Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633
30 illum Il-Ħadd 13 ta' April 2014 SPORTSillum Iktar żviluppi mingħand l-ASMK NHAR il-Ħadd li għadda l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat it-12- il programm tal-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2013/14. Il-programm kien jinkludi s-sezzjoni karozzi Autocross u sezzjoni tal-muturi Motocross. Intant, nagħtu ħarsa ħafifa lejn il-ġurnata fejn naraw li fis-sezzjoni Autocross rajna ġurnata oħra ta' kompetizzjoni qawwija tul il-ġurnata tant li ħadd ma rrnexxielu jirbaħ il-heats kollha tal-ġurnata. Għall-finali Klassi 'A' ikkwalifikaw Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo, Philip Joe Vella fuq Vauxhall Nova, Malcolm Borg fuq Opel Corsa, Melo Zammit fuq Ford Escort, Josef Grech fuq Ford Fiesta u Guzi Pace fuq Ford Escort. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Grech, Zammit, Farrugia u Vella jagħmlu ħruġ tajjeb u kollha baqgħu flimkien sal- ewwel kantuniera, bi Grech jieħu t-tmun tat-tiġrija segwit minn Zammit u Farrugia. Ir- raba' post kien okkupat minn Vella segwit minn Pace u Borg jissieltu għall-post flimkien. Borg spiċċa kellu jirtira mill- ewwel wara li qabad it-tyres tas-sigurtà mal-ġenb tal-korsa. L-attenzjoni kompliet fuq l-ewwel tliet kompetituri Grech, Zammit u Farrugia li minkejja li Farrugia qatt ma għamel mossa li kien se jaqbeż lil Zammit, dejjem żamm warajh viċin ħafna tant li l-pressjoni fuq Zammit kienet waħda kontinwa lap wara lap waqt li Zammit kien qed jagħmel minn kollox biex jiddefendi postu. Iżda sfortunatament Zammit minħabba ħsara mekkanika kellu jċedi postu lil Farrugia li kien qed isegwi tant viċin warajh. Zammit spiċċa kellu jirtira biex Farrugia kompla javvanza u beda jagħmel pressjoni wkoll fuq Grech tul l-aħħar erba' laps. Grech segwit mill-pressjoni ta' Farrugia ddefenda l-pożizzjoni tiegħu u spiċċa rebaħ din l-ewwel finali tiegħu klassi A f 'dan il-kampjonat. Farrugia u Vella spiċċaw fit-tieni u t-tielet post waqt li fir-raba' u l-ħames post spiċċaw Pace u Zammit. Fil-finali Klassi B ikkwalifkaw Jason Martin fuq Volkswagen Polo, Josef Abela fuq Vauxhall Nova, Kurt Sammut fuq Ford Ka, Karl Micallef fuq Ford Fiesta, Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova u Ryan Scerri fuq Opel Corsa. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Pisani, Abela u Sammut li għamlu ħruġ tajjeb ħafna tant li baqgħu flimkien. Sfortunatament, Sammut li kellu kuntatt ma' Abela biex l-istess kompetituri spiċċaw ikomplu t-tiġrija mill-aħħar post iżda Sammut iddeċieda li jirtira mit-tiġrija. Dan il-kuntatt għamilha aktar faċli għal Pisani biex jieħu t-tmun tal-finali segwit minn Scerri u Micallef. Ir-raba' u l-ħames post kienu okkupati minn Abela u Martin, b'dan tal-aħħar spiċċa biex issupera lil Abela sal-aħħar ta' din il- finali. Il-Finali Klassi B spiċċat kif bdiet b'Pisani jiddikjara r-raba' rebħa tiegħu f 'din il-klassi segwit minn Scerri u Micallef. Fir-raba' post spiċċa Martin segwit minn Abela fil- ħames post. Fis-Sezzjoni Karozzi Autocross Gozo rajna lil Domenic Zammit fuq Alfa Sud jiddikjara rebħa oħra fil- finali f 'dan l-istaġun. Dan kien segwit minn Marvin Grima fuq Opel Corsa u fit-tielet post spiċċa Joseph Agius fuq Ford Fiesta. Fis-Sezzjoni Motocross erġajna rajna lill-aħwa Camilleri jiddominaw iż-żewġ klassijiet A u B. Fi Klassi A rajna lil Clayton Camilleri fuq mutur KTM 250cc li minkejja li ma rebaħx il-heats kollha tal-ġurnata xorta waħda rebaħ il-ġurnata overall bl-ogħla punteġġ. Clayton kien segwit minn Paul Muscat fuq mutur KTM 250cc li spiċċa l-ġurnata fit-tieni post waqt li fit-tielet post spiċċa Edward Ciantar fuq mutur Kawasaki 250cc. Dawn isuqu tliet heats ta' 17-il minuta kull waħda. Fi Klassi B rajna lil Kyle Camilleri fuq mutur Suzuki RM 85cc li rnexxielu jirbaħ il-heats kollha tal-ġurnata segwit fit-tieni post minn Pierre Jourdan fuq mutur KTM 150cc 2T u fit-tielet post spiċċa Ludvic Muscat fuq KTM 250cc. Minkejja li Kyle isuq mutur bl-iżgħar ċilindrata jidher li qabad sew l-andament tal-korsa kif modifikata minn Angelo Cinquemani. L-attivitajiet tal- Assoċjazzjoni jkomplu llum mis-Sezzjoni Muturi Trials. L-attività tagħhom se ssir barra l-kumpless f 'Ta'Qali. Din id-darba se tiġi ogranizzata fil-barriera li tinsab f 'Tarġiet Għomor limiti tan-Naxxar taħt it-telgħa t'Alla u Ommu. Il-programm jibda fid-9am. L-ASMK xtaqet tirringrazzja lill-Ballut Ltd talli pprovdew il-post kif ukoll lil Thomas Smith Insurance li appoġġjaw din l-attività. Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo Plejers tat-tim nazzjonali Malti ta' taħt is-17-il sena jiltaqgħu mal-studenti JOSEPH Mbong, Iouseff Meli, Jamie Azzopardi u Kirian Nwoko, erba' plejers tat-tim nazzjonali Malti ta' taħt is-17-il sena, flimkien ma' Sergio Soldano, il-kowċ ta' din l-iskwadra, dalgħodu bdew il-kampanja 'Reach Out' fl-iskejjel billi flimkien żaru l-iskola Primarja ta' San Alwiġi f 'Ħal-Balzan u l-iskola Primarja tas-Siġġiewi. Il-plejers nazzjonali flimkien mal-kowċ tagħhom ingħataw merħba ta' 'eroj' mill-istudenti li sabuhom jistennewhom fil-bitħa taż-żewġ skejjel tagħhom, lesti biex jisimgħu dak li kellhom xi jgħidulhom il- plejers nazzjonali li lejn l-aħħar anki sabu l-ħin biex jieħdu xi ritratti u anki jiffirmawlhom xi kotba u 'brochures' li kellhom. Preżenti wkoll għal din iż-żjara kien hemm David Carabott, l-eks-plejer nazzjonali ta' Malta u wieħed mill-Ambaxxaturi magħżula mill-MFA għal dan l-avveniment. Il-kontinġent Malti beda l-ġurnata billi għal ħabta tad- 9am żar l-iskola Primarja ta' San Alwiġi fejn hemmhekk sab jistennih lis-Sinjura Daniela Camilleri Sacco, il-Kap tal- Iskola, li dawret lill-kontinġent mal-klassijiet u kif ukoll uriet il-proġett li t-tfal tal-iskola tagħha ħadmu fuq il-pajjiż tal-Belġju. Il-kowċis veterani Lolly Aquilina u Leli Micallef, iġġudikaw dan il-proġett li sar mill-istudenti, biex iktar tard meta tintemm il-kampanja se jkunu qegħdin jagħtu l-ġudizzju finali tagħhom minn tant proġetti li tlestew minn diversi studenti mill-iskejjel kollha fuq il-pajjiżi Ewropej. It-tieni żjara saret għal ħabta tal-11am fl-iskola Primarja tas-Siġġiewi fejn hawnhekk il- kontinġent sab jistennih lis-Sur Alan Ellul, li wkoll ta' merħba xierqa lill-plejers u lill-kowċ nazzjonali. Aquilina u Micallef ukoll kellhom l-opportunità li jevalwaw u jisimgħu dak li kellhom xi jgħidu l-istudenti fuq il-pajjiż ta' Franza, li fuqu ħadmu l-proġett tagħhom. Għal din l-okkażjoni, il-plejers nazzjonali wkoll sabu l-ħin biex iqassmu fuljetti u jieħdu xi ritratti u jiffirmaw lill-istudenti li sabuhom jilqgħuhom. Din kienet waħda mill- ewwel inizjattivi li wħud mill-plejers nazzjonali għamlu bħala bidu tal-kampanja għal dan il-Kampjonat Ewropew tal-UEFA li se jkunu qegħdin jipparteċipaw fih u li se jsir f 'Malta bejn id-9 u l-21 ta' Mejju li ġej. Il-plejers bagħtu messaġġ wieħed komuni u b'saħħtu biex kulħadd jattendi għal dawn il-partiti, speċjalment fejn se jkunu qegħdin jilagħbu huma, biex jingħata l-appoġġ xieraq lit-tim nazzjonali Malti. Joseph Mbong jirma lill-istudenti