Illum previous editions

illum 13 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 13 ta' April 2014 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport speċjalment lejn dak tax- shot put? Għalkemm dejjem kont inħobb l-isport meta kont żgħira qatt ma kelli opportunità nitħarreġ peress li għall-familja tiegħi dan kien ħela ta' ħin. Bdejt nitħarreġ b'kumbinazzjoni meta fuq ix- xogħol tiegħi ħarġu avviż li kienet se ssir laqgħa tal-atletika kontra dipartimenti tal-gvern differenti. Għalhekk iddeċidejt li nipprova. F'din il-laqgħa kont irbaħt l-events tiegħi u għalhekk kienu avviċinawni xi klabbs biex nibda nitħarreġ magħhom, mal-ewwel ħtaft din l-opportunità peress li dejjem kont xtaqt nipprattika xi tip ta' sport. Meta bdejt titħarreġ ix-shot put u x'suċċessi ksibt f 'dan l-isport li jirrikjedi ħafna saħħa? Bdejt nitħarreġ ix-shot put fl- 1999. Wara xi sentejn nitħarreġ kont ksibt rekord nazzjonali b'tefa' ta' 13.06 metri. Dan ir-rekord kien ilu ma jinkiser xi 25 sena. Kont ikkwalifikajt għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li kienu se jsiru f 'San Marino iżda b'diżappunt kbir għalija, il-parteċipazzjoni tiegħi f 'dan il- logħob ġiet imwaqqa' minħabba nuqqas ta' parteċipanti. Wara dan iż-żmien ikrah kien hemm mumenti fejn kont se nieqaf iżda bl-għajnuna tan-nies ta' madwari speċjalment tar-raġel tiegħi Rachid Chouhal li kulħadd jafu għall-karriera sportiva eċċellenti tiegħu fl-atletika erġajt ġejt fuq saqajja u komplejt fl-isport imma b'differenza. Peress li ridt motivazzjoni ġdida biddilt id- dixxiplina sportiva u ddeċidejt b'konsultazzjoni mal-kowċ tiegħi ta' dak iż-żmien li naqleb il-focus tiegħi fuq id-diskus. X'differenzi rajt bejn ix-shot put u d-diskus u x'kienet it-tranżizzjoni li għaddejt minnha? Din id-dixxiplina mal-ewwel bdiet tagħtini sodisfazzjon iżda kelli ħafna x'naqdef speċjalment għax fl-2003 il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar kienu se jsiru Malta u għall-ebda raġuni ma xtaqt nitlifhomx. Il-preparazzjoni kienet kbira u interrotta minn ħaġa sabiħa għax kelli l-ewwel wild tiegħi Sarah iżda xorta rnexxieli nkun mat- tim li pparteċipa f 'dan il-logħob. Għalkemm ma kontx ħadt medalja individwali xorta konna ġejna fit-tieni post fit-timijiet għalhekk kont tajt il-kontribut tiegħi. Wara dan il-logħob komplejt nistinka u bl-għajnuna tal-kowċ tad-diskus tiegħi Vladimir Duchenkov irnexxieli nikser ir-rekord nazzjonali fid-diskus għal ħames darbiet konsekuttivi, liema rekord ta; 42.84 metri għadu għandi. F'din id-dixxiplina għadni nitħarreġ u nispera li ma ndumx ma nerġa' nikser ir-rekord preżenti. F'din id-dixxpilina ħadt sehem ukoll fil-Loghob tal-Pajjizi ż-Żgħar f 'Andorra u Monaco, kif ukoll f 'diversi tazzi Ewropej li jsiru kull sena. L-ikbar kompetizzjoni li rbaħt fid-diskus kienet meta rbaħt il-Clubs League A fl-Isvizzera b'żewġ ċentimetri biss. F'dan il- meeting kienu pparteċipaw l-aħjar atleti u għalhekk kien ta' unur kbir li kont irbaħt dakinhar. Barra d-diskus tliet snin ilu bdejt titħarreġ ukoll fil-hammer throw. Tina iktar dettalji rigward din id- dixxiplina. Din id-dixxiplina hija teknika ħafna u trid preparazzjoni intensa. Ksirt 14-il rekord nazzjonali inkluż l-aħħar wieħed nhar is-Sibt 22 ta' Frar 2013 b'tefa' ta' 39.01 metru. Din is-sena f 'din id-dixxiplina bdejt nitħarreġ ma' kowċ ġdid li huwa wkoll żewġi, Rachid Chouhal. Flimkien għamilna u qed nagħmlu preparazzjoni intensa u fit-tul li nispera li tagħti l-frott tagħha aktar 'il quddiem. Xi sforzi, sagrifiċċji u impenji partikolari tirrikjedi l-atletika? L-atletika tirrikjedi determinazzjoni u serjetà kbira għax it-taħriġ jirrikjedi sagrifiċċju kbir. Però, dan waħdu mhux biżżejjed, għax xorta waħda trid tippjana biex tmur kamp ta' taħriġ u kompetizzjonijiet barra minn Malta ħalli ssaħħaħ u żżid il-fiduċja fik innifsek, u dan ovvjament jirrikjedi spejjeż kbar. Ħaġa oħra li tinvolvi ċertu sagrifiċċju hija dik li jien mara naħdem u għandi żewġt itfal, Sarah u Kareem, għalhekk dejjem niġri wara l-ħin. Ħaġa li tgħinni ħafna hija l-iskema tal-isport 20/20 għax biha nkun iktar flessibbli fit-taħriġ tiegħi. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek kemm fid-diskus kif ukoll fil- hammer throw? Għall-futur m'għandi xejn ippjanat iżda għandi ħafna aspirazzjonijiet. Jien miniex persuna li nħobb ngħid ħafna x'se nagħmel u x'nista' nagħmel iżda nħobb naħdem iebes u nasal. Tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti partikolari wara dawn is-suċċessi kollha li ksibt fil-karriera tiegħek ta' atleta fid-diversi dixxiplini li ħadt sehem u għadek tieħu sehem fihom? Iva, fil-fatt, nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lill-Kunsill Malti għall-iSport flimkien mas-superjuri tax- xogħol tiegħi fl-Enemalta ta' din l-opportunità li tawni biex inkun nista' nitħarreġ aħjar. Ma nonqosx milli nirringrazzja lill-familja tiegħi għall-appoġġ kontinwu u l-paċenzja li jieħdu bija. Nirringrazzja wkoll lil ommi li kultant tgħinni bit-tfal, lit-tfal Sarah u Kareem li jappoġġjawni bil-kbir u jieħdu wkoll paċenzja bija u fl-aħħar iżda mhux l-inqas lir-raġel u kowċ tiegħi Rachid li mingħajru u mingħajr l-għajnuna fiżika u morali tiegħu, żgur li ma nagħmel xejn! SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Antonella Chouhal – il-mara ta' determinazzjoni kbira li kisret diversi rekords d-dixxiplini tal-atletika tax-shot put, id-diskus u l-hammer throw. Mara li kisret għadd ta' rekords nazzjonali fl-atletika "L-atletika tirrikjedi sagrifiċċju kbir u spejjeż enormi" "Għall-familti l-isport kien ħela ta' ħin" "M'iniex persuna tal-paroli imma nħobb naħdem bla heda u nasal"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 April 2014