Illum previous editions

illum 13 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 13 ta' April 2014 | illum 23 Pjazzetta Kummercjali Ir-reklutaġġ tal-Emirates f 'Malta EMIRATES, konnettur globali tan-nies u destinazzjonijiet, qed torganizza Open Day f 'Malta għar-Reklutaġġ tal- cabin crew nhar il-Ħadd, 27 ta' April fid-9am, fil-Corinthia Hotel, il-Bajja ta' San Ġorġ, San Ġiljan. L-Open Day għar- Reklutaġġ tal-cabin crew toffri l-opportunità ideali lil applikanti li għandhom interess li jesploraw ix-xogħol tal-ħolm tagħhom u kif jgħixu fil-belt kosmopolitana ta' Dubaj. Metropoli li dejjem qed tikber, Dubaj toffri stil ta' ħajja eċċezzjonali, u medda wiesa' ta' attrazzjonijiet ta' divertiment apparti li t-temp tul is-sena kollha dejjem ikun xemxi. Matul l-Open Day, il-kandidati rġiel u nisa se jkollhom l-opportunità li jitkellmu mat- tim tar-reklutaġġ tal-Emirates bl-għan li jieħdu idea aktar ċara dwar il-kumpanija u x-xogħol li jsir abbord l-ajruplani. L-Emirates bħalissa ttir lejn 142 belt fi 80 pajjiż differenti madwar id-dinja bi flotta ta' 217 ajruplan wide-bodied, mgħammra bl-aħħar teknoloġija u bl- aqwa kumditajiet fis-suq tal-avjazzjoni. Barra minn hekk, l-Emirates għandha 375 ajruplan ieħor ordnat, b'investiment li jaqbeż $162 biljun. Dan jagħmel il-linja tal- ajru Emirates il-klijent ewlieni tal-Airbus A380 b'47 diġà fis-servizz filwaqt li 93 oħra ordnati. Hi permezz ta' din l-espansjoni li l-Emirates qed tfittex li timpjega 4,000 cabin crew ġdid din is-sena. Emirates toffri xogħol diversifikat abbord l-ajruplan b'tim internazzjonali li jikkonsisti bi 'l fuq minn 17,000 flight attendant, ġejjin minn 130 pajjiż u b'kollox jitkellmu b'50 lingwa differenti. F'Malta, il-linja tal-ajru Emirates żviluppat b'suċċess sezzjoni tas-suq għal kull min jivvjaġġa lejn l-Lvant, l-Asja u l-Awstralja. Ibbażata f 'Dubaj il-linja tal-ajru ilha tkun ta' ispirazzjoni għas-safar u tiffaċilizza l-kummerċ bejn Malta u l-kumplament tad- dinja mill-1998. Emirates topera titjiriet skedati kuljum minn Dubaj għal Malta t-Tnejn, l-Erbgħa, il- Ħamis u s-Sibt l-Emirates ittir via Larnaka, f 'Ċipru, filwaqt li nhar ta' Ħadd, it-Tlieta u l-Ġimgħa l-linja tal-ajru ttir dirett minn Dubaj għal Malta u tirritorna via Tripli. Mill- ewwel ta' Awwissu, Emirates ser topera żewġ titjiriet kuljum bejn Dubaj u Malta. Emirates qed tfittex li timpjega nies iddedikati, dħulin, b'attitudini pożittiva u li lesti jagħtu l-għajnuna u s-servizz lill-klijent. L-applikanti jrid ikollhom 21 sena jew iżjed meta jkunu impjegati. Dawn huma mitlubin li jippreżentaw il-curriculum vitae bl-Inġliż flimkien ma' ritratt tal- passaport. Hu essenzjali li l-kandidati jkunu fluwenti bl- Ingliż (bil-kitba u mitkellem) u għandhom tal-inqas iċ- ċertifikat mogħti fl-aħħar tal- iskola sekondarja. Il-kandidati jridu jilħqu għoli ta' 212cm meta jogħlew fuq subgħajhom ta' saqajhom. L-applikanti qed ikunu mħeġġa biex jirreġistraw għal Open Day bil-quddiem permezz tas-sit elettroniku, filwaqt li jsibu aktar tagħrif dwar l-opportunitajiet ta' karrieri mal-Emirates fis-sit www.emirates.com/careers. Open Day għar-Reklutaġġ tal-Cabin Crew s-27 ta' April 2014 L-istaġun nali ta' Mad Men jibda nhar il-Ħadd ISSEBA' u l-aħħar staġun tat- teleserje 'Mad Men' ser jintwera nhar il-Ħadd 20 ta' April fl- 9.45pm fuq GO Stars, ġimgħa biss wara li jkun intwera għall- ewwel darba fl-Istati Uniti. Id-dilettanti ta' dan is-serje ser ikollhom l-aħħar opportunità li jmorru lura fis-sittinijiet għal iktar avventuri ma' Don Draper, l-ikbar negozjant tar-riklamar. Michèle Dandria, Manager - Content and Digital Media ma' GO, qalet, "Mad Men ilu wieħed mill-iktar serje televiżivi popolari f 'dawn l-aħħar snin, u rebaħ 4 Golden Globes u għadd ta' Primetime Emmy Awards. Dan is-serje ser jixxandar ġimgħa biss wara li jintwera fl-Istati Uniti. Id-dilettanti tas-serje issa jistgħu jħarsu 'l quddiem għall-istaġun finali fejn Don Draper jissielet biex jibqa' pass 'il quddiem maż- żminijiet li qed jinbiddlu b'rata mgħaġġla u l-eżekuttivi żgħar jippruvaw jilħqu postu." Is-serje 'Mad Men' ser jkun qed jaqsam l-istaġun finali f 'żewġ partijiet – bl-ewwel parti 'The Beginning' ser tixxandar il-Ħadd filgħaxija mill-20 ta' April fl-9.45pm fuq GO Stars. It-tieni parti bl-isem 'The End of an Era' ser issir fl-2015. B'antiċipazzjoni għall-premiere ta' dan l-istaġun nhar il-Ħadd il-Għid, id-dilettanti jistgħu jaraw l-episodji kollha tal- istaġun ta' qabel (season 6) b'xi episodji jintwerew wara xulxin il-Ħdud ta' qabel fil-5pm. 'Ir-ritorn ta' Mad Men hu biss wieħed min-numru ta' programmi ewlenin għall- abbonati ta' GO Stars f 'April," qalet Dandria. Aktar tagħrif dwar is-servizz tat-TV ta' GO u GO Stars jinkiseb mill-ħwienet kollha ta' GO u r-resellers esklussivi, permezz tal-Freephone 8007 2121 jew mis-sit www.go.com.mt Il-Ġimgħa Mqaddsa f 'San Bastjan Ħal Qormi IŻŻMIEN tal-Ġimgħa Mqaddsa hu l-iżjed żmien ferm għażiż għall-insara, hekk kif titfakkar l-akbar ġrajja. Għal sena oħra l-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi flimkien mas- Soċjetà Filarmonika Pinto se jippreżentaw il-wirja 'Calicem Salutis', li tinkludi ċenaklu fuq stil Lhudi u wirja ta' vari, pitturi u diversi platti artistiċi tas-smid. Iċ-ċenaklu fuq stil Lhudi, tant imfittex mid-dilettanti tal-Ġimgħa l-Kbira, se jkun armat f 'waħda mis-swali fil-Każin Pinto, liema sala fl- imgħoddi kienet tintuża bħala forn u llum hi proprjetà tal- istess każin. Dawn l-istatwi ta' daqs reali huma xogħol l-artist Qormi, Stephen Borg. Fil-parti l-oħra tal-wirja wieħed se jsib ukoll bosta vari maħduma minn artisti Maltin, platti artistiċi bis-smid u pitturi marbuta mal-passjoni fuq stil modern. Rappreżentazzjonijiet f 'xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija Għal dawn iż-żminijiet se jkun hemm ukoll rappreżentazzjoni fix- xelter ta' taħt l-Għassa tal-Pulizija ta' Ħal Qormi fi Triq il-Kbira. Ir-rappreżentazzjoni bit-titlu 'il-Kundanna' tikkonċerna l-akbar ġrajja Kattolika minn għajnejn il-figura ta' Marija Maddalena. Artistikament il-viżitaturi jidħlu fil-fond tal-ħsieb tal-karattru ewlieni aktar ma huma jidħlu fil-fond tax-xelter. Mixegħla spettakolari b'mijiet ta' xemgħat Il-lejl ta' Ħamis ix- Xirka f 'Ħal Qormi issa sar sinonimu mal- mixegħla li ssir fuq iz- zuntier tal-Knisja ta' San Sebastjan, fejn żgħażagħ jużaw eluf ta' xemgħat ta' lewn differenti li flimkien jirrappreżentaw simbolu jew xena relatata mal-passjoni. L-għan ta' din il- mixgħela hu li jinħoloq ambjent uniku ta' skiet, ġabra u riflessjoni sabiex jgħinu lil dak li jkun qed jipprepara ruħu qabel ma jidħol fil-Knisja Parrokkjali sabiex jagħmel il-visti. Fost l-episodji li ġew ippreżentati fis-snin li għaddew insibu x-xbiha tad-Duluri, Ġesù mgħobbi bis-Salib, u l-Golgota. Avvenimenti oħra fil- Parroċċa San Sebastjan It-Tnejn 14 ta' April, fit- 8pm: 'Momento Mori', kunċert ta' marċi funebri fil-Każin Pinto fi Triq San Sebastjan. It-Tlieta u l-Erbgħa, 15 u 16 t'April: Id-dramm 'Saltnatu' mtella' fuq iz-zuntier mid- Drama Pageant Group. Il-Ħadd 20 ta' April: Nhar l-Għid il-Kbir toħroġ il- purċissjoni bil-vara artistika ta' Kristu Rxoxt wara l-quddiesa tat-8.15am. Isir it-tberik tal-figolli u l-ġirja tradizzjonali bl-istatwa. L-aħħar staġun jibda f'Ħadd il-Għid

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 April 2014