Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/302205
Il-Ħadd 27 ta' April 2014 | illum 23 Pjazzetta Infetħu l-applikazzjonijiet tal- Malta Short Film Festival MATUL ix-xhur tas-sajf, il-Malta Short Film Festival daħal fil-kalendarju kulturali mhux biss bħala vetrina ta' films qosra minn madwar id- dinja imma l-uniku programm ta' analiżi u diskussjoni kulturali li għandna f 'Malta. Il-festival iħeġġeġ lit- telespettaturi jiffurmaw l-opinjoni tagħhom wara li jisimgħu l-perspettiva tal- ġurija fl-istudjo. Il-ġurija residenti hi komposta mill- Prof Rev Saviour Chircop, Dekan tal-Fakultà tal-Media u x-Xjenzi u l-Għarfien fl-Università ta' Malta, Winston Azzopardi, Maniġer tal-Produzzjoni ta' films internazzjonali importanti u l-ewwel Kummissarju tal- films, Tony Cassar Darien, kummentatur u maniġer artistiku, kif ukoll Joyce Grech, ġurnalista b'aktar minn 20 sena esperjenza u l-producer ta' dan il-festival. Id-direttur tal-festival hu Tony Parnis li hu direttur tal-films u t-televiżjoni, u ħadem mal- Kap tad-Drama ma' TVM u One TV, kif ukoll idderieġa numru ta' sensiliet televiżivi. Kull sena l-festival joffri għażla wiesgħa ta' films f 'ġeneru u stil, kif ukoll realitajiet soċjali li nsibu f 'pajjiżi differenti. Is-sena li għaddiet intgħażlu 41 film biex jikkompetu fil-programm, films li ġejjin minn 22 pajjiż minn madwar id-dinja. Il-festival hu wkoll pjattaforma tat-talent Malti u għaldaqstant kien ukoll strumentali biex diretturi lokali setgħu juru x-xogħol tagħhom. Minbarra l-udjenza f 'Malta li tlaħħaq 30,000 telespettatur, il-film jikseb udjenza internazzjonali kif ukoll tgħin lid-diretturi Maltin biex ikunu jistgħu juru li rebħu unur f 'Malta meta jfittxu finanzjament għal proġetti futuri tagħhom. Fost ir- rebbieħa ta' unuri nsibu l-film ta' David Serge .303, Tele- monkey ta' Martin Bonnici, Daqqet ix-Xita ta' Kenneth Scicluna u The Elected ta' Patrick Vella. Bħalissa l-applikazzjonijiet jinsabu miftuħa għal dawk li jixtiequ jipparteċipaw. Il-produzzjoni rċeviet aktar minn 500 film minn 50 pajjiż differenti. Il-film ma jridx jaqbeż il-15-il minuta fit-tul u jrid ikun bl-Ingliż jew bis-sottotitli bl-Ingliż. Hu essenzjali li l-produttur ikun kopra legalment id- drittijiet kollha fuq il-mużika, u l-immagini kollha li hemm fil-film. Fl-ewwel ġimgħa ta' Ġunju ssir il-fażi eliminatorja mbagħad f 'nofs Ġunju jitħabbru liema films intgħażlu għall-festival. Kull applikant hu mħeġġeġ li jaqra l-linji gwida qabel ma jissottometti l-film tiegħu. Il-parteċipanti jintwerew fil-programm u jidhru wkoll online fuq is-sit elettroniku tal-festival. Id-data tal-għeluq tas-sottomissjonijiet hi l-31 ta' Mejju 2014. Kull sena ssir ċerimonja tal- għoti tal-unuri għar-rebbieħa f 'Settembru f 'lukanda ewlenija u tintwera fuq TVM. The Malta Short Film Festival għandu produzzjoni ta' Tony Parnis u Joyce Grech għal Malta Film Foundation. Kull min jixtieq aktar tagħrif jista' jikteb fl-indirizz elettroniku info@maltashortfilmfest. com jew jidħol fis-sit www. maltashortfilmfest.com. Id-data tal-għeluq tas-sottomissjonijiet hija l-31 ta' Mejju u l-film ma jridx jaqbeż il-15-il minuta