Illum previous editions

illum 27 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/302205

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 27 ta' April 2014 | illum 29 SPORTSillum Toqrob lejn tmiemha l-esperjenza ta' Daniel Tanti d-Danimarka LESPERJENZA tal-plejer tal-handball, Daniel Tanti, ġewwa d-Danimarka qed toqrob lejn tmiemha. F'kummenti li għadda lil dan il-ġurnal huwa saħaq li wara 8 xhur jista' jgħid li jħossu sodisfatt mill- esperjenza li kellu, fejn għalkemm ma rnexxilux jilħaq l-għanijiet kollha tiegħu, xorta jinsab kuntent li l-iskopijiet ewlenin li għalihom għażel li jagħmel din l-esperjenza ġew imwettqin. L-iskola kienet fattur ewlieni għal dan peress li mill- ewwel ġurnata li Daniel Tanti wasal f 'Aarhus fid-Danimarka, mill- ewwel sab nies li kienu lesti li jgħinuh u jagħtuh l-appoġġ tagħhom. Ma kienx faċli jadatta għal din il-kultura ġdida. Dan hekk kif il-kultura Skandinava hija kemxejn differenti minn dik Mediterranja. It-temp, l-ikel u l-fatt li kien waħdu mingħajr ħbieb u familja huma ftit mill-fatturi li m'għamluhiex faċli għalih speċjalment fil-bidu ta' din l-avventura. Madanakollu l-istudenti l-oħra kemm mid- Danimarka u pajjiżi differenti kienu dejjem ta' għajnuna u flimkien magħhom u mal-istaff tal-iskola r-rutina bdiet tindera anki għall-fatt li skont Tanti hemmhekk kull ġurnata hija differenti minn oħra u l-esperjenzi li tgħaddi minnhom minn ġurnata għall-oħra huma dejjem interessanti u fihom ħafna tagħlim. Fid-Danimarka, Daniel tgħallem u kiber anki bħala persuna u dixxiplina fosthom għall-fatt li kellu jieħu ħsieb ħwejġu, kamartu u jipprepara għalih innifsu u għal ta' madwaru speċjalment fejn jidħlu attivitajiet extra-kurrikulari. Daniel Tanti kompla jtina iktar dettalji rigward l-esperjenza tiegħu li issa waslet biex tintenmm fid- Danimarka: "Mill-ewwel ġurnata bdejt minn dak li ġejt għalih anki jekk kien ilni ħafna ħin nivvjaġġa. Peress li wasalt naqra zgħira tard meta mqabbel mal- istudenti l-oħra, it-taħriġ kien diġà beda sew u jien ridt nagħmel l-almu tiegħi biex inlaħħaq magħhom malajr kemm jista' jkun. Is-sessjonijiet ta' taħriġ kienu dejjem ivarjaw u ġieli kienu jkunu sessjonijiet bħalma kont nagħmel f 'Malta u ġieli kienu jkunu sessjonijiet kompletament ġodda għalija. Madankollu l-intensità fit-taħriġ kienet dejjem għolja anki għall-fatt li kulħadd ġie hawn biex jitgħallem iktar u jtejjeb il-livell tiegħu. L-ammont ta' taħriġ matul il-ġimgħa wkoll żdied. Minn 2 jew 3 sessjonijiet fil-ġimgħa issa kien beda jkolli minn 9 sa 11-il sessjoni ta' taħriġ mingħajr ma neskludi l-logħob ta' ħbiberija li ġieli kien ikollna mal- akkademja tal-iskola fejn qiegħed jew il-logħob fil- kampjonati Daniżi li kien qed ikolli mal-klabb tiegħi, IK Skovbakken. Dan kien ifisser li issa n-nutrizzjoni u d-dieta tiegħi kellha tinbidel kompletament u l-iSport kien qed jeħodli l-ikbar parti mill-ħin tiegħi. Apparti mill-isport u l-gym, kien ikolli wkoll lezzjonijiet tas-sistema Daniża ta' kif tikkowċja tim, teorija tal- handball, lingwa Daniża u kultura Daniża. Lura lejn il-handball, fl- akkademja kellna kowċis ta' livell għoli fejn uħud minnhom lagħbu fl-ogħla livell fid-Danimarka kif ukoll mat-tim nazzjonali Daniż. Fl-aħħar u mhux l-inqas studenti li kienu qed jitgħallmu metodi ġodda ta' kowċing kienu wkoll jagħtu l-kontribut tagħhom kif ukoll l-istudenti konna nitgħallmu ħafna minn xulxin peress li kien ikun hemm studenti ġejjin mill-Ingilterra, l-Islanda, id-Danimarka, il-Kanada, is-Serbja, il-Ġermanja fost l-oħrajn. Fil-klabb tiegħi, IK Skovbakken, kont nitħarreġ fit-2 u t-3 diviżjoni filwaqt li lgħabt xi minuti fit-3 diviżjoni għalkemm l-iktar ammont ta' logħob lgħabtu mat-tim ta' Serie 1 peress li t-timijiet l-oħra kien diġà kellhom goalkeeper stabbilit. Bħala klabb kien staġun memorabbli għalina. Mill-ewwel 4 timijiet tal-klabb, l-ewwel 3 rebħu d-diviżjoni rispettiva tagħhom u b'hekk rebħu l-promozzjoni għal diviżjoni ogħla. Ir-4 tim ukoll evita r-relegazzjoni u b'hekk kien staġun tajjeb ħafna għalina u għal klabb kollu. Jien kelli prestazzjonijiet tajbin u kont qed nagħti l-massimu tiegħi kemm mal-klabb kif ukoll fl-akkademja. Dan ġie rikonoxxut minn diversi persuni u matul is-sena l-kowċ Jesper Holmris tat- tim tan-nisa professjonali tal-lokal (SK Aarhus) li s-sena d-dieħla jkunu qed jilagħbu fl-ogħla diviżjoni kien ġieli jgħidli biex ngħinu fit-taħriġ tat-tim. Il-massimu ntlaħaq meta Aksel Norgaard staqsieni biex ninżel għat-taħriġ ma' Skanderborg (tim tal-kampjonat maskili). Dan kien ta' sodisfazzjon għalija fejn għal xi ġimgħat għamilt taħriġ ma' dan il-klabb fejn tħarriġt ma' plejers ta' livell għoli. L-esperjenzi kienu kollha sbieħ kemm meta tħarriġt jew lgħabt kif ukoll meta segwejna logħob ta' livell għoli kemm tat-timijiet tal-lokal jew timijiet Daniżi oħra fl-ogħla diviżjoni. L-isbaħ esperjenza tibqa' meta l-iskola offritilna l-opportunità li nieħdu ħsieb l-istatistika tal- Kampjonati Ewropej tal- irġiel tal-handball. Kienet esperjenza unika fejn iltqajt ma' ħafna plejers ta' kalibru mondjali fix-xena tal-handball. Esperjenza oħra għażiża kienet meta f 'Jum il-Ħelsien inżilt Malta biex nilgħab mat-tim Malti fejn it-tim ta' taħt it-23 sena rnexxielna niksbu rebħa prestiġjuża fil-logħba ta' ħbiberija kontra t-tim Ingliż ta' taħt l-20 sena li kien qed jipprepara għall- kwalifikazzjonijiet Ewropej. Issa li l-esperjenza tiegħi ġewwa d-Danimarka riesqa lejn it-tmiem tagħha, qed nistenna l-opportunitajiet tiegħi minn klabbs oħra barranin. Probabilment l-esperjenza tiegħi ġewwa d-Danimarka se tieqaf hawn għalissa. Dan ma jiċħadx il-fatt li mhix ix-xewqa tiegħi li nerġa' niġi imma restrizzjonijiet finanzjarji u personali ma jagħmluhiex possibbli li nerġa' nattendi l-iskola fil-futur qarib. Madankollu l-aġent li bdejt naħdem miegħu kemm ilni hawn fid-Danimarka, qed ifittixli soluzzjonijiet differenti u s'issa għadni qed nistenna konferma mingħandu u mingħand il-klabbs fejn għalissa għadu kollox prematur anki għall- fatt li wħud mill-kampjonati għadhom ma spiċċawx. L-iskop tiegħi hu li sakemm jibda l-istaġun li jmiss inkun segwejt xi kampijiet ta' taħriġ barra minn Malta fejn diġà individwajt xi postijiet fejn nista' mmur biex inkompli ntejjeb il- livell tiegħi. Madankollu l-piż finanzjarju ma jagħmilhiex faċli u qed naħdem bis-sħiħ biex dan ikun jista' jirnexxi. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas nixtieq ngħid li biex din l-esperjenza tkun possibbli kien hemm ħafna nies li għenuni u li nixtieq nirringrazzjahom. L-ewwel nett lit-tfajla tiegħi għall-appoġġ u l-paċenzja tul dawn l-aħħar 8 xhur kif ukoll lil ħija u kowċ personali tiegħi Joseph Tanti li apparti li għallimni l-handball u tani l-għajnuna kollha tiegħu, nibbet fija żerriegħa ta' determinazzjoni u wrieni bl-eżempju tiegħu kif għandek dejjem taħdem bla heda għal dak li tixtieq. Nixtieq nirringrazzja wkoll lil familti, sħabi, lill-klabb tiegħi f 'Malta, Luxol Handball Club, sponsors personali u lil ħafna ħbieb li għamilt ġewwa Idraetshojskoleni Aarhus. Fl-aħħar nett nixtieq nirringrazzja lill- Gvern Malti għall-għajnuna finanzjarja permezz tal- ischolarship kif ukoll lil Malta Handball Association li dejjem taħdem b'ħafna enerġija biex tkompli ttejjeb il-livell Malti", temm jgħid Daniel Tanti. Wieħed jista' jżur is- sit elettroniku uffiċjali ta' Daniel Tanti, www. danieltanti.com jew il-paġna tiegħu fuq Facebook www. facebook.com/tantidaniel biex dak li jkun ikompli juri l-appoġġ tiegħu waqt li jsegwi dak kollu li jkun qed iseħħ mil-lat personali f 'dak li għandu x'jaqsam ma' handball. PhotoU Photography minn Patrizia Madiona Daniel Tanti -azzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 April 2014