Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/302205
12 illum | Il-Ħadd 27 ta' April 2014 Jekk tkun elett, x'se tagħmel għal Għawdex? GĦAWDEX hemm madwar 28,000 votant li anke jekk kollha jivvutaw għall-istess kandidat lanqas ikollu kwota biex jitla' bħala membru parlamentari Ewropew.Mill- kandidati Maltin l-aktar tlieta li ilni ninnutahom jaħdmu fuq il-gżira Għawdxija huma l-professur Arnold Cassola tal-Alternattiva, Stefano Mallia tal-Partit Nazzjonalista u Charlon Gouder tal-Partit Laburista. Għalhekk lil dawn it-tlieta staqsejthom tliet mistoqsijiet identiċi għal xulxin u dawn huma t-tweġibiet tagħhom. Għaliex ħassejtek miġbud lejn Għawdex aktar minn ħaddieħor? Arnold Cassola "Ma nafx jekk iniex miġbud lejn Għawdex aktar minn ħaddieħor, għax fil-fatt Għawdex tiġbed lil ħafna nies. Ir-rabta tiegħi ma' Għawdex issa tmur lura ħdax-il sena u bdiet... grazzi għall-politika. Tul il-kampanja tal-2004, kont nitla' Għawdex biex niltaqa' man- nies, imma aktar ma bdejt nitla' aktar kont napprezza s-serenità tal-ambjent, il-pass mhux mgħaġġel tal-ħajja, in-nuqqas ta' stress, id-dħulija tan-nies u r-rilassament ta' moħħ li jagħtik il-pajsaġġ Għawdxi. Għamilt ħbieb Għawdxin u bqajt nitla' regolarment, issa mhux aktar għall-politika, imma għal dawk il-veduti splendidi li tista' ssib biss Għawdex u biex ingawdi lill-ħbieb (ta' vera!) Għawdxin li jien għamilt." Charlon Gouder "Fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Għawdex hu parti mill-kostitwenza tiegħi daqs Malta. Għalhekk bħalma bħalissa qed indur il-familji f 'Malta, bi dmir dover u lealtà, irrid indur il-familji f 'Għawdex biex nisma' r-realtajiet tal- Għawdxin. Ma nistax inkun il-vuċi tal-Għawdxin fil-Parlament Ewropew jekk ma nkunx qrib l-Għawdxin fil-kampanja elettorali." Stefano Mallia "Nemmen li Għawdex ghandu jkun reġjun fih innifsu li għandu jingħata attenzjoni partikolari biex ikun jista' jegħleb l-isfidi ekonomiċi, politiċi u soċjali tiegħu. Nemmen fi bżonn ta' pjan ekonomiku għal Għawdex mibni fuq l-isfidi speċjali partikolari tal-gżira fosthom l-insularità doppja u li fl-istess waqt jagħti tama liż-żgħażagħ Għawdxin li jista' jkollhom futur sod fi gżirithom. Iż- żgħażagħ Għawdxin bħala medja llum huma aktar kwalifikati minn ta' qabilhom, iżda ma nħolqux biżżejjed opportunitajiet ta' xogħol għal dawn iż-żgħażagħ. Dan hu ħela ta' potenzjal ekonomiku. In-nuqqas ta' opportunitajiet ta' xogħol ifissru li ż-żgħażagħ ikollhom jitilqu minn gżirithom biex ifittxu xogħol fejn il- kwalifiki tagħhom jiġu stmati u mħallsa kif xieraq." F'din il-kampanja tgħallimt xi ħaġa mill-Għawdxin? Forsi sirt tafhom aħjar? Arnold Cassola "Iva, tgħallimt napprezza aktar il-veduti ta' min qed ibati minn iżolament doppju kontinwament, minn min irid jaqsam il-fliegu kuljum biex imur għax-xogħol jew jistudja. Il-perspettiva ta' min jgħix il-problemi kuljum hi differenti mill-perspettiva ta' min il-problemi jarahom minn barra. Soluzzjoni ftit jew wisq immedjata biex jittaffu l-problemi ta' xogħol f 'Għawdex hi l-installar ta' fibre optic cable oħra bejn Malta u Għawdex biex ditti u kumpaniji jkollhom moħħhom mistrieħ li jistgħu jiftħu l-ażjenda tagħhom bla xkiel f 'Għawdex. Fuq pjan ta' konnettività, hemm bżonn jinbeda malajr is-servizz ta' fast ferry bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta, biex inaqqas mill-ħin tat-traġitt għal min jaħdem f 'Malta, waqt li jiġi ffrankat ħafna tniġġis u telfien ta' żmien fit-traffiku, bl-użu tal-karozza." Charlon Gouder "Għalhekk fil-ġimgħat li għaddew wassalt il-messaġġ f 'Għawdex, li hu simili ħafna għal dak li qed inwassal f 'Malta, ċoe li rrid inkun qrib in-nies, qrib il-familji u qrib il-komunità kummerċjali. F'dan l-aħħar ġimgħat żort il-qasam industrijali tax-Xewkija, żort l-istabbilimenti ta' ikel fix- Xagħra, Marsalforn u x-Xlendi u ltqajt mal-furnara Għawdxin li jbigħu x-xogħol tagħhom f 'Malta ta' kuljum. Żort tliet lukandi ewlenin f 'Għawdex u hemmhekk smajt mingħand il-management tagħhom l-isfidi li qed jiffaċċjaw. Missejt ma' min f 'Għawdex qed jaħdem fl-agri-turiżmu. Iltqajt mal- Gozo Business Chamber fejn hawnhekk issemmiet l-importanza li Għawdex għandu jkollu vuċi aktar b'saħħitha fil-Parlament Ewropew. Iltqajt mal-Gozo Tourism Association fejn dawn urew l-importanza ta' aktar aċċessibiltà bil-baħar bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa u l-possibbiltà tat-trasport bl-ajru. Ġiet diskussa wkoll il-problema ta' nuqqas ta' sodod li għandhom il-lukandi Għawdxin. Saru wkoll laqgħat f 'għadd ta' każini mas- soċjetajiet tal-mużika, NGOs u assoċjazzjonijiet, każini tal- futbol. Iċċelebrajt mal-President u t-tim tax-Xewkija r-rebħ tal-kampjonat. Fuq kollox iltqajt mal-familji fid-djar tagħhom fejn tkellimna flimkien dwar it- triq il-quddiem għal Għawdex." Stefano Mallia "L-istatistika turi ċar it-tibdil soċjali li għaddejja minnu l-gżira ta' Għawdex fosthom li l-popolazzjoni tal-gżira mhix qed tikber bl-istess ħeffa daqs dik ta' Malta waqt li qed tixjieħ b'rata aktar mgħaġġla. Iċ-ċifra tat-trabi li qed jitwieldu naqset b'mod viżibbli ħafna f 'dawn l-aħħar għaxar snin. Bejn l-2005 u l-2011 il-popolazzjoni ta' Malta żdiedet b'madwar 3.1% dik ta' Għawdex żdiedet biss b' 0.9%. Jekk din id-dinamika mhux se tinbidel, il-konsegwenzi se jkunu negattivi ħafna. Ir-rata tal-qgħad f 'Għawdex hi akbar minn dik ta' Malta. Fejn l-aktar li qed jintlaqtu ħażin huma ż-żgħażagħ, għax jekk għaż- żgħażagħ Maltin b'mod ġenerali d-dħul fid-dinja tax-xogħol joffri sfidi, għaż-żgħażagħ Għawdxin dan hu pass iebes ħafna. Minħabba f 'hekk xi drabi jkollhom ibaxxu rashom għal kundizzjonijiet tax-xogħol inferjuri minn dawk offruti lil Maltin." U fl-UE x'beħsiebek tagħti lil Għawdex? Arnold Cassola "Kulħadd jgħid li favur li Għawdex ikun ittrattat bħala reġjun speċifiku imma mbagħad la l-gvern Nazzjonalista u lanqas dak Laburista ma ħejjew l-istrutturi neċessarji biex jiġi rikonuxxut hekk. Għalhekk, hemm bżonn li l-Gvern Malti (1) iħejji biex Għawdex ikollu Kunsill Reġjonali bi strutturi demokratiċi eletti direttament mill-Għawdxin; (2) li l-istatistika għal Għawdex tibda www.eskills.org.mt /eSkillsMalta /eSkillsMalta Ingħaqad magħna biex tikkontribwixxi għall-iStrateġija għall-Edukazzjoni f 'Malta 2014-2024 u fix-xogħol tal-Fondazzjoni eSkills Malta għall-Ekonomija Diġitali. Stedina biex tipparteċipa djalogu fuq l-iStrateġija għall-Edukazzjoni f 'Malta It-Tlieta 29 ta' April 2014 bejn it-8:30 u n-12:30 fil-MITA Data Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera eSkills eSkills Malta Foundation "Sal-2020, 90% tal-impjiegi se jkollhom bżonn ħiliet diġitali" Viċi President tal-Kummisjoni Ewropea Neelie Kroes Biex tirreġistra ibgħat email fuq info.eskills@eskills.org.mt IRREĠISTRA Għall-programm sħiħ, żur www.eskills.org.mt/edustrategy Għawdex: Int djamant John Busuttil jbusuttil@mediatoday.com.mt