Illum previous editions

illum 27 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/302205

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 27 ta' April 2014 | illum 31 SPORTSillum Messi se jibqa' ma' Barcelona iżda Fabregas jista' jħalli lill-Katalani WARA l-aħħar wirjiet u riżultati diżappuntanti ta' Barcelona, kien hemm spekulazzjonijiet fil-mezzi tax-xandir li l-fenomenu Arġentin kien se jħalli lill-klabb fejn fost oħrajn issemma' li seta' jingħaqad maċ-champions Franċiżi PSG. Dan ukoll wara l-aħħar wirjiet mhux daqshekk li mdorrijin naraw is-soltu minn dan il-plejer meqjus fost l-aqwa ta' kull żmien fil- futbol mondjali. Iżda matul l-aħħar jiem tħabbar li Messi se jibqa' ma' Barcelona fejn ġie mifhum li huwa se jsir l-iktar plejer imħallas fid-dinja, fejn saħansitra se jkun qed jaqbeż is-salarju esorbitanti li għandu l-attakkant prolifiku Portugiż u rebbieħ tal-Ballun tad- Deheb f 'Diċembru li għadda, Cristiano Ronaldo. Madankollu jidher li l-istess xorti mhux se tkun qed tmiss lill-plejer internazzjonali Spanjol Cesc Fabregas hekk kif huwa mistenni li dan iħalli lill-Katalani fi tmiem l-istaġun. Il-plejer ta' 26 sena kien diġà ġibed interess konsiderevoli minn Manchester United matul is-sajf li għadda, iżda Barca immedjatament ċaħdu l-offerti taċ-champions Ingliżi hekk kif kif il-kowċ ta' Barcelona, Gerardo Martino kien għamilha ċara li Fabregas kien jinsab fil-pjanijiet tiegħu. Madankollu Fabregas xejn ma impressjona matul dan l-istaġun u kien wieħed mill- kawżiet tad-diżappunt ta' Barcelona matul dan l-istaġun. B'hekk bdiet spekulazzjoni li l-klabb Spanjol jista' jkun li jibda jikkunsidra offerti għal Fabregas fi tmiem l-istaġun, waqt li 50 fil-mija tal-partitarji tal-Blaugrana kif inhuma iktar magħrufa Barcelona li kienu qed jirrispondu għal sondaġġ fuq il-ġurnal ferm popolari Spanjol, Marca, saħqu li l-eks plejer ta' Arsenal għandu jinbiegħ fi tmiem l-istaġun. Madankollu, daħal fix-xena l-plejer kompatrijott Spanjol u ħabib ta' Fabregas, Pedro, fejn talab lill-partitarji biex jappoġġjaw bis-sħiħ u jagħtu sostenn lil Fabregas f 'dan iż-żmien mhux daqstant feliċi għalih waqt li talabhom ukoll biex jagħmlu l-istess fil-konfront tal-goalkeeper ta' riserva Jose Pinto li fl-aħħar logħbiet li kien inkluż fihom fin-nuqqas tal-goalkeeper titolari Victor Valdes fosthom fl-eliminazzjoni mill-UEFA Champions League kontra r-rivali Atletico Madrid, xejn ftit li xejn impressjona għal Barecelona. Il-jiem ta' Messi u Fabregas imkien ma' Barcelona jidhru magħduda Buttigieg u Farrugia f 'Santa Pod NHAR il-Ħadd li ġej l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bl-attivitajiet tagħha mill-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2013/14. Din id-darba se tkun tinvolvi lis-sezzjoni Moto Enduro. L-attività se ssir barra l-Kumpless Sportiv tal- Assoċjazzjoni. Din se ssir fil-barriera li qiegħda fiż-żona tax-Xagħra Magħlaq, limiti tal-Qrendi. Ir-reġistrazzjoni għal din l-attività tiftaħ fid-9am u fl-10am tibda l-ewwel tiġrija. Nagħtu ħarsa lejn il- klassifika wara tliet attivitajiet fejn hemm James Zahra fuq mutur Yamaha 250cc li rnexxielu jirbaħ u jiddomina l-aħħar tliet kompetizzjonijiet tant li qiegħed fil-quċċata ta' din il-klassifika b'60 punt. Zahra huwa segwit minn Matthew Gauci fuq mutur KTM 300cc b'47 punt. Bejn it-tielet u is-sitt post hemm taqtigħa minn diversi riders li huma viċin ħafna ta' xulxin. Joseph Scicluna fuq mutur Honda 125cc jinsab fit-tielet pożizzjoni b'29 punt, segwiet fir-raba' post minn Alex Sant Fornier fuq mutur KTM 450cc. Fil-ħames post insibu lil Robert Caruana fuq mutur Trials Gas Gas 280cc b'25 punt u fis-sitt post insibu lil Matthew Salomon fuq mutur KTM 530cc b'24 punt. Dawn l-aħħar erba' kompetituri jinsabu viċin ħafna ta' xulxin u faċilment fl-attività ta' nhar il-Ħadd li ġej ikomplu javvanzaw però l-attenzjoni se tkun l-iktar fuq Zahra u Gauci li mistennija jkomplu jiddominaw anki fl-Enduro tal-Ħadd li ġej. Intant l-Assoċjazzjoni permezz tal-Affiljazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Internazzjonali tal-Muturi (FIM) u dik Ewropea FIM- Europe, din is-sena ħarġet żewġ liċenzji biex żewġ sewwieqa, Shawn Buttigieg u Luke Farrugia, li ġejjin mill-Assoċjazzjoni Drag Racing f 'Malta (MDRA) ikunu jistgħu jieħdu sehem fil-European Cup Drag Racing fil-kategorija Super Street Bikes. L-Assoċjazzjoni għadha kif ħarġet ukoll liċenzji fil-Motocross u Enduro ghal Clayton Camilleri u Paul Muscat fuq muturi KTM u flimkien magħhom se jingħaqad għall-ewwel darba Edward Ciantar fuq mutur Kawasaki fejn mistennija jieħdu sehem f 'attività fi tmiem din il-ġimgħa ġewwa trakka tal-Motocross f 'Messina fi Sqallija. Matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet Buttigieg u Farrugia ħallew Malta flimkien mat-timijiet tagħhom biex jieħdu sehem f 'dan il-kampjonat. L-ewwel attività saret f 'Santa Pod l-Ingilterra. Is-sewwieqa Maltin kienu qed jieħdu sehem fuq Muturi Suzuki b'ċilindrata ta' 1300cc. Is- sewwieqa Maltin mill-ewwel dehru li kienu sejrin tajjeb tant li mill-ewwel runs li għamlu sal-aħħar waħda dejjem għamlu avvanz. Fil-klassi tagħhom kellu jiffaċjaw 16-il kompetitur li l-maġġoranza tagħhom ġejjin mill-Ingilterra, mill-Ġermanja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, id- Danimarka u l-Awstrija. Buttigieg irreġistra l-aħjar ħin tiegħu ta' 7.235 sekondi fuq veloċità ta' 195 mil fis- siegħa. Farrugia rreġistra l-aħjar ħin tiegħu ta' 7.194 sekondi b'veloċità ta' 199 mil fis-siegħa. Fit-tiġrijiet tal-Ħadd filgħodu li kellhom jitwaqqfu minħabba x-xita ż-żewġ Maltin spiċċaw il-ġurnata b'Buttigieg fil- ħames post waqt li Farrugia spiċċa fis-sitt post overall b'madwar 0.3 ta' sekonda biss bejn l-ewwel u s-sitt post. Din l-ewwel tiġrija tal- kampjonat f 'Santa Pod intrebħet minn sewwieq Ingliż Balchin Graham fuq mutur Kawasaki. L-attività li jmiss għas-sewwieqa Maltin mistennija terġa' ssir f 'Santa Pod fi tmiem il-ġimgħa ta' erba' ġimgħat oħra. Aktar informazzjoni tinsab fuq is-sit elettroniku www. asmk.org.mt Shaun Buttigieg -azzjoni f 'Santa Pod -Ingilterra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 April 2014