Illum previous editions

illum 27 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/302205

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 27 ta' April 2014 SPORTSillum YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Manchester United jiksbu rebħa kbira biex jieħdu ftit nifs MANCHESTER United ġewwa darhom f 'Old Trafford kisbu rebħa kbira ta' 4-0 kontra Norwich City biex b'hekk ħadu ftit nifs wara serje ta' riżultati u wirjiet negattivi matul dan l-istaġun li waslet għat- tkeċċija tal-iSkoċċiż David Moyes iktar kmieni matul din il-ġimgħa bit-tim minn Manchester ikun immexxi għall-ewwel darba minn Ryan Giggs. Il-gowls għar- Red Devils waslu minn doppjetta ta' Wayne Rooney, bl-ewwel gowl jasal minn penalty waqt li ż-żewġ gowls l-oħra għalihom waslu minn doppejtta oħra din id-darba ta' Juan Mata. Southampton ġewwa darhom għelbu l-isfida ta' Everton bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu minn żewġ awto- gowls tal-plejers ta' Everton Alcaraz u Coleman bl- ewwel wieħed jasal wara biss minuta logħob u t-tieni wieħed jasal fil-31 minuta. Swansea City ġewwa darhom għelbu lil Aston Villa bl-iskor kbir ta' 4-1 bil-gowls għat-tim minn Wales jaslu minn doppjetta ta' Bony, bit-tieni gowl jasal minn penalty propju fid-90 minuta, waqt li ż-żewġ gowls l-oħra waslu minn Shelvey u Hernandez. Min-naħa l-oħra l-gowl uniku għal Aston Villa wasal minn Agbonlahor fit-22 minuta. Tottenham Hotspur barra minn darhom kontra Stoke City kisbu rebħa minima ta' 1-0 bil-gowl uniku għalihom jasal minn Danny Rose. Tajjeb ngħidu li Stoke City spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Ryan Shawcross wara li rċieva żewġ karti sofor f 'temp ta' ftit minuti. Fulham u Hull City temmew il-konfront ta' bejniethom f 'parità ta' 2-2 bil-gowls għat-tim minn Londra jaslu minn Dejagah u Amorebieta waqt li ż-żewġ gowls għal Hull City waslu minn Jelavic u Long. West Browmich Albion ġewwa darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra West Ham United bil-gowl waħdieni tagħhom jasal minn Berahino wara 11-il minuta logħob. Intant, illum mill- istess kampjonat ikollna l-logħba ferm importanti mill-quċċata tal-klassifika bejn Liverpool u Chelsea f 'Anfield fejn jekk Liverpool jirnexxielhom jiksbu t-3 punti huma jagħmlu pass importanti ħafna għar-rebħ tal-Kampjonat Barclays Premier wara 24 sena. Mill-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Fiorentina barra minn darhom għelbu lil Fiorentina bl-iskor ta' 3-0 bil- gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Cuadrado waqt li l-gowl l-ieħor wasal minn Ilicic. Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 26 ta' April Southampton vs Everton 2-0 Fulham vs Hull 2-2 Stoke C. vs Tottenham H. 0-1 Swansea C. vs Aston Villa 4-1 WBA vs West Ham U. 1-0 Manchester U. vs Norwich C. 4-0 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 27 ta' April 13:00 Sunderland vs Cardiff C. 15:05 Liverpool vs Chelsea 17:10 Crystal P. vs Manchester C. It-Tnejn 28 ta' April 21:00 Arsenal vs Newcastle U. Riżultat Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 26 ta' April Bologna vs Fiorentina 0-3 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 27 ta' April 12:30 Hellas Verona vs Catania 15:00 Cagliari vs Parma 15:00 Livorno vs Lazio 15:00 Sampdoria vs Chievo V. 15:00 Torino vs Udiense 15:00 Atalanta vs Genoa It-Tnejn 28 ta' April 20:45 Sassuolo vs Juventus Marquez jiddomina u jirbaħ il-pole tal- Arġentina ILFENOMENU Spanjol Marc Marquez iddomina u rebaħ il-pole position tal-Arġentina biex b'hekk irreġistra t-tielet pole tiegħu matul dan l-istaġun u t-12-il pole tiegħu fil-karriera mill- aqwa tiegħu. Tajjeb ngħidu li l-Grand Prix li se jsir illum fl-Arġentina huwa l-ewwel wieħed fi 15-il sena. Sa issa Marquez rebaħ l-ewwel żewġ tlielaq tal- istaġun f 'Doha u Austin u fuq il-mutur tiegħu Honda kien 0.742 sekondi iktar veloċi miċ-champion mondjali tal-2010 u l-2012 Jorge Lorenzo fuq Yamaha. Fit-tielet post spiċċa sieħeb Marquez fuq Honda, Dani Pedrosa li b'hekk se jkun qed jibda mir-ringiela prinċipali. Ħamrun Liberty jirbħu l-Green & Red Label Easter Tournament ĦAMRUN Liberty huma r-rebbieħa tat-tieni edizzjoni tal-Green & Red Label organizzata mill- Malta Pool Association. Mhux anqas minn 31 tim u 350 plejer ħadu sehem f ' din il-kompetizzjoni li ġiet ġentilment sponsorjata minn Delicata Wines. Fil-finali Ħamrun Liberty għelbu lit-tim minn Birżebbuġa ta' Jojo's Bar bl-iskor ta' 10-5. Wara bidu bilanċjat it-tim tal-Ħamrun ħa r-riedni tal-logħba u ma ta l-ebda okkażjoni lil Jojo's Bar jirkupra. Wara din il-kompetizzjoni titkompla t-tieni fażi tal- kampjonati Logografix li huma maqsuma f 'erba' diviżjonijiet. Dawn il- kampjonati, li huma l-akbar avveniment tal- pool lokali, attiraw mhux anqas minn 550 player u 50 tim minn madwar Malta kollha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 April 2014