Illum previous editions

illum 27 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/302205

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 27 ta' April 2014 Wirja ta' 111 sena titkompla wara intervent tal-PM ORGANIZZATURI ta' wirja tal-fjuri li ilha ssir bla waqfien mill-1903 kienu kważi ċerti li din is-sena se tkun it-tmiem tal-wirja. Dan wara li ġew affaċjati b'kont ta' mill-inqas €1,200 biex jitħallew jużaw il-ġnien ta' San Anton fost oħrajn. Membri tas-Soċjetà tal- Ortikultura Maltija li huma l-organizzaturi, esprimew ma' din il-gazzetta d-dispjaċir tagħhom li x-xogħol volontarju li jieħdu matul is- sena kien se jisfaxxa fix-xejn, minħabba ħlas burokratiku li ma setgħux jaffordjaw. Fost impenji u spejjeż oħra li kienu ġa daħlu għalihom l-organizzaturi kien hemm is-sehem ta' sitt floristi minn pajjiżi oħra fosthom il- Ġappun. Taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, is-somma mitluba kienet titħallas mill- Ministeru tal-Agrikultura ta' George Pullicino u qablu, Ninu Zammit. Is-sena l-oħra din is-somma wkoll kienet tħallset mill- Ministeru ta' Leo Brincat iżda din is-sena, il-konsorzju li jimmaniġġja l-ġnien ġie taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għat-Trasport Joe Mizzi. Eventwalment l-organizzaturi tħallew bejn sema u ilma dwar il-ħlas minkejja li l-attività hija biss tliet ġimgħat oħra. Kien biss jumejn ilu li l-organizzaturi ġew mgħarfa li għal sena oħra se jingħataw l-għajnuna meħtieġa, u dan biss wara li membri tas-soċjetà għamlu kuntatt mal-Prim Ministru u għaddewlu l-ilmenti tagħhom dwar din il-burokrazija żejda. L-organizzaturi qalu lil din il-gazzetta li l-intervent tal-Prim Ministru kien kruċjali għax ġimgħat ta' korrispondenza ma' uffiċjali tal-ministeri ma kienu qed iwasslu mkien. It-talba ta' €1,200 kienet se twaqqaf milli ssir wirja li ilha ssir 111-il sena 32 direct order lil ditta tal-avukati ta' Simon Busuttil DITTA tal-avukati li fit-tmexxija tagħha kien involut il-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil ingħatat bi ftit iktar minn €200,000 f 'kuntratti u xogħlijiet taħt gvernijiet differenti Nazzjonalisti wara l-1998. Kwart minn din l-ispiża fuq dawn il-kuntratti u xogħlijiet kienu ħlasijiet li d-ditta ta' Simon Busuttil ħadet permezz ta' direct orders. Id-ditta tal-avukati involuta kienet Ganado Sammut Advocates fejn fit-tmexxija tagħha ma' Busuttil kien hemm involuti wkoll l-opinjonista l-Avukat Austin Sammut u l-Avukat Peter Fenech. Busuttil kien involut fit-tmexxija ta' din id-ditta bejn l-1997 u l-2010, meta din l-istess ditta kienet ġiet xolta. Bejn l-1998 u l-2010, mill- uffiċċju tal-Prim Ministru biss taħt it-tmexxija ta' Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi, Ganado Sammut Advocates ingħatat 18-il direct order b'valur ta' iktar minn €41,000. Dawn il-flus tħallsu lid-ditta tal- avukati ta' Simon Busuttil mingħajr qatt ma kien hemm sejħa għall-offerti. Dawn ma kinux l-uniċi xogħlijiet b'direct orders li gvernijiet Nazzjonalista taw lid-ditta legali li fiha hemm involut Simon Busuttil. Bejn l-1998 u l-2010 kien hemm erba' Ministeri oħra – il-Ministeru għall- Edukazzjoni, il-Ministeru għall-Ekonomija, il- Ministeru għat-Turiżmu u l-Ministeru għar-Riżorsi li bejniethom taw 14-il direct order oħra lil Ganado Sammut Advocates f 'valur ta' €10,000. Dawn mhumiex l-unika każijiet ta' direct orders mogħtija minn gvernijiet Nazzjonalisti lill-kumpaniji fejn jidher isem Simon Busuttil. Fil-ġimgħat li għaddew irriżulta li taħt gvernijiet Nazzjonalisti, il-kumpanija ta' konsulenti Europa Research and Consultancy Services fejn Busuttil kien ukoll involut, ingħatat b'kemm jiswew ftit iktar minn €1 miljun f 'xogħlijiet u kuntratti, li kważi nofshom ingħataw b'direct orders. Arranġamenti għall- Maltin imsiefrin QED isiru arranġamenti biex il-Maltin li jinsabu barra mill-pajjiż ikunu jistgħu jiġu lura Malta biex jivvotaw fl-elezzjoni għall- Parlament Ewropew li se ssir is-Sibt, 24 ta' Mejju 2014. L-Air Malta ser tipprovdi biljetti bir-ritorn fuq is- servizzi tagħha għal €35, inkluż it-taxxi u spejjeż oħra, għal dawk il-persuni li huma eliġibbli li jivvotaw. Reservations fuq titjiriet skedati tal-Air Malta jistgħu jsiru fuq it-telefon numru (+356) 25991230 mit- Tnejn u s-Sibt bejn it-8am u d-9pm kif ukoll il-Ħadd mit-8am sal-5pm. L-ivjaġġar lejn Malta hu possibbli mill-14 ta' Mejju sal-24 ta' Mejju 2014, bl- ivjaġġar tar-ritorn bejn l-24 ta' Mejju u l-1 ta' Ġunju 2014. Dawk il-persuni li ser jivvutaw kmieni fis- 17 ta' Mejju 2014 jistgħu jivvjaġġaw lejn Malta mill-14 ta' Mejju u jistgħu jirritornaw lura mis-17 ta' Mejju sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2014. Dawk li ser jivvutaw kmieni jridu japplikaw mal-Kummissjoni Elettorali sa nofsinhar tal- Ġimgħa 16 ta' Mejju 2014. Dawn l-arranġamenti se jkunu validi għall- persuni li huma eliġibbli li jivvotaw u li jinkludu dawk miżżewġin lill-barranin, li qed jistudjaw, jaħdmu jew li qed jirċievu xi trattament mediku barra minn Malta u d-dipendenti tagħhom. Dipendenti huma l-ulied ta' dik il-persuna, jew ulied żewġ jew mart dik il- persuna, jekk dawk l-ulied ikunu taħt it-tmintax-il sena. Tinkludi wkoll il- konjugi tal-persuna. YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 April 2014