Illum previous editions

illum 13 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 13 ta' April 2014 Il-qtil ta' "Ġiġi r-Rizzu" fl-1996 f 'Għawdex Xi saħħar bassar fejn qiegħed il-kadavru Ir-rotta tal- ġurnalist Jerome Caruana Cilia Ħmieġ, tajers u kartun ma' kullimkien. Dan l-iskip ilu hemm għal diversi snin. Dan il-qarrej qalilna li dan kien tpoġġa minn sid ta' fabbrika partikolari għall-użu personali tagħhom. "Mhux biss qiegħda toħloq żgombru u ambjent maħmuġ, iżda wkoll qed tieħu post ta' parkeġġ, f 'żona fejn il-postijiet tal-parkeġġ huwa limitat ħafna." Ir-ritratt jitkellem waħdu… il-ħmieġ iġib miegħu firien ukoll. Il-Ħmieġ saħansitra qed jieħu post ta' parkeġġ, f 'żona fejn dan il-parkeġġ huwa limitat. Iż-Żona Industrijali tal-Mosta Dan l-iskip ilu hemm għal diversi snin. Dan ILQTIL ta' Ġiġi "r-Rizzu", li l-ismu propja kien Louis Galea, jibqa' mdawwar b'ħafna misteri. Dan il-qtil seħħ aktar minn 17-il sena ilu li mhux biss għadu mhux solvut imma anke l-mod kif instab il-kadavru kien imdawwar b'misteri fosthom bi tbassir ta' "saħħar" u s-sagrament tal-qrar. Ġiġi r-"Rizzu" nqatel b'żewġ tiri fuq in-naħa ta' wara ta' rasu sparati mill-qrib. Wara li nqatel, il-kadavru tiegħu ntefa' f 'bir f 'Wied il-Għasri limiti taż-Żebbuġ u nstab 50 ġurnata wara fid-9 ta' Jannar 1997 wara li persuna kienet żvelat fejn seta' jinstab ma' saċerdot fis- sagrament tal-qrar. Louis Galea kellu 42 sena meta nqatel u kien miżżewweġ lil Angela u missier ta' erbat itfal, Pauline, Stephan, Terrance u Nykkie. Minkejja li kien jismu Louis, f 'Għawdex kien magħruf biss bħala. Ġiġi "r-Rizzu", laqam tal-familja. It-tfittxijiet L-aħħar ġurnata li Ġiġi deher ħaj kien nhar it-Tlieta, 19 ta' Novembru 1996. Għall-ewwel il-familja tiegħu, fosthom martu Angela, ħasbu li seta' mar x'imkien u li kien se jirritorna matul il-lejl. Dan minħabba li huwa kien ta' spiss ikollu xi xogħol li kien iħallih impenjat anke sa tard filgħaxija. Iżda dakinhar Ġiġi baqa' ma marx lura d-dar. Kmieni l-għada filgħodu kif Angela qamet u ndunat li żewġha ma kienx irritorna d-dar ċemplet lil Franco, wieħed minn ħutu. Dan għax Ġiġi kien sikwit imur fil-bar li Franco kellu f 'Marsalforn. Iżda skont Franco dak il-lejl ħuh ma kienx mar hemm. Għaldaqstant Angela marret l-Għassa tar- Rabat u għamlet rapport li żewġha kien nieqes. Minnufih il-Pulizija ta' Għawdex bdiet tfittxija għalih fejn anke kienet intalbet l-għajnuna tal-Pulizija tal-SAG. L-ordni li ngħataw kienet biex dawn ifittxu mal-irdumijiet. Iżda minħabba l-maltemp u riħ qawwi, ma kienx possibbli li l-Pulizija jwettqu din l-operazzjoni. L-għada t-temp kien l-istess u għaldaqstant biex ma tinħeliex ġurnata fix-xejn, il-Pulizija kienu se jagħmlu użu mill-klieb biex ifittxu fl-inħawi tal-Qbajjar u f 'Wied il-Għasri fejn hemm diversi bjar iżda din it-tfittxija wkoll ġiet sospiża. Meta baqa' ma kien hemm ebda ħjiel ta' xejn, Vince Galea, ħu Ġiġi u li huwa l-ikbar fost l-aħwa, f 'isem il-familja mar il- Kurja tal-Isqof f 'Għawdex fejn għamel avviż biex jinqara waqt il-quddies kollu. L-aħwa wkoll kienu marru jfittxu u t-tfittxija l-aktar li kienet instensifikata kienet fl-inħawi tal-Qbajjar, limiti ta' Marsalforn u Żebbuġ. Il-kaxxi tal-logħob setgħu kienu l-mottiv Peress li Ġiġi kien "jiddeffes" biex jagħmel kull biċċa xogħol li tiġi għal idejh, fosthom il- kaxxi tal-logħob. Fil-fatt fid-dar John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Din il-ġimgħa r-rotta saret minn qarrej tal-ILLUM. Dan il-qarrej bgħatilna numru ta' ritratti li juru l-entratura taż-Żona Industrijali tal-Mosta, fejn mijiet ta' persuni huma impjegati mad- diversi fabbriki li hemm fil-madwar. Hemm individwu li jarmi numru ta' skips mimlijin f 'din iż-żona. Dan qalilna li ħadd ma jiġi jnaddaf u jiżvojtahom u għaldaqstant il-ħmieġ jakkumula ħafna. "Fil-fatt, din iż-żona hi mimlija firien kbar li tista' tarahom anke matul il-jum." Il-qarrej enfasizza li hija xi ħaġa diżgustanti li sar investiment qawwi mill-fabbriki, "imbagħad l-awtoritajiet ħallew din iż-żona industrijali fi stat daqshekk ħażin." "Agħar minn hekk, it-triq li twassal għall-fabbriki tagħna għad mhix lesta. Fix-xhur tax-xitwa, il-klijenti u l-ħaddiema tagħna jkollhom jgħaddu minn toroq ħżiena mimlijin tajn u ħmieġ."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 April 2014