Illum previous editions

illum 13 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 13 ta' April 2014 | illum 29 SPORTSillum Arsenal jegħlbu lil Wigan Athletic bil-penalties u jagħmluha għall- nali tal-FA Cup ARSENAL sar l-ewwel tim li kkwalifika għall-finali tat- tieni l-iktar kompetizzjoni importanti u prestiġjuża fl-Ingilterra, l-FA Cup, meta lbieraħ f 'Wembley Stadium għeleb lill-holders Wigan Athletic bl-iskor finali ta' 4-2 wara l-għoti tal- penalties wara li l-konfront ta' bejniethom wara l-ħin barrani kien intemm f 'parità ta' 1-1. Il-Gunners huma l-favoriti netti li jirbħu din it-Tazza hekk kif fil-finali se jkunu qed jaffrontaw jew lil Hull City jew lil Sheffield United. Kienu Wigan Athletic li fetħu l-iskor permezz ta' penalty ta' Jordi Gomez fl-64 minuta iżda Arsenal ġabu l-iskor indaqs fit-82 minuta permezz ta' Per Mertesacker. L-iskor baqa' ma nbidilx wara l-ħin barrani u għalhekk il-logħba kellha tmur għal- lotterija tal-penalties fejn il-gowls għal Arsenal mill- 11-il metru waslu minn Arteta, Kaellstroem, Giroud u Cazorla waqt li ż-żewġ gowls għal Wigan Athletic waslu minn Beausejour u James McArthur. Intant, mill-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra kellna erba' logħbiet li spiċċaw bl-iskor identiku ta' 1-0. Crystal Palace għelbu lil Aston Villa b'dan l-iskor bil-gowl uniku għalihom fil-logħba jasal fis-76 minuta permezz ta' Jason Puncheon. Bl-istess skor intemmet il-logħba bejn Sunderland u Everton bil- gowl għal Everton li kienu qed jilagħbu barra minn darhom jasal minn awto-gowl ta' Wes Brown fil-75 minuta. Cardiff City barra minn darhom ukoll kisbu rebħa minima ta' 1-0 din id-darba kontra Southampton bil- gowl uniku tagħhom jasal minn Cala fil-65 minuta fejn tajjeb ngħidu li f 'din il-logħba l-ebda plejer ma ġie ammonit. Fulham ġewwa darhom għelbu lil Norwich City ukoll bl-iskor ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom fil-logħba jasal minn Hugo Rodallega fl-40 minuta. U jekk f 'dawn l-erba' logħbiet ftit li xejn rajna gowls, il-logħba bejn West Browmich Albion u Tottenham Hotspur pattiet bis-sħiħ għal dan hekk kif fiha rajna xejn inqas minn sitt gowls. WBA skorjaw tliet gowls f 'temp ta' 31 minuta permezz ta' Vydra, Brunt u Sessegno iżda l-iSpurs għamlu rimonta mill-aqwa u ġabu l-iskor indaqs bit-tliet gowls għalihom jaslu minn awto- gowl ta' Olsson, Harry Kane u l-plejer Daniż, Christian Eriksen, bl-istess plejer jiġi ammonit ftit sekondi wara li rnexxielu jsib ix-xibka. Tajjeb ngħidu li fis-16-il minuta Emmanuel Asdebayor falla penalty għal Tottenham Hotspur. Illum, mill-istess kampjonat ikollna l-logħba ferm importanti mill-quċċata tal-klassifika bejn Liverpool u Manchester City f 'Anfield, liema logħba tibda fis-2.30pm. Fil-5pm Chelsea jaffrontaw lit-tim inferjuri ta' Swansea City barra minn darhom. Mill-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Sassuolo u Cagliari temmew il-konfront ta' bejniethom f 'parità ta' 1-1 bil- gowl għal Sassuolo jasal minn Simone Zaza fis-36 minuta waqt li Cagliari ġabu l-iskor indaqs minn penalty ta' Agim Ibraimi fis-47 minuta. Iffurmat l-ewwel tim Malti fl-FIA Formula ILMALTA Motorsport Federation (MMF) bi pjaċir ħabbret l-ewwel reġistrazzjoni storika f 'Malta ta' tim li se jtellaq f 'kampjonat fil-kategorija tal-FIA Formula. It-tim Malta Formula Racing, huwa mmexxi minn persuni distinti barranin ma' timijiet li għandhom esperjenza vasta fil-kategoriji varji tal- motorsport, bħall-ġestjoni tat-tlielaq tal-F1, ġestjoni tas-sewwieqa, 5 darbiet Kart World Champion u appoġġ minn tim tekniku li ħaddmu fil-F1, F3, Formula Indy u Formula 3000. L-ewwel attività tal-Malta Formula Racing, se tkun il-parteċipazzjoni tagħhom fil-kampjonat li għadu kif ġie mwaqqaf tal-FIA Formula 4 (F4) li se jibda f 'Ġunju li ġej immexxi mill-ACI CSAI Taljana. Dan il-kampjonat jikkonsisti f '7 rawnds ta' 21 tiġrija ġewwa ċirkwiti magħrufa għal tiġrijiet tal- Formula 1 u Moto GP b'mod partikolari ċ-ċirkwit tat- tlielaq ta' Barċellona f 'Spanja flimkien ma' Monza, Imola, Mugello, Vallelunga, Adria u ċirkwit ta' Magione f 'Italja. It-tiġrijiet kollha se jkunu trasmessi live minn RAI Sport. Malta Formula Racing tim se jkunu qed jipparteċipaw b'żewġ karozzi tat-tlielaq tal-marka Tatuus F4 omolgati mill-FIA għal dan il-kampjonat, mgħammra b'magna moderna Abarth 414 F4 turbocharged 1.4cc b'160hp u tajers Pirelli. Bħalissa t-tim qed jaħdem biex jagħlaq ma varji sponsors lokali u barranin sabiex ikunu jistgħu jinkludu mill-inqas xufier żagħżugħ Malti immedjatament f 'dan il-kampjonat, b'hekk il-Maltin jibdew jibbenefikaw minn din l-opportunità storika maħluqa minn din l-impriża fi ftit xhur. Kelliem ewlieni għall-Team qal li "Hija l-intenzjoni tad- diretturi tal-Malta Formula Racing, biex jiżguraw sponsors importanti ħalli noħolqu l-opportunitajiet diretti għal sewwieqa żgħażagħ Maltin li jippromettu u li jixtiequ jesperjenzaw it-tlielaq fid-dinja tal-kategorija tal-Formula 4. Dan jista' jkun biss l-ewwel pass tagħhom biex jimxu 'l quddiem lejn kategoriji iktar għoljin tat-tlielaq fid-dinja tal- motorsport." Tonio Cini, President tal- MMF stqarr li "Dan huwa pass storiku għal Malta. Il- formazzjoni ta' 'Malta Formula Racing' tim, irriżulta wara ħafna laqgħat intensivi, ma' diversi persuni ewlenin. Din l-impriża hija turija tar-riżultat tad-determinazzjoni kbira li l-Federazzjoni għandha biex inwasslu l-opportunitajiet possibbli għaż-żgħażagħ tagħna billi jsibu l-appoġġ meħtieġ f 'dan ix-xenarju. Issa m'għadiex ħolma għas- sewwieqa lokali li jixtiequ jsegwu l-ambizzjonijiet tagħhom u jtellqu fil- kategoriji Formula. Aħna diġà bdejna taħdidiet biex noħolqu l-ewwel Akkademja tas-Sewwieqa tat-tlielaq bil-kollaborazzjoni mal- Malta Formula Racing tim. Madankollu, wieħed għandu jirrimarka li huwa ironiku u mhux loġiku li jkollna Akkademja tas-sewwieqa tat-tlielaq, tim tal-Formula reġistrat hawn Malta u l-ebda trakka f 'Malta fejn jista' jsir it-taħriġ u l-preparamenti għal sewwieqa aspiranti żgħażagħ. MMF jinkoraġixxi lill-Gvern billi jieħu l-pass li jmiss u l-inizjattiva politika u jappoġġja dan l-investiment barrani u d-dilettanti Maltin billi jirriserva l-art għall- iżvilupp tar-Road Safety & Motorsport Facility mill-aktar fiss possibbli." It-tnedija uffiċjali ta' tim Malta Formula Racing u l-preżentazzjoni tas-sewwieqa ser issir f 'Malta la darba l-karozzi tat-tlielaq ikunu ttestjati u lesti. MMF tixtieq tieħu din l-okkażjoni biex jawguraw kull suċċess lil Malta Formula Racing u wkoll lil Angelo Sticchi Damiani, President ACI CSAI u lil Luca De Donno, tal-WSK Promotion kull suċċess għal FIA Formula 4 Italian Championship. L-ewwel attività se tibda f 'Ġunju Klijenti ta' Banif Bank jiltaqgħu ma' Denis Law Il-klijenti ta' Banif Bank li applikaw għall-Manchester United Credit Card kellhom opportunità unika li jiltaqgħu mal- plejer leġġendarju Denis Law, magħruf aħjar bħala 'The King', u jmissu b'idejhom t-tazza tal-Kampjonat Barclays Premier f 'attività li l-Bank organizza għall-klijenti tiegħu lbieraħ f 'Il Cortile.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 April 2014