Illum previous editions

illum 27 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/302205

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 27 ta' April 2014 F it-tieni sular ta' Kastilja, it passi 'l bogħod mill-uċċju tal-Prim Ministru niltaqa' ma' Mario Farrugia Borg, kandidat Laburista għall-Parlament Ewropew u wieħed mis-segretarji ta' Joseph Muscat. Madwar mejda mimlija karti u lmenti minn nies li qed jitolbu intervent mill-Prim Ministru, Farrugia Borg jgħid li l-Gvern ma nesiex l-inġustizzji li saru matul is-snin imma kien hemm prioritajiet nazzjonali oħra fosthom it-traħħis tad-dawl u l-ilma. Il-kandidat Laburista mhux meqjus bħala wieħed mill-favoriti li jkun elett fi Brussell, imma dan ma jaqtagħlux qalbu biex ikompli jaħdem sal-aħħar u jikkonvinċi l-votanti jivvutaw għalih u għall-partit. X'kien li ħajrek tikkontesta għall- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew? Kien il-Prim Ministru li talabni nikkontesta u nammetti li sa dak il-mument ma kinitx tgħaddili minn rasi. Kont ħdimt il-kampanja elettorali mill-kwartieri u qatt ma ddejjaqt li naħdem minn ġewwa. Meta bagħat għalija l-Prim Ministru spjegali għalfejn xtaqni u wara din id- diskussjoni, ħassejt li kienet okkażjoni biex nimbotta temi li jolqtu liż-żgħir u lil batut mhux biss fuq l-aġenda tal-politika lokali iżda wkoll fuq dik Ewropea. X'taħseb li ra fik il-Prim Ministru? Għalfejn ried il-kandidatura tiegħek? Naħseb aħjar issaqsi lilu. Imma li naħdem fis-segretarjat tiegħu tfisser li ngawdi l-fiduċja tiegħu għax kieku miniex hawn. Kien ukoll pass naturali wara li għent fil-kampanja u dħalt fis-segretarjat. Imma jekk ikolli ngħid, naħseb li fehem li għandi lealtà assoluta lejh u lejn il-partit Laburista… Il-lealtà assoluta lejn il-partiti kienet diskussa ħafna fl-aħħar snin b'mod speċjali fl-aħħar sena tal- amministrazzjoni Gonzi; kemm għadha rilevanti l-lealtà lejn il-partit illum il-ġurnata? Importanti ħafna, jekk m'intix lest li tkun leali lejn il-partit allura għandek tikkontesta bħala indipendenti. Partit iġib l-isem miegħu, huwa grupp ta' nies bl-istess ideat avolja ma jfissirx li kulħadd se jaqbel dejjem. Imma jekk tħoss li l-partit m'għandux l-istess prinċipji tiegħek mela warrab. Fuq kollox, l-interess nazzjonali għandu dejjem jiġi l-ewwel. …kif għamilt int mill-PN għall-PL? Jien ma qlibtx mil-lum għal għada. Vera għamilt żmien meta mmilitajt fil-partit Nazzjonalista fit-tmeninijiet u d-disgħinijiet… imma għamilt ukoll għaxar snin wieqaf mill-politika. F'dak iż-żmien wieqaf kont inħoss x'jiġbidni biex nerġa' mmur lura fil-partit Laburista, fuq kollox kont imrobbi minn nanniet Mintoffjani ħorox. Imma ma kontx konvint. Kien meta ħa t-tmexxija Joseph Muscat li bdejt inħoss din ix-xewqa titqawwa. Inqabbel dak li ġrali mal-parabbola tal-iben il-ħali, dak l-iben li telaq mid-dar għax ħaseb li se jkun aħjar x'imkien ieħor iżda kien żbaljat. Soċjalist u xellugi bqajt dejjem. Il-kandidatura għall-Parlament Ewropew hu d-debutt politiku tiegħek. Ma taħsibx li bdejt bl-iebes mal-ewwel? Iva, minn dejjem kont ngħid li għal kandidat żewġ distretti huma ħafna aħseb u ara għalina li nikkontestaw it-tlettax li huma. Imma mhux waħdi bid-debutt, hemm kandidati oħra li qatt ma kkontestaw elezzjoni. Hi xi ħaġa massiva biex taħdem tlettax-il distrett, umanament mhux possibli li tiltaqa ma' kulħadd. Xi kultant issaqsi kif ħa jirnexxielek Iż-żgħir u l-batut fuq l-aġenda Ewropea James J. Piscopo jpiscopo@mediatoday.com.mt Mario Farrugia Borg Mario Farrugia Borg għandu 43 sena u minn Ħal Qormi Miżżewweġ u għandu tlett itfal Jaħdem fis-Segretarjat Privat tal- Prim Ministru u ilu attiv fil-Partit Laburista mill-2008 Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala perfezzjonist u rasu iebsa sakemm tgħaddi tiegħu Se jikkontesta l-elezzjoni tal- Parlament Ewropew wara talba tal-Prim Ministru Ritratt: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 April 2014