Illum previous editions

illum 27 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/302205

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 27 ta' April 2014 SPORTSillum ILKOLL nafu kif il-kriżi finanzjarja qed tolqot lil diversi aspetti u strata tas- soċjetà fosthom l-isport. Madankollu, b'sorpriża kbira għal bosta speċjalment għas-segwaċi tal-Formula 1 madwar id-dinja, fl-aħħar jiem ħareġ kif din qed tolqot ukoll lil wieħed mill-iktar sports rikki u sinjuri fid- dinja - il-Formula 1. Dan wassal biex numru ta' sewwieqa ewlenin tal- Formula 1 heddew li kawża ta' dan huma jistgħu jieħdu azzjoni immedjata fosthom dik ta' strajk dejjem jekk dawn il-problemi finanzjarji ma jiġux solvuti mill-iktar fis possibbli. Skont rapport li deher fil-jiem li għaddew fuq il-ġurnal ferm popolari Ġemaniż, Bild, jidher li fost dawn is-sewwieqa li għadhom qed jistennew ħlas finanzjarju, insibu ismijiet ta' klassi u fama mondjali fosthom il- kontroversjali Fillandiż, Kimi Raikkonen. Dan is-sewwieq bidel it-tim li miegħu jikkompeti minn Lotus għal Ferrari fil-bidu ta' dan l-istaġun tal-Formula 1, iżda huwa rrappurtat li huwa għadu qed jistenna għal ħlas sħiħ għall-istaġun tiegħu ma' Lotus matul is- sena li għaddiet. Dan kompla joħroġ fid-deher waqt il- Grand Prix li sar riċentament fil-Bahrain fejn Raikkonen temm fl-10 post iżda kien propju l-maniġer tiegħu, Steve Robertson, li għamel il-headlines tal-ġurnata. Dan hekk kif huwa deher jargumenta mal-Kap ta' Team Lotus Federico Gastaldi. Huwa rrappurtat li huma argumentaw fuq il-fatt li s-sewwieq li jaqa' taħt il-kappa ta' Robertson għad għandu ħlasijiet x'jirċievi mingħand l-istess Gastaldi. Iżda jidher li din l-istorja ma tikkonċernax biss lil Raikkonen. Dan hekk kif huwa mifhum li sewwieqa oħra fosthom Romain Grosjean, Adrian Sutil, Kamui Kobayashi u Nico Hulkenberg ukoll għandhom ħlasijiet finanzjarji x'jirċievu. Dejjem jekk l-istrajk ikun qed jidħol fis-seħħ, dan ikun qed iħalli lil dan l-isport ikkunsidrat bħala wieħed li jinvolvi eluf jekk mhux miljuni kbar ta' Ewro fi spejjeż, fi kriżi kbira, u dan meta għadhom għaddew biss tliet tlielaq mill-ftuħ tal- istaġun, liema staġun qed jara lil Mercedes u Lewis Hamilton jiddominaw bil-kbir waqt li jidhru favoriti netti għar-rebħ tax-xettru fi tmiem l-istaġun. Dan ipatti bis-sħiħ għad- dominju assolut ta' Sebastian Vettel u Red Bull Racing fl- aħħar erba' snin konsekuttivi. Biex niġu lura għal Lewis Hamilton, huwa rrappurtat li dan irrifjuta milli jiffirma d-dokument tal-Assoċjazzjoni li tirrappreżenta lis-Sewwieqa tal-Formula 1 li qed jhedded bi strajk dejjem jekk is- sewwieqa msemmija jibqgħu ma jitħallsux, għalkemm l-istess Hamilton huwa wieħed mill-iktar sewwieqa li jaqilgħu flus fid-dinja tal- Formula 1. Hamilton rebaħ kemm il-pole-position kif ukoll il-Grand Prix ta' Shangai fiċ-Ċina fi tmiem il- ġimgħa li għaddiet li tajjeb nirrimarkaw li kien it-tielet Grand Prix taċ-Ċina mirbuħ minnu f 'seba' staġuni biex b'hekk għadda lir-rekord ta' Fernando Alonso fl-istess ċirkwit fejn huwa rebaħ żewġ Grand Prix. Kriżi nanzjarja l-Formula 1 – sewwieqa jheddu li jistrajkjaw Raikkonen wieħed mis-sewwieqa tal-Formula 1 milquta mill-kriżi nanzjarja li qed taħkem lil dan l-isport FIA World Motor Sport Council japprova t-talba tal-Malta Motorsport Federation ILMALTA Motorsport Federation (MMF) ħabbret li ġiet infurmata mis- Segretarju Eżekuttiv tal-CIK FIA is-Sur Kay Oberheide li matul l-aħħar laqgħa tal- World Motor Sport Council tal-FIA (WMSC) li saret nhar il-Ġimgħa 11 April f 'Marrakech fil-Marokk, it-talba tal-Federazzjoni rigward l-Artikolu 2.3.5.a tal-Kodiċi Sportivi tal-FIA ġiet approvata, jiġifieri għal sewwieqa tal-karting Maltin se jkun possibbli li jikkompetu fl-Italja u Sqallija bil-liċenzja Maltija f 'kompetizzjonijiet nazzjonali tal-karting mħabbra fil-livell nazzjonali. F'dan ir-rigward u b'effett immedjat, is-sewwieqa kollha Maltin liċenzjati għal karting li jipparteċipaw fi kwalunkwe Kampjonati tal-Karting Nazzjonali fl-Italja li huma sanzjonati mill-ACI CSAI, issa jistgħu jkunu eliġibbli għall-punti mirbuħa fil-klassifikazzjoni tal-imsemmija Kampjonati u anki jiġu ddikjarati rebbieħa tal-imsemmi kampjonat fil-livell nazzjonali. L-allokazzjoni ta' punti fil-klassifika tal-kampjonati nazzjonali mis-sewwieqa barranin, ma kienx permess mill-Kodiċi Sportiv tal-FIA, biex jipproteġu sewwieqa nazzjonali minn dawk barranin, iżda ma' din l-approvazzjoni, is-sewwieqa tal-karting Malti se jiġu kkunsidrati indaqs bħala sewwieqa Taljan u jistgħu jirbħu kampjonati nazzjonali Taljani. Il-President tal-MMF, Tonio Cini ddikjara li t-talba tal- Federazzjoni sabet appoġġ immedjat minn President tal-ACI CSAI Angelo Sticchi Damiani li tenna li ACI CSAI huwa kuntent ħafna li jkompli jappoġġja lil Malta Motorsport Federation fit- tkabbir tal-Motorsport bejn iż-żewġ pajjiżi. Deċiżjoni storika għal Malta Motorsport Federation

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 April 2014