Illum previous editions

illum 27 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/302205

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 27 ta' April 2014 | illum 3 L-aħħar inizjattiva tal- istakeholders kienet dik ta' Għawdex, Fidi u Tradizzjoni li jidher li wkoll ħolqot interess mit-turist Malti u anke barrani. Tant hu hekk li dan il-ġurnal jista' juri bil-figuri eżatti biż-żieda li kien hemm ta' turisti li qasmu l-fliegu. Dan wara li tlabna l-istatistiċi mingħand iċ-Ċermen tal- Gozo Channel, Joe Cordina ta' kemm il-passiġġier u vettura l-Gozo Channel ġarrew minn u lejn Malta matul il-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa. Il-figuri juru li kien hemm żieda ta' 8% fuq il-passiġġieri u vetturi li nġarrew lejn Għawdex mis- sena ta' qabel fil-142 vjaġġ li l-Gozo Channel għamlet bejn Ħamis ix-Xirka u l-għada tal- Għid. Fil-fatt din is-sena qasmu l-fliegu 36,163 passiġġier lejn Għawdex, jiġifieri 2,669 passiġġier aktar u 9,687 vettura li tfisser żieda ta' 681 vettura aktar mis-sena ta' qabel. Il-figuri li għaddewlna l-Gozo Channel juru wkoll li l-aktar passiġġieri u vetturi li qasmu lejn Għawdex kienu f 'Ħamis ix-Xirka fejn kien hemm 9,108 passiġġier u 2,718 vettura. Dan juri li l-Maltin telgħu Għawdex għal weekend twil minn Ħamis ix-Xirka sa l-għada tal-Għid fejn il-figuri juru li l-Gozo Channel ġarrew l-akbar numru ta' passiġġieri u vetturi minn Għawdex għal Malta (bejn Ħadd il-Għid u l-għada). Żewġ Papiet illum isiru qaddisin ILKNISJA Kattolika madwar id-dinja llum tiċċelebra l-Ħadd tal-Ħniena Divina iżda mhux biss. Dan hekk kif illum, fil-Belt tal-Vatikan ser issir iċ-ċerimonja ta' Kanonizzazzjoni ta' Ġwanni XXIII u Ġwanni Pawlu II, żewġ papiet meqjusin bħala ġganti tal-fidi nisranija. Ġwanni XXIII jibqa' mfakkar bħala l-Papa li wassal l-ewwel messaġġ radjufoniku dirett bil-lingwa Maltija fl-1960 filwaqt li l-Papa Ġwanni Pawlu II jibqa' mfakkar bħala l-ewwel Papa li żar pajjiżna u l-ewwel Papa li tana l-ewwel tliet beati Maltin. Hu stmat li għaċ-ċerimonja tal-lum fil-Vatikan mistennija jattendu 'l fuq minn nofs miljun persuna bejn turisti u segwaċi taż-żewġ papiet beati. Hu kkalkulat li mill-Polonja biss, pajjiż nativ ta' Ġwanni Pawlu II, se jkunu qed jaslu f 'Ruma mal-1,700 xarabank, 58 titjira u ħames ferroviji lkoll ippakkjati bin-nies. Iċ-ċerimonja tal-lum qed issir wara li f 'Lulju li għadda, l-Papa Franġisku ffirma d-digrieti għall-kanonizzazzjoni tal- Beatu Ġwanni Pawlu II u l-Beatu Ġwanni XXIII waqt udjenza li kellu mal-Kardinal Angelo Amato li hu l-Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Kawżi tal-Qaddisin. Ta' min ifakkar li bħala parti mill-proċess biex wieħed isir qaddis, il-Knisja tesiġi li jkunu approvati żewġ mirakli wara l-beatifikazzjoni. Fil-każ ta' Ġwanni Pawlu II, hu mifhum li l-ewwel miraklu li seħħ bl-interċessjoni tiegħu sar sitt xhur wara mewtu fuq soru Franċiża li kellha l-kundizzjoni tal-Parkinsons. It-tieni miraklu seħħ fuq mara mill-Costa Rica li fieqet minnufih mill-marda li kellha f 'rasha sigħat biss wara li Papa Ġwanni Pawlu II sar beatu. Il-kanonizzazzjoni ta' Ġwanni XXIII hi marbuta ma' soru Taljana li kellha emoraġija interna u li fieqet bl-interċessjoni tiegħu. Għalkemm s'issa dan hu l-uniku miraklu magħruf li seħħ bl-interċessjoni ta' Ġwanni XXIII, il- kanonizzazzjoni xorta ġiet approvata wara li l-Papa Franġisku ta deroga lill-każ u neħħa l-bżonn tat-tieni miraklu. Dan seħħ bħala rikonoxxenza lejn Ġwanni XXIII għall-organizzar tal- Konċilju Ekumeniku Vatikan II. Iċ-ċerimonja tal-lum ser titmexxa minn Papa Franġisku u ser jattendi għaliha wkoll il- Papa Emeritus Benedittu XVI. Fil-ħarġa tal-lum, Frank Zammit qed iwasslilna artiklu esklussiv dwar laqgħa li kellu mal-Professur Joaquin Navarro-Valls. Navarro-Valls ħadem mal-Papa Ġwanni Pawlu II għal 22 sena sħaħ bħala l-Kap tas-Sala Stampa tas-Santa Sede. Għawdex ikompli jkattar it-turiżmu L-iżvilupp f 'Ta' Ħaġrat fl-Imġarr Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Toni Abela kien l-ewwel wieħed li sejjaħ biex il-permess li nħareġ mill-MEPA jiġi revokat LOPPOŻIZZJONI Nazzjonalista ppreżentat mozzjoni fil-Parlament bil-għan li, bi ftehim mal- Gvern, art li tinsab fil-buffer zone tat-tempji Ta' Ħaġrat fl-Imġarr, tiġi esproprjata, jiġifieri li l-Gvern jieħu f 'idejh din l-art wara li s-sidien privati tagħha jingħataw kumpens. Din it-talba għall-espropjazzjoni tal-art qed issir wara li f 'Settembru li għadda, il-MEPA ħarġet il-permess biex isir żvilupp fuq l-art imsemmija u wara li l-Bord tal-Appell ma laqax it-talba tal-appell fil-bidu ta' dan ix-xahar. F'konferenza tal-aħbarijiet organizzata mill-partit Nazzjonalista, il-Viċi-Kap Mario de Marco fakkar li applikazzjoni simili li ġiet approvata fix-xhur li għaddew, kienet ġiet irrifjutata fl-2009, bl-argument kien li din l-art tinsab fil-buffer zone tat- tempji fl-Imġarr. Żied jgħid li fl-2009 ukoll, art li tinsab fl-istess żona, ftit metri biss 'il bogħod mill-art li tinsab f 'nofs il-kontroversja bħalissa, kienet ġiet esproprjata u s-sid ingħata l-kumpens xieraq. Mario de Marco insista li anke f 'dan il-każ, l-Oppożizzjoni qed tipproponi li jiġri l-istess. Minn naħa tiegħu, id- Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Toni Abela sejjaħ il- permess li nħareġ mill-MEPA bħala delitt fuq il-patrimonju u l-wirt storiku. Abela esprima l-biża' li minħabba dan l-iżvilupp, dawn it-tempji jistgħu jitilfu r-rikonoxximent mill-UNESCO bħala sit ta' patrimonju dinji. Qal ukoll li f 'dan il-każ inħoloq preċedent li kull fejn sidien għandhom proprjetà qrib siti oħra ta' din ix-xorta jistgħu jingħataw l-istess permess. Intant fil-ħarġa tal-lum tal-gazzetta MaltaToday, qed tingħata ħarsa dettaljata dwar il-possibilità li l-Prim Ministru Joseph Muscat jista' jintervjeni sabiex tinstab soluzzjoni f 'dan il-każ partikolari. Dawn is-siti jistgħu jitilfu r-rikonoxximent mill-UNESCO bħala wirt dinji Ġwanni Pawlu II u Ġwanni XXIII "Jidher li l-inizjattivi tal-Ministeru qed iħallu l-frott tagħhom"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 April 2014