Illum previous editions

illum 27 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/302205

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 27 ta' April 2014 | illum 5 Ftehim ma' sptarijiet privati għal testijiet tal-MRI PAZJENTI li ilhom jistennew biex isirulhom testijiet tal-MRI, issa se jibdew jagħmluhom fl- isptarijiet privati St James u Da Vinci mingħajr ħlas. Dan tħabbar mill-Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi u s-Segretarju Parlamentari Chris Fearne waqt l-iffirmar ta' ftehim maż- żewġ sptarijiet privati. Permezz tal-ftehim milħuq, pazjenti li ilhom jistennew għat-test għal iktar minn sena issa se jkunu jistgħu jagħmlu appuntament għall-MRI f 'wieħed miż- żewġ sptarijiet privati. Fil-kummeti tiegħu l-Ministru Konrad Mizzi qal li spiċċa ż-żmien tar-rapporti u li issa wasal iż-żmien li jibdew jittieħdu miżuri biex l-istennija tal-pazjenti tonqos għal livell aċċettabbli. Qal ukoll li l-Gvern se jkun qed jara kif jistgħu jintlaħqu ftehimiet simili fuq servizzi oħra inkluż l-istennija fl-emerġenza u l-mediċini out-of-stock. Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Chris Fearne qal li preżentament hemm 3,805 pazjent jistennew għat- test tal-MRI. Żied ukoll li bħalissa f 'Mater Dei, pazjenti qed jingħataw appuntamenti għall-2016 u li dan id-dewmien mhux aċċettabbli. Fearne żied jgħid li l-Gvern se jara li permezz ta' dan il-ftehim mal-isptarijiet privati jonqos iż-żmien li pazjenti jkollhom jistennew għat-testijiet tal-MRI. Hu faħħar ukoll l-inizjattiva li kienet saret mill-eks Ministru Godfrey Farrugia biex minn 33 test tal-MRI kuljum dawn telgħu għal 55. Intant il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Gvern li jkompli fuq il-passi li kien ħa gvern Nazzjonalista fil-leġislatura preċedenti biex jissieħeb mal-privat fl-għoti ta' servizzi tas- saħħa f 'pajjiżna. L-istqarrija tgħid ukoll li għalkemm dan huwa biss l-ewwel pass sabiex jerġa' jinbena dak li żżarma mill-gvern Laburista stess fl-ewwel sena tat- tmexxija tiegħu, il-partit Nazzjonalista se jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu għal din il-miżura biex b'hekk Malta verament tkun aħjar. €53 miljun fuq l-agħar road killer ta' Malta JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt ILPROĠETT biex Triq il-Kosta ma tibqax l-aktar triq fatali għas-sewwieqa Maltin se tinkludi diversi miżuri bħal roundabouts u traffic lights fost l-oħrajn. Waqt it-tnedija tal-proċess ta' konsultazzjoni għall- ewwel strateġija nazzjonali għas-sigurtà fit-toroq aktar kmieni din il-ġimgħa, ħarġu d-dettalji ta' dan il-proġett li jkopri aktar minn 7km ta' triq. Aspett ewlieni tal- proġett se jkun li jitranġa l-allinjament tat-triq biex jiġu evitati l-blindspots u b'hekk tnaqqas il-periklu għas-sewwieqa. Dan se jwassal ukoll biex titwessa t-triq u kull direzzjoni se jkollha żewġ karreġġjati li eventwalment ttaffi l-problema ta' traffiku. Ma setax jonqos li fin-nofs tat-triq jiġu installati crash- barriers biex jiġu evitati ħabtiet head-on, proposta li ilha tissemma bosta xhur. Hu fatt magħruf li l-fatt li ma kienx hemm separazzjoni fin-nofs tat- triq, flimkien mad-diversi blind spots u kantunieri, kienu jagħmlu din it-triq l-aktar waħda perikoluża f 'Malta. It-triq hija fost l-aktar imfittxija biex wieħed jaqsam minn fuq għal isfel ta' Malta jew viċi versa, hu stmat li kuljum jgħaddu mat-18-il elf karozza. Il-ħsibijiet ta' Transport Malta għal din it-triq jinkludu wkoll xogħlijiet fuq bankini kif ukoll il-ħsieb li tinfetaħ linja apposta għaċ- ċiklisti, b'separazzjoni fissa bejn din il-linja u l-bqija tat-triq biex tiġi żgurata s-sigurtà taċ-ċiklisti. Il-proġett, li qed jiġi stmat għal aktar minn €53 miljun, se jinkludi wkoll l-aspett tat- trasport pubbliku b'ħidma fuq xelters tax-xarabank fost oħrajn. Se jkunu installati wkoll sinjali tat-traffiku u zebra crossings għal min ikun irid jaqsam it-triq, aspett li huwa assenti fil- preżent. Meta t-triq tasal fil- viċinanzi ta' Baħar iċ-Ċagħaq qed tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li ssir roundabout, bir- raġunijiet mogħtija jkunu li dan jikkalma t-traffiku u jidderiġih aħjar. Transport Malta qalet li minħabba l-proġett ta' twessigħ tat-triq, is-siġar li se jkunu affettwati se jkunu mpoġġija x'imkien ieħor biex ikun hemm l-inqas impatt ambjentali possibbli. Il-proġett se jieħu inkonsiderazzjoni wkoll il-wiċċ tat-triq fejn se jsir asphalting aħjar u f 'ċertu partijiet tat-triq mistenni jitpoġġa asphalting high friction bħala metodu ieħor ta' sigurtà. Fl-istess ħin, ix-xogħol fuq il-wiċċ tat-triq għandu jindirizza l-problema ta' għargħar fit-triq biex is- sigurtà tas-sewwieqa ma tkunx kompromessa f 'temp mhux favorevoli. Il-proġett hu maħsub li jkun lest sal-aħħar tas-sena d-dieħla. BĦALISSA PROPOSTA Triq il-Kosta hija l-iktar triq fatali għas-sewwieqa Maltin "Permezz ta' dan nistgħu naqtgħu d-dewmien żejjed u l-appuntamenti li kienu qed isiru għall-2016" - Chris Fearne

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 April 2014