Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/302205
24 illum | Ħadd 27 ta' April 2014 Kummercjali Skontijiet kbar fuq l-ispejjeż tat- telefonija, internet u mowbajl GO tejbet l-offerta tagħha fuq il-pakkett popolari Business Duo Pack biex tkopri l-ħtiġijiet kollha ta' komunikazzjoni li għandhom bżonn il-klijenti negozjanti tagħha. Pakkett wieħed flessibbli u ta' valur għal flus li jinkludi linja fissa, internet u mowbajl. Mark J. Farrugia, Product Manager Data, ma' GO qal, "Il-pakkett Business Duo tneda minn GO f 'Novembru li għadda u jippermetti tfaddil ta' 25% fuq l-ispejjeż abbinati ma' linja fissa u internet. GO issa qed tkompli ttejjeb l-offerta tal-Business Duo Pack billi tinkludi skontijiet fuq erba' reġistrazzjonijiet differenti tal-mowbajls li huma assoċjati man-negozjanti li jużaw il-Business Duo Pack. Biex l-utenti differenti jibdew jibbenefikaw minn dawn l-iskontijiet, l-abbonati jridu jċemplu lit-tim tagħna, jew iżuru wieħed mill-ħwienet jew resellers esklussivi tagħna u jimlew il-formoli rilevanti biex jinnominaw liema accounts jixtiequ li japplikaw l-iskontijiet." Wara l-proċess tal- applikazzjoni, l-accounts tal-mowbajls nominati jibdew jibbenefikaw mill- iskont fil-kont li jkun imiss. Dawk abbonati mal-Business Limitless Intra 25 se jirċievu skont ta' €2 fix-xahar, u dawk tal-Business Limitless Intra 35, għandhom skont ta' €3 fix-xahar. Il-klijenti abbonati mal-Business Limitless Intra 60 jibbenefikaw minn skont ta' €5 fix-xahar, filwaqt li l-klijenti ma' Business Limitless Intra 99 se jieħdu skont ta' €9 fix-xahar. Dawn l-iskontijiet jibqgħu japplikaw sa tmiem il- kuntratt. Sidien tan-negozji jistgħu jiksbu aktar tagħrif dwar il-Business Duo Pack ta' GO u l-iskontijiet il-ġodda disponibbli fuq il-Business Limitless Intra mobile plans billi jikkuntattjaw speċjalista tan-negozju ta' GO fuq l-imejl sales@gobusiness. com.mt jew billi jċemplu fuq in-numru 21246200. It-tagħrif jinsab disponibbli wkoll mill-ħwienet kollha ta' GO u r-resellers esklussivi, kif ukoll mis-sit www. go.com.mt. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. GO tejbet il-Business Duo Pack b'pakkett wieħed essibbli għan-negozjanti Ira Losco tiffirma kuntratt ma' ditta taż-żraben Brażiljana ILKANTANTA lokali Ira Losco ġiet magħżula esklussivament mid-ditta internazzjonali Ipanema biex tkun l-ambaxxatriċi taż-żraben sajfin tagħhom. Il-kuntratt ta' sentejn ġie ffirmat riċentament. Carvel Malta, li tirrappreżenta d-ditta f 'pajjiżna, għażlet ukoll lill- ħwienet tal-Eurosport biex ikunu d-distributuri esklussivi tagħhom f 'Malta u Għawdex. "Wara l-ewwel laqgħa li kelli mat-tim internazzjonali tal- Ipanema kont naf li ser tkun ditta vera għal-qalbi. Dawn iż-żraben, apparti li huma sbieħ u komdi, għandhom storja warajhom u vera kburija li ntgħażilt propju jien biex inkun parti minn din l-istorja ta' suċċess," qalet Ira Losco. Iż-żraben Ipanema, li fuq skala globali huma rriklamati mill-mudella Brażiljana Giselle Bundchen, huma oriġinali, b'disinn uniku u magħmulin minn materjali rriċiklati. Ira Losco ntgħażlet biex tkun il-wiċċ tal-prodott tagħhom minħabba s-sens ta' individwalità u oriġinalità li dejjem kellha, kemm fl-istil tal-mużika kif ukoll fejn jidħol stil ta' lbies. "Id-ditta tagħna minn dejjem kienet tirrappreżenta sens ta' oriġinalità u kreattività, għalhekk xtaqna lil Ira Losco tkun l-ambaxxatriċi għas- sandlijiet Ipanema. Aħna nemmnu ħafna fl-individwalità u wieħed mis-sigrieti tal- kantanta Maltija huwa propju dan. Minn dejjem kienet tħobb tesperimenta biex tiskopri elementi ġodda ta' kif tesprimi ruħha permezz tal-mużika u l-moda. Ira Losco mhux biss kantanta brava, imma wkoll għandha personalità pożittiva, u huwa propju dak li rridu nwettqu permezz taż-żraben ikkuluriti tagħna," qal kelliem għal-Ipanema. "Grazzi għal Eurosport u Ira, il-kumpanija tagħna tinsab vera eċitata għall-istaġun li jmiss," qal Branko Radojevic, id-Direttur ta' Carvel Malta. Id-Direttur Maniġerjali ta' Eurosport, Christina Peresso qalet: "Ninsabu vera kburin li Ipanema għażlu lilna biex inkunu n-negozju ewlieni tagħhom f 'Malta. Is-selezzjoni ta' sandlijiet li għadhom kif wasslulna hija vera kkulurita, sajfija u komda u naħseb li pajjiżna huwa suq ideali għal ditta bħal Ipanema. Naf fiċ-ċert li ser ikunu popolari mal-Maltin u t-turisti dan is-sajf." Biex jiċċelebraw il-wasla tal- ewwel selezzjoni ta' sandlijiet Ipanema f 'Malta, Eurosport Malta qed iqassmu żewġ pari flip-flops fil-ġimgħa lil kull min jagħfas 'Like' fuq il-paġna tagħhom u jagħmel 'share' ir- ritratt ta' Ira Losco. Iż-żraben Ipanema jinstabu għand il-Eurosport, kif ukoll ħwienet uffiċjali oħra f 'Malta u f 'Għawdex. Għal aktar informazzjoni żur is-sit www. eurosport.com/ipanema jew www.facebook.com/ eurosportmalta. Ipanema tagħżel lil Ira Losco għall-individwalità tagħha