-Isla hu ta' detriment għar-residenti" – AD IRRESIDENTI ta' Triq Bastion fl-Isla qegħdin jitħallew imqajmin għal iljieli sħaħ minħabba xogħlijiet li bħalissa għaddejjin fuq riggijiet taż-żejt. Arnold Cassola u Carmel Cacopardo f 'isem l-Alternattiva Demokratika llum f 'konferenza stampa staqsew min ta dan il- permess f 'din iż-żona residenzjali. Dan ix-xogħol qiegħed isir mill-kumpanija Palumbo Shipyards. Cassola u Cacopardo qalu li filwaqt li d-dockyard bilfors li kellu jagħmel xi xogħlijiet, din hi storja kompletament differenti u għas-saħħa tar-residenti tal- madwar, dan ix-xogħol qatt ma jmissu tħalla jsir. "Ix-xogħol li għaddej matul il-ġurnata u matul il-lejl qiegħed iħalli impatt fuq is-saħħa tar-residenti. Min approva u ta l-permess lil dawn iż-żewġ riggijiet taż- żejt? Ir-residenti anqas biss jistgħu jorqdu sew bil-ħsejjes li hawn," qal Cassola. Hu qal li matul is-snin li għaddew, din ma kinitx l-ewwel darba li x-shipyard kien il-kawża ta' detriment għar-residenti, kemm minħabba l-istorbju kbir li jkun hemm u anki minħabba li taffettwalhom saħħithom. Cacopardo żied jgħid li kien obbligu tad-dockyard li jikkonsidra l-impatt li dawn ix-xogħlijiet jistgħu jħallu fuq ir-residenti fil-madwar. L-AD ferħet lill-Gvern u lill-Oppożizzjoni fuq il- pożizzjoni li t-tnejn li huma ħadu kontra l-permess tal- Port Ħieles u ħeġġet lill-Gvern biex jiddisassoċja lilu nnifsu mix-xogħlijiet li qed isiru fl-Isla. Ma kienx ċar għall-AD għala nħarġu permessi għall-manutenzjoni ta' żewġ riggijiet taż-żejt daqshekk viċin żoni residenzjali. "Din it-tip ta' attività mhux kompatibbli maż-żona u m'għandix tkun tollerata. Iktar minn hekk, wasal iż- żmien li għandna nibdew nikkunsidraw serjament l-impatt li ċerti xogħlijiet iħallu qabel ma jkun approvat xi proġett," qal Cacopardo. Ix-xogħlijiet fuq wieħed mir- riggijiet beda mill-inqas erbat ijiem ilu, filwaqt li x-xogħol l-ieħor inbeda x-xogħol fuqu anki qabel. Il-ħsejjes kontinwi tal- makkinarju qiegħed jirrita bil- kbir lir-residenti, li lmentaw min-nuqqas ta' rqad anki għat-tfal tagħhom. Cassola qal li l-konklużjoni wara dan kollu hi li d-Direttorat Ambjentali tal-MEPA kien insensittiv quddiem il-bżonnijiet tar- residenti. "Ir-residenti anqas biss jistgħu jorqdu sew bil-ħsejjes li hawn" – Arnold Cassola

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 April 2014