Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/302205
Il-Ħadd 27 ta' April 2014 | illum 19 Il-biża' tiegħi sehem fid-deċiżjonijiet li waslu lill-PN għar-rovina elettorali, qatt ma huma se jirnexxilhom jakkwistaw il-kredibbiltà politika meħtieġa. Il-biża' tiegħi li anke meta jkunu qegħdin jgħidu dak li hu veru ma jħalli ebda effett ma' dik il- parti tal-elettorat li tiddeċiedi fl-aħħar mill-aħħar min jirbaħ l-elezzjoni. Il-problema tal-Kap tal- Oppożizzjoni hi li għandu kriżi ta' identità fi ħdan il-grupp Parlamentari, li naħseb hija riflessa wkoll fl-istrutturi kollha ta' dan il-partit. Qasma, li ġejja minn żmien it-tmexxija ta' qabel. Bejn dawk li jridu jidħlu fil-21 seklu u dawk li ma jistgħux jifhmu li ż-żmien tal-pontifikazzjoni politika dwar materja ta' bixra liberali spiċċa. Għalhekk anke fid- dikjarazzjonijiet li qegħdin isiru hemm iż-żerriegħa tal- kontradizzjoni. Ftit qabel l-elezzjoni li għaddiet u wara r-riżultat tar-referendum, il-partit Nazzjonalista nieda dokument bil-ħsieb li mil-lum għall- għada jeqleb il-politika tiegħu dwar attitudnijiet ġodda fis-soċjetà. Iżda dan ma setax isir u mhux qed isir jekk ma tkunx temmen fit-tibdiliet li hemm bżonn. Għalhekk ma kull liġi li ser tkun qiegħda tersaq quddiem il-Parlament dwar liġijiet b'kontenut liberali, din il-qasma ser tibqa' tfeġġ u titla' fil-wiċċ. L-astensjoni min- naħa tal-Oppożizzjoni dwar il-liġi tal-unjoni ċivili mhix l-aħħar waħda li rajna. Għandi intuwizzjoni li ser ikun hemm oħrajn. Għalhekk meta kemm sentejn ilu u anke issa l-Professur Joe Friggieri qal, li meta tiftaħ it- twieqi trid tħalli r-riħ jgħaddi, kien hemm sens qawwi f 'dak li qal. Ma tistax turi li inti liberali iżda meta tiġi għall-fatti turi mod ieħor. Il-kelma liberali mhix sempliċi slogan politiku biex taħtaf il-voti iżda huwa prinċipju li trid temmen fih. Għalhekk meta ftit wara l-vot dwar l-unjoni ċivili, il-Kap tal-Oppożizzjoni jiddikjara li l-partit tiegħu huwa bit-twieqi u bibien miftuħin għal kulħadd ħafna feġġitilhom tbissima sarkastika fuq wiċċhom. It-Tnejn li għadda kont fuq programm ta' dibattitu u miegħi kelli lil Beppe Fenech Adami u lil Carmel Cacopardo. F'mument minnhom bdew juru xi biċċiet minn diskorsi ta' Simon Busuttil. F'wieħed minn dawn il-clips Simon instema' jappella lil dawk preżenti jisimgħuh biex jafdawh għaliex huwa dejjem qal il-verità, f 'dak il-ħin Carmel Cacopardo impulsivament, minn taħt l-ilsien iżda b'mod li jinstema' qal: " Tridx tmur!" Dik fil-fatt hija r-reazzjoni impulsiva ta' kull min jisma' lil Simon Busuttil illum jippotifika fuq x'inhu tajjeb jew x'inhu ħażin. Il-memorja tan-nies dwar Simon, delegat speċjali ta' Lawrence Gonzi, ta' Simon Viċi-Kap jiġġustifika d-deċiżjonijiet ħżiena li kienu ttieħdu u Simon illum, tnissel fin-nies sens qawwi ta' diffidenza u nuqqas ta' fiduċja. Mhux kwistjoni li aħjar ix- xitan li taf. Iżda hija kwistjoni li n-nies mhumiex lesti li jafdaw lix-xitan li jafu. Meta dan l-aħħar ktibt fuq il-kwistjoni dwar l-iżvilupp fl- inħawi tat-tempji Ta' Ħaġrat, l-Oppożizzjoni kienet pronta tfaqqas konferenza stampa quddiem dawn it-tempji u tippreżenta mozzjoni quddiem il-Parlament biex ikun irtirat il-permess. Kont nippreferi li preżentaw il-mozzjoni mingħajr il-ħtieġa li kelli nikteb qabel jiena. Iżda anke f 'sitwazzjoni bħal din, ser ikun hemm imbarazzament għall- partit Nazzjonalista. Għaliex dak li ġara kien bis-saħħa ta' regolamenti u politiki li kienu saru minn George Pullicino! Dwar x'ġara qrib dan it- tempju għadna ma smajna xejn! Għalhekk nerġa' niġi għall- biża' li semmejt fil-bidu. Wisq nibża' li b'Oppożizzjoni li tilfet kull kredibbiltà se ssir ħsara kbira lid-demokrazija. Mingħajr Oppożizzjoni kredibbli ebda Gvern ma jħossu li huwa adegwatament mgħasses. Ċensura ta' Gvern li tkun ġejja minn Oppożizzjoni li mhix kredibbli titlef il-valur tagħha għax ma tingħatax il-piż li jkun jistħoqqilha minn min ikun qiegħed jismagħha. Mhux fl-interess tal-partit Laburista li jkun hemm Oppożizzjoni moralment falluta. Il-falliment finanzjarat tal-PN mhux problema, għaliex xi ħin jew ieħor il-flus minn x'imkien jiġu. Il-falliment elettorali mhux problema, għaliex xi darba jew oħra l-voti jistgħu jiġu. Iżda l-falliment morali huwa ikrah. Dak ħadd ma jagħtihulek. Dak trid tiksbu! Malti jilleġisla f 'mod illi jmur kontra l-obbligi ta' Malta bħala membru tal-U.E., Malta jkollha jew temenda l-Kostituzzjoni tagħha, jew titlob deroga mil- liġijiet komunitarji jew titlaq l-U.E. L-imħallef Borg Barthet stqarr illi huwa l-anqas seta' jimmaġina tali konflitt peress illi tali possibilità hija aktar teoretika milli attwali. Madankollu, wieħed xorta jħoss illi ma jeżisti l-ebda konflitt bejn il-Kostituzzjoni u l-liġi ewropea għaliex l-artiklu 65(1) tal-Kostituzzjoni jgħid illi "...l-Parlament jista' jagħmel liġijiet għall-paċi, ordni u gvernar tajjeb ta' Malta b'mod konformi ma' rispett sħiħ għad- drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji ġeneralment aċċettati tad-dritt internazzjonali u l-obbligi internazzjonali u reġjonali ta' Malta partikolarment dawk assunti bit-trattat tal- adeżjoni mal-Unjoni Ewropea iffirmat f 'Ateni fis-16 ta' April, 2003." Għaldaqstant, anke l-Kostituzzjoni tipprovdi illi l-Parlament jista' biss jilleġiżla skond il-prinċipji tat-trattat ta' adeżjoni fl-U.E u fin-nuqqas, il-liġi ma tkunx skond il- Kostituzzjoni. Wieħed irid ifakkar ukoll skond l-artiklu 3(2) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea "Kull disposizzjoni ta' liġi li mid-data msemmija tkun inkompatibbli mal-obbligazzjonijiet ta' Malta taħt it-Trattat jew li tidderoga minn xi dritt mogħti lil xi persuna bit-Trattat jew taħtu għandha, safejn dik il-liġi tkun inkompatibbli ma' dawk l-obbligazzjonijiet jew safejn tkun tidderoga minn dawk id-drittijiet, tkun bla effett u ma tkunx tista' tiġi infurzata." Għaldaqstant, kwalunkwe liġi illi tkun inkompatibbli mal- obbligi illi assumiet Malta meta ffirmat it-Trattat ta' Adeżjoni fl-U.E. ma tingħatax effett u ma tistax tiġi nfurzata. Verament wieħed ma jarax il- perikli illi qed jara l-imħallef. Dan l-aħħar ukoll, id-dekan tal-Fakultà tal-Liġi kiteb bosta artikli fil-ġurnali dwar il-mozzjoni illi hemm fil- Parlament għal tneħħija ta' mħallef illi l-ewwel trid tiġi eżaminata mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja. Verament dan il-każ irid aktar minn artiklu sabiex tanalizzah sew. Madankollu, huma bosta illi għandhom riservi kbar dwar il-konklużjonijiet tal-professur Aquilina. Fost affarijiet oħra, il-Professur Aquilina dehrlu illi minkejja dak li jgħid l-Erskine May, il-bibbja f 'Westminister tal-proċedura parlamentari, mozzjoni ta' impeachment ma tibqax fis- seħħ meta jxolji Parlament ġaladarba l-Kostituzzjoni Maltija ma ssemmi xejn. Wieħed irid iżomm f 'moħħu illi l-Kostituzzjoni m'hix biss dak il-ktieb illi fi żmien kien aħmar imma anke bosta liġijiet oħra, l-Ordnijiet Permanenti tal-Parlament u l-ġurisprudenza tal-Qrati tagħna. U f 'dan ir- rigward tajjeb illi wieħed ifakkar is-sentenza tat-22 ta' Jannar 1971 tal-Qorti Kostituzzjonali komposta minn Sir Anthony Mamo, J.J. Cremona, Joseph Flores, Joseph Henry Xuereb u A. Gauci Maistrè, "dream team" tassew, fl-ismijiet "Mintoff vs Borg Olivier". Dik il-Qorti tat piż kbir lil Erskine May peress illi l-Ordnijiet Permanenti jew fil-Kostituzzjoni ma jistgħux jantiċipaw l-eventwalitajiet kollha illi jistgħu jinqalgħu. Anke fir-rigward tal-kritika illi għamel peress illi l-Kummissjoni dehrilha illi m'għandhiex terġa tisma xhieda biex tasal għall-konklużjoni tagħha wara illi ġiet ippreżentata t-tieni mozzjoni, il-Professur Aquilina bbaża l-argumenti tiegħu fuq is-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil- każ "Olujic v Kroazja". Imma wieħed irid jiddistingwi illi fl-ewwel lok, il-Kummissjoni ma tiddeċidiex hi jekk imħallef għandhux jitwarrab jew le imma biss jekk il-mozzjoni għandhiex tiġi diskussa mill-Kamra jew le. Effettivament, dan huwa protezzjoni addizjonali għall- ġudikatura. Anke meta l-mozzjoni tiġi diskussa fil-Kamra, wieħed jiddubita ferm kemm tista' tapplika l-artiklu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għax m'hemm l-ebda determinazzjoni ta' drittijiet ċivili jew ħtija kriminali. Dana peress illi ħadd m'għandu dritt ċivili illi jilħaq membru tal-ġudikatura. Il-ħatra ta' membru tal-ġudikatura huwa essenzjalment att politiku illi bil-Kostituzzjoni tagħna jista' biss jiġi revokat b'vot ta' aktar minn żewġ terzi tal-Parlament u dana sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tal-ġudikatura. Imma wieħed ma jistax jargumenta illi dawk id-deputati illi esprimew ruħhom dwar il-mozzjoni ta' tneħħija ma jistgħux jieħdu sehem fil-vot. B'dan l-argument, l-anqas min ippropona u ssekonda l-mozzjoni ma jista' jivvota għax ikun diġa esprima ruħu ! Imma minkejja illi mozzjoni bħal din hija mportanti, wieħed jixtieq isaqsi jekk verament din hijiex l-aktar kwistjoni taħraq illi għandna fil-qasam kostituzzjonali. Altru li le. Ejjew nergħu mmorru għall-każ imqajjem mill-Imħallef Borg Barthet. Nassumu illi l-Kostituzzjoni, bħal dik Irlandiża, tafferma illi l-liġi ewropea tipprevali fuq dik maltija. X'jiġri jekk il-Parlament jgħaddi liġi illi l-Qrati tagħna jiddikjaraw illi tmur kontra t-Trattati u l-obbligi kommunitarji ? Ir-risposta noħduha billi naraw x'jiġri illum fir-rigward tal-liġijiet illi l-Qorti Kostituzzjonali tiddikjara illi jmorru kontra l-Kostituzzjoni. F'ħafna każiijiet, minkejja l-artiklu 6 tal-Kostituzzjoni, liġi illi tiġi dikjarata illi tmur kontra l-Kostituzzjoni spiss tibqa' tiġi applikata u jridu jgħaddu s-snin qabel ma' l-Parlament jiddeċiedi illi jbiddilha. U intant isiru kawżi oħra b'ħela ta' ħin u flus għal min hu nvolut u ġieli anke b'eżitu differenti minn dawk deċiżi qabel. Sitwazzjoni tassew assurda għax skond il-Qrati tagħna, meta sentenza tiddikjara illi liġi tmur kontra l-Kostituzzjoni, tali sentenza torbot biss lill-partijiet fil- kawża u m'hux lill-pajjiż kollu. Għalhekk, sakemm il-Parlament jiċċaqlaq, il-liġi tibqa' tapplika fil-konfront ta' min ma kienx parti fil-kawża. Imma l-akbar skandlu kostituzzjonali ta' pajjiżna żgur huwa l-mod kif l-Avukat- Ġenerali qed jinjora s-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tas-sena l-oħra fl-ismijiet "Camilleri v Malta" minħabba d-diskrezzjoni illi jgawdi f 'każi ta' traffikar ta' droga jekk jibgħatx l-akkużat quddiem il-Qorti tal-Maġistrati jew quddiem il-Qorti Kriminali. Il-Qorti Ewropea sabet illi dina d-diskrezzjoni tikser l-artiklu 7 tal-Konvenzjoni imma għall- Avukat-Ġenerali qisu ma ġara xejn u baqa' għaddej bħal qabel. jiddeċiedi jekk bniedem jistax jeħel sa għaxar snin jew għomru l-ħabs. Bir-riżultat illi issa hemm pataflun kawżi oħra fuq l-istess kwistjoni bil- Qrati tagħna s'issa jimxu kif iddeċidiet Strasbourg u anke sabu vjolazzjoni tal-artiklu 6 tal- Konvenzjoni. Dan x'pajjiż hu fejn il-gvern u l-Parlament jinjoraw sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ? Dawn huma l-ġganti illi lkoll li aħna li nħaddnu l-kliem tal-kbir Ċiċerun illi "servi leges sumus ut liberi possimus esse" ("Aħna qaddejja tal-liġi ħalli nistgħu nkunu ħielsa.") għandna ningħaqdu sabiex naqtgħulhom rashom. M'hux nintilfu bħa Don Quixote nattakkaw xi mitħna tar-riħ illi jaħasra ma tagħmlilna l-ebda deni. Don Quixote fostna