Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633
32 illum Il-Ħadd 13 ta' April 2014 SPORTSillum Ħames logħbiet 'il bogħod milli jsiru champions wara 24 sena LAĦĦAR li Liverpool resqu qrib li jirbħu d-19- il kampjonat fl-istorja tagħhom kien fl-istaġun 2008/09 – dak kien l-ewwel kampjonat bil-format 'il- ġdid' tal-Premier League. Imma meta kull partitarju ħaseb li l-istaġun ta' wara kien se jkun l-istaġun tas- suċċess finali, il-forma ta' Liverpool marret mill-ħażin għall-agħar, b'Rafa Benitez jitkeċċa minn maniġer kif ukoll segwiet is-saga tal- Amerikani Hicks u Gillett. Minn hemm 'il quddiem Liverpool għaddew minn żmien ta' turbulenzi bit- tmexxija ta' Roy Hodgson u Kenny Dalglish sakemm fl-aħħar wasal Brendan Rodgers li donnu tefa' nifs ġdid fil-klabb l-aħmar ta' Merseyside. L-istaġun li għadda kien wieħed ta' tranżizzjoni, b'Liverpool jispiċċaw fis-7 post tal-klassifika u barra minn kull kompetizzjoni Ewropea. Is-saga ta' Luis Suarez matul is-sajf li għadda kienet waħda li żammet lis-sapporters kollha ta' Liverpool fuq ix- xwiek, imma dan il-plejer Urugwajan qiegħed iservi bħala l-punt ta' riferiment għaliex Liverpool għaddejjin minn din il-forma brillanti. 17-il logħba sal-Milied 2013 u Liverpool jinsabu l-ewwel b'36 punt, punti daqs Arsenal imma qabilhom minħabba d-differenza ta' gowls. U għalkemm l-għan ewlieni fil-bidu tal-kampjonat kien dak li Liverpool jerġgħu jsibu posthom fic-Champions League wara nuqqas ta' erba' snin mill-aqwa kompetizzjoni tal-klabbs Ewropej, jidher li dan l-għan bil-mod il-mod qiegħed jinbidel. Kien Brendan Rodgers stess li qabel il- logħba kontra Arsenal qal li anke jekk kemm-il darba Liverpool jitilfu (kif fil- fatt għamlu), xorta waħda kienu biċ-ċans li jirbħu l-kampjonat. U din it-tama mhux biss nibtet fil-manager tar-Reds imma anki fil- partitarji madwar id-dinja kollha. Donnu f 'daqqa waħda kulħadd qiegħed jikkunsidra li Liverpool jinsabu b'ċans kbir li jirbħu l-kampjonat wara 24 sena. Imma fil- verità, Liverpool għandhom ċans jirbħu l-kampjonat? Wieħed irid ikun ottimist biex jikkunsidra li tim li jkun spiċċa l-kampjonat ta' qabel fis-7 post, imur fl-istaġun ta' wara u jirnexxielu jirbħu. Dan meta tqis li Liverpool qegħdin jikkompetu ma' timijiet bħalma huma Chelsea u Manchester City. M'hemmx dubju li fost l-iktar plejers li impressjonaw għar- Reds matul dan l-istaġun insibu lil Suarez hekk kif meta dan daħal lura fit- tim, it-tandem bejnu u bejn Sturridge kien wieħed li jwerwer lil kull difiża, tant li kien hemm opinjonisti li bdew jgħidu li kien l-aqwa attakk li kien hemm fil- Premiership fil-mument. U meta Sturridge weġġa', Suarez donnu li laħaq l-aħjar forma tiegħu, bil-gowls jibdew jaslu wieħed wara l-ieħor, kultant skurjati bi klassi liema bħalha u kultant skurjati għall-gost. Skurjati kif inhuma skurjati, kollu jgħoddu u sal-kitba ta' dan l-artiklu Suarez kien diġà tefa' l-ballun fix-xibka avversarja 29 darba fi 28 logħba. Imma jekk kemm- il darba Suarez iweġġa' jew ikun sospiż Liverpool pjuttost m'għandhomx attakkant ta' stoffa fuq min iduru u jekk ma tiskurjax huwa impossibbli li tirbaħ fil-logħba tal-futbol. Jekk matul ix-xahar id- dieħel Liverpool ma jgħollux it-tazza tal-Kampjonat Barclays Premier, żgur mhux se tkun spiċċat id-dinja. Jekk jiġu mal-ewwel 4 ukoll se jkun pass kbir fid-direzzjoni t-tajba wara l-istaġun li għadda. Żgur imma li fil- preżent ma tagħti l-ebda tort lis-sapporters ta' Liverpool li jħossuhom ottimisti, li jħossu li dik l-istennija forsi se tasal fi tmiemha, li dak id-19-il kampjonat tant mistenni jasal matul dan l-istaġun f 'Anfield. B'aktar logħob sabiħ kif qed jilagħbu, bi ftit fortuna u bi ftit għajnuna mit-timijiet l-oħra, min jaf, forsi f 'Mejju, fil-mużew ta' Anfield Stadium tiżdied tazza li ilha mistennija xejn inqas minn 24 sena. Liverpool jinsabu ċ-ċans li jirbħu l-Kampjonat Barclays Premier -Ingilterra "M'aħna se nibżgħu minn ħadd" – Roy Hodgson ILKOWĊ tal-Ingilterra Roy Hodgson saħaq li t-tim tiegħu mhu se jkun qed jibża' minn ħadd matul it-Tazza tad-Dinja fil-Brażil. Huma se jkunu qed jilagħbu kontra l-Italja fil-logħba tal-ftuħ valida minn Grupp D nhar l-14 ta' Ġunju, waqt li jsegwu għalihom logħbiet kontra l-Urugwaj u Kosta Rica. Hodgson li ġie kkritikat minn bosta għat- tattiċi ferm konservattivi tiegħu saħaq li huma bħala tim nazzjonali Ingliż se jkunu kuraġġużi, jemmnu fihom infushom u mhu se jkunu qed jibżgħu minn ħadd. Huwa kompla li jridu jippermettu lill-plejers tagħhom biex jesprimu lilhom infushom bl-istess mod li jagħmlu fil- Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra. M'hemmx dubju li dan huwa wieħed mill-iktar gruppi diffiċli li se nsibu fit-Tazza tad-Dinja hekk kif m'hemmx dubju li se nistennew sfida kbira bejn l-Italja, l-Ingilterra u l-Urugwaj biex jgħaddu minn dan il-grupp waqt li l-Kosta Rica huma ferm inferjuri minn dawn it-tliet timijiet. L-aħħar li l-Ingilterra lagħbu kontra l-Italja tilfu wara l-għoti tal-penalties fil-Euro 2012 wara li l-logħba kienet spiċċat bl-iskor ta' mingħajr gowls wara iktar minn 120 minuta logħob. L-eks attakkant prolifiku tal-Ingilterra, Gary Lineker iddeskriva t-tattiċi addottati minn Hodgson bħala pass lura għaż-żminijiet mudlama wara parità fil- logħba ta' ħbiberija kontra r-Repubblika tal-Irlanda fis-sajf li għadda. Però tajjeb ngħidu li l-aħħar logħbiet kompetittivi li fihom ħadu sehem il-plejers tat-tim nazzjonali Ingliż kisbu riżultati kompetittivi fejn fil- fażi ta' kwalifikazzjoni qatt ma ġew megħluba għalkemm ġew miżmuma f 'parità mill-Polonja, il-Montenegro u l-Ukrajna. F'Novembru li għadda huma tilfu logħba ta' ħbiberija kontra ċ-Ċili, f 'liema logħba Hodgson ta d-debutt lill-plejers ta' Southampton Adam Lallana u Jay Rodriguez li weġġa' fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet u kollox jindika li se jkun qed jitlef it-Tazza tad-Dinja. Ftit wara huma tilfu logħba ta' ħbiberija oħra din id-darba kontra t-tim nazzjonali iktar ikkwotat tal-Ġermanja. Imbagħad, f 'Marzu li għadda Hodgson utilizza l-logħba ta' ħbiberija kontra d-Danimarka biex jagħti d-debutt tiegħu lill-plejer żagħżugħ ta' Southampton, Luke Shaw, liema plejer mistenni narawh ukoll inkluż fit-Tazza tad-Dinja. F'kummenti li għadda lill- mezzi tax-xandir Hodgson żied l-introduzzjoni ta' ħafna plejers żgħażagħ fit-tim nazzjonali Ingliż tat lill-istess tim nazzjonali injezzjoni ta' veloċità kif ukoll ta' abilità teknika tajba. Intant, nhar it-13 ta' Mejju, l-Ingilterra se jkunu qed isejħu skwadra ta' 23 plejer flimkien ma' seba' plejers oħra 'standby' li se jkunu qed jipparteċipaw fit- Tazza tad-Dinja fil-Brażil. Il-passi li jmiss għat-tim nazzjonali Ingliż qabel it-Tazza tad-Dinja 13 ta' Mejju – Tiġi msejħa skwadra ta' 23 plejer imkien ma' seba' plejers 'standby' li se jkunu qed jieħdu sehem t-Tazza tad-Dinja 30 ta' Mejju – Logħba ta' ħbiberija kontra l-Perù 2 ta' Ġunju – Deadline biex tiġi nnominata l-iskwadra nali ta' 23 plejer 4 ta' Ġunju – logħba ta' ħbiberija kontra l-Honduras 7 ta' Ġunju – logħba ta' ħbiberija kontra l-Ekwador L-ottimiżmu ta' Hodgson jista' jkun fattur determinanti għall-Ingliżi t-Tazza tad-Dinja