Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633
28 illum Il-Ħadd 13 ta' April 2014 SPORTSillum Floriana jegħlbu lil Tarxien biex jieħdu ftit nifs Valletta jumiljaw lil Mosta Mosta .....................0 Valletta ...................4 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT VALLETTA umilajw lil Mosta meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 5-0. Permezzz ta' din ir-rebħa l-Beltin fetħu vantaġġ ta' punt fuq Birkirkara fil-quċċata tal-klassifika li iżda għandhom logħba inqas hekk kif ikunu impenjati llum f 'logħba ferm importanti kontra Sliema Wanderers. Il-Beltin fetħu l-iskor fl-ewwel azzjoni denja ta' nota li ħolqu eżattament fit-13-il minuta meta Denni tefa' ġewwa mill- viċin wara li xutt angulat ta' Alan da Silva Souza ma ġiex miżmum mill- goalkeeper avversarju. Man-nofs siegħa logħob Valletta rduppjaw l-iskor għal darb'oħra permezz ta' Denni meta tefa' fix- xibka permezz ta' xutt fil-baxx wara li kien irċieva mingħand Nafti. Fil-45 minuta Valletta għamluhom 3 meta Ryan Fenech ittanta xortih minn tliet kwarti ta' grawnd hekk kif qabad lil Omar Borg barra minn postu u rnexxielu jitfa' fix-xibka. Fit-53 minuta kien imiss lil Luke Monetebello li jniżżel ismu fuq il-lista tal-iskorers ta' Valletta meta tefa' fix- xibka permezz ta' xutt mill- ewwel wara li kien irċieva l-ballun minn kross ta' Alan da Silva Souza. Fit-78 minuta s-sostitut Abayomi Seun Owonikoko skorja l-aħħar gowl fil-logħba meta bi bravura għeleb lil Omar Borg permezz ta' xutt tajjeb li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Mosti. Mosta - Borg, Farrugia, Ekani, Brincat, Grech (Zammit 55'), Grech, Micallef, Martins (Carrozza 53'), Zammit, Kaljevic (Pereira 57'), Piccioni Valletta - Revishvili, Azzopardi, Borg, Fenech, Briffa, Montebello (Cremona 67'), Da Silva Souza (Owonikoko 56'), Bajada, Rocha dos Santos (Mifsud Triganza 82'), Maisuradze Referee - Fyodor Zammit DENNI ROCHA DOS SANTOS Twieled fil-21 ta' Awwissu 1982 f'Rio de Janeiro fil-Brażil Għalkemm ma ġiex ivvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba kien fundamentali f'din ir-rebħa Beltija hekk kif skorja doppjetta wara li kien qed jirritorna fl-azzjoni wara numru ta' ġimgħat nieqes Jilgħab bħala plejer ta' nofs il-grawnd offensiv Inġieb f'Malta minn Tarxien Rainbows lura fl-istaġun 2009/10 qabel ingħaqad ma' Valletta fejn kiseb u għadu qed jikseb suċċess liema bħalu Tarxien R ............ 0 Floriana .............. 2 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT FLORIANA kisbu rebħa ferm importanti kontra Tarxien Rainbows li spiċċaw jilagħbu b'9 plejers, hekk kif għelbuhom bl-iskor ta' 2-0 biex b'hekk qawwew it-tamiet tagħhom li jevitaw ir-relegazzjoni għall-Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni fi tmiem l-istaġun. Floriana kienu mmexxija għall-ewwel darba mill-kowċ Taljan, Giovanni Tedesco. Min- naħa l-oħra din kienet it-tieni telfa konsekuttiva għal Tarxien Rainbows wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet tilfu bl-iskor minimu ta' 1-0 kontra Naxxar Lions. Il-Greens rebħu penalty fis-37 minuta meta r-referee Glenn Tonna ġġudika lil Manuel Caruana li kien iffawlja lil Steve Pisnai fil-kaxxa. Il-captain tar- Rainbows tkeċċa u mill- 11-il metru, Gary Muir tefa' ġewwa u lill-Greens fil-vantaġġ. Tmien minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Tarxien Rainbows spiċċaw jilagħbu b'9 plejers meta s-sostitut Lucas Goncalves da Silva kien it-tieni plejer li safa mkeċċi mir-referee wara li fawl li għamel fuq Rodrigo Felix Aguiar. Għaxar minuti minn tmiem id-90 minuta, Floriana ssiġġillaw ir-rebħa meta f 'kontrattakk veloċi, Igor Coronado żmarka lil Diogo Pinheiro de Souza fil-kaxxa li tefa' l-ballun wara Nicky Vella. Floriana setgħu faċilment żiedu gowl ieħor fid-89 minuta meta Ibok Edet żmarka lil Igor Coronado li iżda kkonkluda ġirja tajba permezz ta' xutt fil-baxx li b'xi mod ġie salvat mill-goalkeeper tar- Rainbows. TTarxien R. - Vella, Mamo, Caruana, Lopes Alcantara (Goncalves da Silva 46'), Martinelli (Pulo 75'), Toure, Menendez Hevia (Sammut 81'), Bueno, Mifsud, Bonnici, Santos Silva Floriana - Mintoff, Scicluna, Ibok Edet, Pisani (Baldacchino 89'), Coronado, Pinheiro de Spuza, J. Borg, Farrugia (Briffa 72'), Aguiar, Muir, S. Borg Referee - Glenn Tonna DIOGO PINHEIRO DE SOUSA Twieled fl-20 ta' Marzu 1990 fil-Brażil Skorja t-tieni miż-żewġ gowls ta' Floriana f'din il-logħba Qabel ingħaqad ma' Floriana matul dan l-istaġun, lagħab ma' Fortuna Sittard fl-Olanda Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 12 ta' Frar Crystal P. vs Aston V. 1-0 Fulham vs Norwich C. 1-0 Southamptin vs Cardiff C. 0-1 Stoke C. vs Newcastle U. 1-0 Sunderland vs Everton 0-1 WBA vs Tottenham H. 3-3 Riżultat FA Cup Is-Sibt 12 ta' Frar Wigan A. vs Arsenal 2-4 pen. Fixtures Kampjoant Barclays Premier Il-Ħadd 13 ta' Frar 14:30 Liverpool vs Manchester C. 17:00 Swansea C. vs Chelsea Riżultat Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 12 ta' Frar Sassuolo vs Cagliari 1-1 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 13 ta' Frar 12:30 Bologna vs Parma 15:00 Hellas Verona vs Fiorentina 15:00 Livorno vs Chievo V. 15:00 Napoli vs Lazio 15:00 Sampdoria vs Inter 15:00 Torino vs Genoa 15:00 AC Milan vs Catania It-Tnejn 14 ta' Frar 20:45 Udinese vs Juventus YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Arsenal jegħlbu lil Wigan Athletic bil-penalties u jagħmluha għall- nali tal-FA Cup DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW