Illum previous editions

illum 13 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 13 ta' April 2014 | illum 33 SPORTSillum Tliet referees Maltin itejbu l-ħiliet tagħhom -Isvizzera REFEREE Malti l-Inġinier Trustin Farrugia Cann u żewġ assistenti referees Jurgen Spiteri u David Castillo attendew kors tal- CORE – Centre of Refeering Excellence fl-Isvizzera fejn irrappreżentaw lil Malta. Dan kien it-22 programm tal- CORE fejn trio minn Malta reġa' kien għal darba oħra mistieden biex imur ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-UEFA f 'Nyon, l-Isvizzera. Il-CORE mmexxi taħt il-gwida tas-Sur David R. Elleray li huwa membru fil-bord tar-Referees Committtee tal-UEFA, kif ukoll Chairman tar-Referees Committee ġewwa l-Ingilterra. Tmien trios ta' referees jiltaqgħu sabiex ikunu edukati u jibdew il-proċess sabiex isiru referees internazzjonali. Core 22 kien kompost minn referees ġejjin minn Spanja, l-Isvezja, id-Danimarka, ir-Repubblika Ċeka, San Marino, il-Greċja, l-Isvizzera u Malta. Ma' numru ta' referees kien hemm ukoll kowċis għall-istess uffiċjali. Dawn kienu ġejjin minn pajjiżi stabbiliti bħall-Olanda, in-Norveġja, id-Danimarka, l-Isvezja u Franza. Ir-referees Maltin waslu l-Isvizzera fis-17 ta' Marzu u l-kors beda ġurnata wara. Kull uffiċjal ingħata kowċ sabiex matul din il-mixja ta' sitt xhur, il-kowċ ikun jista' jiggwida u jsaħħaħ l-abilitajiet ta' referee u assistent referee. Trustin Farrugia Cann ġie mogħti lis-Sur Rune Pedersen tan-Norveġja bħala kowċ, filwaqt li Jurgen Spiteri u David Castillo ġew mogħtija lil Geir Age Holen min- Norveġja wkoll. Rune Pedersen għandu esperjenza vasta u kkontrolla logħob mit- Tazza tad-Dinja tal-1998 ġewwa Franza, filwaqt li Holen kien magħżul sabiex ikun Assistent Referee fil- EURO 2008 ġewwa l-Awstrija u l-Isvezja. Fid-19 ta' Marzu sar l-ewwel test fiżiku magħruf bħala l-YOYO test fejn il-Maltin eċċellaw u ġabu riżultati eċċezzjonali. Wara bdew immedjatament il-lezzjonijiet sabiex ikun hemm aktar uniformità. L-ewwel lezzjoni saret mis-Sur Kyros Vassaras, membru fil-Kumitat tar- Referees tal-UEFA. Matul il-jiem kollha l-uffiċjali kienu jingħataw taħriġ fiżiku taħt il-gwida ta' Simon Breivik, li huwa preparatur fiżiku ta' referees fl-ogħla diviżjoni fl- Ingilterra u Herby Barr mill- Irlanda ta' Fuq. Nhar il-Ħamis 20 ta Marzu saru sessjonijiet prattiċi u wara saret analiżi ta' sessjonijiet prattici, fejn ir-referees kienu mgħallma l-aspettattivi tal- UEFA. David R. Elleray kien il- moħħ wara din l-analiżi sabiex titjieb il-kwalità tal-uffiċjali. Kien imiss imbagħad li jingħataw l-appointments għar-referees u t-trio Malti ġie magħżul sabiex jikkontrolla logħba l-Ħadd 23 ta' Marzu fi Zurich bejn United Zurich u SC Donarch. L-away team rebaħ 1-0 f ' logħba bilanċjata u importanti għaż-żona ta' relegazzjoni. It-Tnejn 24 ta' Marzu kienet il-ġurnata fejn issir analiżi tal-logħob kollu li jkun sar matul tmiem il-ġimgħa. L-uffiċjali kienu esposti għall- filmati mil-logħob li kienu kkontrollaw sabiex jitgħallmu min-nuqqasijiet li jkunu saru u jissaħħaħ it-tajjeb li jkun identifikat mill-kowċis waqt li jkunu qed janalizzaw il-logħob. Ġurnata wara jsiru aktar testijiet fiżiċi, fosthom il-body fat composition, strength and stability tests u sprints ta' 40m. Għal darb'oħra l-uffiċjali Maltin kellhom riżultati tajbin u dan ikompli jafferma l-fatt illi s-settur tar-referees f 'pajjiżna huwa ta' livell komparabbli ma' pajjiżi stabbiliti fl-Ewropa. L- Erbgħa 26 ta Marzu, l-uffiċjali kellhom jgħidu pubblikament x'kienu l-objettivi li se jkunu qed jaħdmu fuqhom matul dawn is-6 xhur fuq parir tal-kowċis tagħhom u wara sar farewell dinner bejn kull min ikun involut matul dawn il-11-il jum ta' ħidma. F'kuntatt li għamilna ma' Trustin Farrugia Cann huwa xtaq jirringrazzja lid-Direttur tar-Referees fi ħdan l-MFA, Adrian Casha, tax-xogħol siewi li qed jagħmel, lil Charles Agius, Chairman tar-Referees Committee ġewwa pajjiżna u lill-kumitat tar- Referees għall-impenn li qed isir sabiex Malta tkompli ssaħħaħ ir- reputazzjoni tagħha fi ħdan il-UEFA u l-FIFA. Huwa żied jgħid li l-CORE hija esperjenza mill-isbaħ fejn titgħallem u tgħix il-ħajja professjonali tal- futbol. Huwa rringrazzja wkoll lill-familja tiegħu u lill-kollegi fit-tim tiegħu għall-appoġġ kontinwu li jagħtu waqt li ħa l-opportunità jirringrazzja lil kull min kien ta' għajnuna matul dawn is-snin fil-karriera ta' referee. Trustin Farrugia Cann, Jurgen Spiteri u David Castillo f 'Nyon Il-Gozo Rugby Club – Storja ta' suċċess ILGOZO Rugby Club infetaħ nhar is-17 ta' April 2011. Il-fundatur Clifford Debattista huwa isem popolari f 'dan il-qasam. Dan huwa klabb li jieħu sehem kemm fil-fondazzjoni tar- rugby league kif ukoll f 'dak tal-Union li huma żewġ tipi ta' rugby differenti b'regoli kemxejn l-istess. Il-klabb li huwa ffurmat minn 5 membri, u b'numru ta' madwar 25 sportiv tar-rugby jiltaqa' darbtejn fil-ġimgha kull nhar ta' Tlieta u Ġimgha ġewwa l-pitch tan-Nadur. Uħud mis-suċċessi li kiseb dan il-klabb huma żgur l-aspett li fl-ewwel sena tiegħu rnexxielu jiġi fit-tielet post minn tmien timijiet fir-Rugby Union, bl- ewwel rebħa uffiċjali tasal però fl-2011 kontra tim Skoċċiż f 'logħba internazzjonali tar-Rugby imtella' mill-Malta Rugby League. Fil-fatt dan il-klabb Għawdxi għandu tliet plejers jilagħbu mat- tim nazzjonali ta' din il- fondazzjoni. Infatti, il-Gozo Rugby Club huwa wieħed mill-ftit klabbs li jilagħbu fiż- żewġ fundazzjonijiet tar-Rugby ġewwa l-Gżejjer Maltin. Wieħed mill-pjanijiet futuri għal dan il-klabb huwa li jifforma timijiet oħra taż- żgħażagħ kif ukoll wieħed tan-nisa biex ikompli jsaħħaħ l-għarfien ta' dan l-isport. Fl- 24 ta' Mejju li ġej fil-fatt se jsir tournament ta' ġurnata ġewwa l-Gozo Stadium għat-tieni sena konsekuttiva, fejn tmien timijiet Maltin flimkien ma' oħrajn barranin se jilagħbu logħob ma' tim Għawdxi għall-għarfien ta' dan l-isport. Aktar informazzjoni tinsab fuq il-paġna tal-Facebook tal-Gozo Rugby Club. Dan il-klabb qed jiċċelebra issa t-tielet sena tiegħu. Fil-passat huwa ospita tliet timjiet barranin fejn lagħbu logħob ta' esibizzjoni kontra tim Għawdxi ġewwa s-Sannat Ground. Barra minn hekk, isiru diversi attivitajiet isiru matul is-sena għall-membri u l-plejers. L-idea ta' dan il-klabb ġiet mingħand Clifford Debattista li huwa l-President ta' din l-għaqda. Imwieled ġewwa Għajnsielem f 'Għawdex, Debattista, beda jilgħab l-isport tar-Rugby fl-età ta' 20 sena ma' tim ewlieni f 'Malta. Ħames snin wara ġietu l-idea li jiftaħ klabb ġewwa Għawdex. Huwa mhuwiex biss il-fundatur ta' dan il-klabb imma wkoll il-viċi captian tat- tim nazzjonali Malti kif ukoll rebbieħ tat-titlu prestiġjuż 'Ray Morris Medal' plejer tas-sena, għal sentejn wara xulxin: 2011 - 2012, 2012 - 2013. Debattista huwa captain tat-tim Għawdxi, waqt li siefer ġewwa s-Serbja u l-Ingilterra biex huwa kowċ ikkwalifikat tal-logħob tar- Rugby. Żgur li fl-età li għandu Debattista, għad fadallu ħafna aktar x'joffri u ta' min jgħid li Debattista se jkun qed jerġa' jitbiegħed minn xtutna biex ikompli jtejjeb il-livell tiegħu bħala kowċ f 'Lulju u f 'Awwissu li ġej ġewwa l-Ingliterra u r-Repubblika Ċeka rispettivament. Jekk wieħed jixtieq jingħaqad ma' dan il-klabb jista' jibgħat imejl fuq gozorc@hotmail.com jew messaġġ fuq Facebook fuq www.facebook.com/ gozorugbyclub fejn hemmhekk għandu jsib l-informazzjoni kollha meħtieġa. L-iskwadra tal-Gozo Rugby Club

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 April 2014