Illum previous editions

illum 27 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/302205

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 27 ta' April 2014 | illum 13 tinġabar separatament biex b'hekk wieħed ikun jista' juri kif Għawdex isofri aktar minħabba l-insularità doppja. Sakemm iseħħu dawn l-affarijiet, it-talba biex Għawdex jiġi meqjus reġjun ma tkunx tista' tiġi kkunsidrata mill-awtoritajiet tal-UE. Charlon Gouder "Biex inżid mal-ħidma li diġà għamilt, qed inwiegħed li jekk niġi elett fil-PE niftaħ uffiċċju fil-gżira Għawdxija biex ikun il-vuċi tiegħu f 'Għawdex fl-istess ħin, li permezz ta' dan l-uffiċċju, se nkun qed naħdem biex Għawdex ikun rappreżentat aktar fil-PE. Fil-PE, jekk niġi elett, ser naħdem biex il-Kumissjoni Ewropea tifhem sew l-impatt tad-deċiżjonijiet tagħha fuq Għawdex bħala gżira fi gżira. Ser naħdem biex ngħinu lil Għawdex jiddentifika aktar niċeċ turistiċi fl-istess ħin li l-liġijiet li jgħaddu mill-UE iridu naċċertaw ruħna li ma jitfgħux piż żejjed fuq in- niċeċ ta' bħalissa. Se naħdem biex Għawdex, għal finijiet ta' statistiċi, jiġi rikonoxxut bħala reġjun fl-istess ħin li ser nara li dak li ġie mwiegħed lill-Għawdxin mat-trattat tal- adezzjoniji jeħduh. Fuq kollox ser naħdem biex f 'Għawdex jitkattar ix-xogħol u ż-żgħażagħ jingħataw il-ħiliet neċessarji ħalli jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Bħalissa waħda mill-isfidi li qed jiffaċċjaw l-industriji f 'Għawdex hi n-nuqqas ta' ħaddiema mħarrġa għalhekk din nemmen li għandha tittieħed bi prijorità minna l-futuri ewroparlamentari. Taħriġ ta' kwalità li jwassal għal xogħol ta' kwalità hija l-prijorità tiegħi fil-PE. B'dawn l-esperjenzi kollha warajja u ħafna aktar xogħol li għad irid jiġi quddiemi, illum grazzi għall-Għawdxin li laqgħuni fil-familji tagħhom inħossni ferm aktar preparat li nirrapreżenta lill-Għawdxin... biex inkun il-vuċi tal-Għawdxin bħal ma naspira li nkun il-vuċi tal-Maltin jekk niġi elett fil-PE. Stefano Mallia "Lest nagħti l-appoġġ sħiħ tiegħi jekk issir proposta biex Għawdex ikollu d-Deputat Ewropew tiegħu għax dan iwassal messaġġ qawwi lill- Għawdxin u juri lill-Ewropa kemm hu importanti li l-gżira tingħata l-appoġġ kollu li għandha bżonn. Nemmen li għandu jkun hemm pjan li jagħti viżjoni ċara ta' fejn irid jasal Għawdex fil-ħames snin li ġejjin biex b'hekk l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal- gżira jingħata spinta akbar u direzzjoni definittiva. Jekk inkun elett fil-Parlament Ewropew se nimpenja ruħi biex isir dak kollu possibbli biex Għawdex idawwar ix-xejriet ekonomiċi u soċjali li qabad u jerġa' jsir post fejn iż-żgħażagħ Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Ta' Ħaġrat Blues Ara vera trid tkun bla melħ f 'wiċċek. Tal-Pinne qed jitkellmu fuq Ta' Ħaġrat, insew li l-local plans ta' Georgie Pullicino kienu ħallew il-plottijiet madwar it- tempju fl-iskema. Eħħ. U kif qegħdin fiż- żifna, ngħidu wkoll li ġurnalist pjuttost famuż li jaħdem mal-PBS, se joqgħod f 'post ġdid maġenb it-tempju. Jaħasra kulħadd irid jgħix. Norman magħna lkoll Jekk tridu toħolmu ikrah immaġinaw lil Norman Vella membru parlamentari. Hekk, dak il-wiċċ ikrah, li sa ftit żmien ilu kien jippreżenta lilu nnifsu bħala xi paladin tal-indipendenza! Indunaw kif jitkellem, kollha mossi ta' Peppi Azzopardi, li hu ħabib tiegħu u li mistgħaġeb kemm iħobb il-lejber. Kos, Norman nesa kemm kien Laburist missieru, u dak iż-żmien meta kien jaħdem ma' L-Orizzont u One TV meta l-Lejber kien kontra l-Ewropa. Jekk Norman jiġi elett jien naħlef li nbiddel ismi minn Poodle għal Norman. Iftaħ ħalqek Lin! Din il-ġimgħa jkollna nammettu li hija l-ġimgħa ta' Lino Farrugia, l-eżekuttiv jew CEO tal-kakkaturi. Iva dan għajjar lil Bill Oddie b'li għandu u li m'għandux. Fosthom li għandu depression u kien suwiċidali. Issa jien ma nafx jekk Lino huwiex nisrani jew jekk jemminx b'Alla li ħalqu imma jekk le, mela nifhem għalfejn hu persuna aħdar u bla qalb u fuq kollox kattiv u kiefer. Lil Lino ngħidulu kompli, għax aktar ma tiftaħ ħalqek, iktar taqa' għan-nejk! No vote Qed inħossni vera tajjeb li meta nħares lejn il-lista ta' kandidati għal Brussell u l-paga tal-beati pawli, naf lil min mhux ser nivvota. Ħa naqsam ftit mill-ħsibijiet tiegħi: David Casa, le għax moħħu fil-parties u …, Fredu Sant għax mhux kredibbli, Norman Vella għax għandu wiċċu u s**** l-istess, Stefano Mallia għax għandu biżżejjed flus, Charlon Gouder għax aħjar joqgħod idoqq it-trumbun, Kevin Plumpton għax ismu taċ-ċajt, Ray Bugeja għax timmisjah il-partner, Cyrus Engerer għax mhux Laburist u ma ħaqqux paga aħjar minn tiegħi, Carmel Cacopardo għax Malta ma tistax tibqa mingħajrek u fl-aħħar iżda mhux l-inqas lil Norman Lowell għax postu f 'xi ċentru ta' detenzjoni mdawwar minn dawk in- nies li tant jobgħod.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 April 2014