Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633
Il-Ħadd 13 ta' April 2014 | illum 31 SPORTSillum Parma pass 'il bogħod mill- Ewropa s-sena taċ-Ċentinarju ITTIM tal-Parma llum mhuwiex wieħed li għadu jiġġieled għall-unuri, madankollu matul iż- żmien ġibed is-simpatija u l-ammirazzjoni ta' ħafna nies. Il-Parma huwa tim ta' storja u rebaħ kemm fuq livell lokali u kemm fuq livell internazzjonali. Fil-perjodu ta' bejn l-1992 u l-2002, it-tim rebaħ tmien trofej, fosthom darbtejn il-Coppa Uefa (bil-vittmi jkunu Juventus u Marseille), is-Super Coppa Ewropea, il-Coppa delle Coppe, is-Super Coppa Italiana u tliet darbiet il- Coppa Italia. Il-lig Taljan qatt ma ntrebaħ, għalkemm l-aħjar ippożizzjonar tal-klabb kien fit-tieni post. Kien żmien maġiku fejn il- klabb ipproduċa plejers u kowċis leġġendarji u baqa' jagħmel dan ukoll fis-snin ta' wara; Buffon, Bucci, Taffarell, Benarrivo, Thuram, Cannavaro, Sensini, Dino Baggio, Veron, Boghossian, Stoichkov, Crespo, Zola, Asprilla, Chiesa, Ancelotti, Ranieri, Sacchi, Prandelli – kollha mexxew jew libsu l-flokk tal-Parma u oħroġ il-għaġeb dejjem splodew u bbrillaw ma' dan it-tim. Madankollu l-flus biex jinżammu dawn il-plejers kbar għal numru ta' snin qatt ma kienu hemm u l-istorja dejjem irrepetiet ruħha. Anki l-falliment tal-Parmalat ma tantx kien għen. Illum, il-mentalità u d-drawwa ta' dan it-tim hi li jtella', jrawwem u jixtri plejers minn età żgħira u jiżviluppahom fi plejers ta' kwalità. It-tim twaqqaf fl-1913 u fi tmiem is-sena li għaddiet għadu kif iċċelebra l-għeluq tal-mitt sena mit-twelid tiegħu. Il-logħba taċ- Ċentinarju ddiżappuntat xi ftit, u naqqxet isimha fl-istorja ta' parità f 'darhom kontra Cagliari. Il-President attwali Tommaso Ghirardi xtaq li din is-sena tkun aktar speċjali u bil-limitazzjonijiet tiegħu, żamm lil aħjar plejers tat-tim u ġab plejer ta' esperjenza kbira bħalm'hu Antonio Cassano. Plejers veloċi bħalma huma Biabiany u Sansone jidhru li qed jagħmlu d-differenza. Amauri, minkejja li dejjem stinka kemm felaħ f 'kull logħba, jidher li nfetaħ f 'dawn l-aħħar żewġ logħbiet fejn skurja tliet gowls – peress li sa żewġ logħbiet ilu kien għadu ma daħħalx ballun wieħed ġox-xibka. Cassano, għalkemm ma jafx x'jiġifieri tgħin fil-fażi difensiva, ta dik il-kreattività u l-esperjenza li kien hemm bżonn. Id-difiża, immexxija mis-surmast veteran Alessandro Lucarelli, tidher li hi afdata f 'kaptan sod, u minkejja l-età tiegħu, donnu din is-sena reġa' twieled mill-ġdid. F'nofs il-grawnd Marchionni jagħmel ħafna xogħol li ma jidhirx u huwa l-organizzatur u l-bennej tal- azzjonijiet tal-Parma. Parolo huwa plejer li jaħdem ħafna, jinserixxi ruħu kif suppost u jfaqqa' xuttijiet minn kullimkien. Skorja sitt gowls minn 18-il partita – Mhux ta' b'xejn li nofs l-Italja tridu fit-tim tiegħu! Il-futbol li qed jintlagħab huwa wieħed sabiħ, b'żamma ta' pussess għal ħafna mill-ħin tal-logħba u tqassimiet meqjusa. Is-sitt rebħiet, it-tmien paritajiet, u l-ħames telfiet li ġarrbu s'issa huma prova ta' kemm it-tim ta logħba lil kulħadd. Dan l-istaġun irnexxielu jħabbatha wkoll kontra l-aqwa forzi tal-kampjonat u dejjem ħareġ mill-grawnd b'rasu mgħollija. Fil-fatt, il-Parma rebħu f 'darhom kontra l-Milan, rebħu barra minn darhom kontra n-Napoli, ġew f 'parità ma' timijiet bħal l-Inter, il- Fiorentina u l-Lazio, u għal ftit ma wettqux sorpriża kontra t-timijiet ta' Roma u Juventus. Il-grinta u l-ippressar li wrew kontra dawn it-timijiet kienet impressjonanti u qatt ma serqu xejn bil-punti li ħadu kontra timijiet tal-isem bħal dawn. Il-kritika li tista' tingħatalhom hija li jbatu ma' timijiet anqas stabbiliti u magħhom jitilfu punti prezzjużi, li fuq il-karta, jidhru li huma kapaċissimi biex jirbħulhom. B'daqsxejn aktar attenzjoni s-26 punt li ġabu sal-ewwel round seta' tela' faċilment b'disa' punti oħra. Il-futbol ma jintrebaħx biss miż-żamma tal-pussess iżda bil-gowls u f 'ċerti mumenti tal-logħba nemmen li hemm bżonn ikunu aktar konkreti u diretti. Il-Parma bħalissa jinsabu fis-sitt post b'punti ndaqs daqs Inter hekk kif għandhom 50 punt, iżda n-Neroazzurri għandhom differenza ta' gowls aħjar, pass biss 'il bogħod minn post fl-Ewropa – l-Ewropa li dejjem ġabet ir-risq lil dan it-tim anki meta kien pass 'il bogħod li jaqa' Serie B għax wasal sas-semifinali tagħha fl-2003. Mhix se tkun faċli imma jekk jibqgħu juru din il-kwalità ta' futbol li qed juru bħalissa (u ma jitilfux punti banali), hemm ċans li jwettqu sorpriża u jkun it-tim rivelazzjoni f 'dan l-istaġun. Il-plejers ta' Parma jiċċelebraw wara wieħed mill-gowls tal-eroj tagħhom, Amauri Organizzata Triathlon u Duathlon għat-tfal bejn Mejju u Awwissu BEJN Mejju u Awwissu li ġej, Fabio Spiteri u Kevin Zammit, se jkunu qed jorganizzaw attività unika bl-isem ta' Super Kids Tri/ Duathlon Series. Fiha se jkun hemm erba' tlielaq tad- duathlon li tlieta minnhom se jiġu organizzati fi Smart City fil-Kalkara u waħda fit- trakka tal-BMX f 'Pembroke. Se ssir ukoll tellieqa tat- triathlon li se tkun qed tinkorpora fiha għawma fl- indoor pool ta' Ta' Qali, ġirja bir-rota u ġirja fl-'Adventure Park' ukoll f 'Ta' Qali. Se jkun hemm tliet kategoriji differenti li se jkunu qed jinkludu: Subien u bniet ta' bejn is-7 u t-8 snin Subien u bniet ta' bejn id-9 u l-10 snin Subien u bniet ta' bejn il-11 u t-12-il sena Se jingħataw ukoll midalji għal kull parteċipant, kif ukoll trofej għall-ewwel tlieta f 'kull kategorija. Jekk wieħed japplika għat-tlielaq kollha se jkollu goodie bag b'valur ta' €50 u jinkludi diversi affarijiet. Rimarkabbli huwa l-fatt li f 'din l-attività se jiġu organizzati wkoll tlielaq tal- wheelchairs għal tfal bejn il-5 u t-12-il sena. Barra minn hekk se jkun hemm stands taċ-ċikliżmu, promozzjoni tas-saħħa, face painters, mużika, stilt walkers, u rikbiet bil-ponì. Dan se jkun avveniment tal-familja li qatt ma sar bħalu f 'Malta. L-isponsor ta' din l-attività se jkun Smart City Malta. Se jkunu organizzati wkoll tlielaq bil-wheelchairs u avveniment għall- familja kollha