Illum previous editions

illum 27 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/302205

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 27 ta' April 2014 SPORTSillum Michael Sultana jirbaħ l-unur għal Marzu ILĦADD li għadda waqt is- 17-il programm tal-istaġun saret il-preżentazzjoni tal-unur tal-ġerrej tax- xahar li għal darb'oħra ġiet sponsorjata mid-Ditta M. Demajo (Wines & Spirits) Ltd. Għax-xahar ta' Marzu ġie magħżul iż-żagħżugħ ta' 26 sena Michael Sultana li għalkemm huwa magħruf sew bħala ġerrej tal-galopp minn dan l-istaġun beda wkoll isuq iż-żwiemel tat-trott. Matul Marzu huwa saq 7 tiġrijiet tat-Trott u 3 tal-galopp li minnhom rebaħ 2 tat-trott u 2 tal-galopp u spiċċa fit-tielet post darba f 'tiġrija tat-trott u oħra tal-galopp. Nhar id-19 ta' Marzu, festa pubblika, irnexxielu jirbaħ kemm tiġrija tal-galopp kif ukoll tat-trott. Din hija xi ħaġa li mhix komuni u bħalissa jidher li hu biss jista' jagħmilha. Michael Sultana beda l-karriera tiegħu bħala ġerrej tal-galopp nhar is-26 ta' Marzu 2006 b'rebħa fuq id-debba Nina Royale. Minn dakinhar saq total ta' 145 tiġrija li minnhom rebaħ 43 u kellu 53 pjazzament sat-tielet post. Il-karriera tat-trott huwa bdieha nhar id-9 ta' Frar ta' din is-sena biż-żiemel Seigneur du Dropt u l-ewwel rebħa għalih waslet bl-istess żiemel nhar it-8 ta' Marzu. S'issa saq total ta' 14-il tiġrija li minnhom rebaħ 2 u ħa 3 pjazzamenti sar-4 post. Sultana rebaħ l-unur tal- aqwa ġerrej tal-galopp fis-snin 2009, 2010 u s-sena l-oħra filwaqt li bħalissa jinsab jokkupa l-ewwel post ta' din il-klassifika. Grazzi għall-isponsors, apparti plakka ta' tifkira, Michael Sultana ngħata wkoll flixkun whiskey Johnnie Walker Red Label. Jiggradwaw 11-il kowċ tal-Ġudo LAĦĦAR xahar kien wieħed impenjattiv għall- Federazzjoni Maltija tal- Ġudo. Dan hekk kif ġiet organizzata l-okkażjoni ewlenija tagħha, il-Malta International Ġudo Open. 11-il kowċ tal-Ġudo ggradwaw bħala Kowċis tat-2 Livell mill-Akkademja tal-kowċis tal-Kumitat Olimpiku Malti kif ukoll minn Semmelweis University. L-atleti qed jippreparaw għall-kamp ta' taħriġ ieħor ma' Lamberto Raffi. Il-Kumitat Olimpiku Malti organizzat il-Jum Gradwazzjoni għal 117-il kowċ minn 21 Dixxiplini isport fil-Kamra Malta tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija fil-Belt Valletta. Il-kowċis tal-Ġudo Vito Aufieri, Joseph Bonello, Mario Cardona, Lloyd Caruana, Joseph Castillo, Serge Dintimille, Ivan Esposito, Louisa Agius Galea, Murman Korchilava u Alexis Milne rċevew iċ-ċertifikati ippreżentati mid-Dekan tal-Fakultà tal-Edukazzjoni Fiżika ta' Semmelweis University, fl-Ungerija Dr. Zsolt Radak. Sitt pajjiżi, Franza, il- Ġermanja, Gran Brittanja, l-Italja, l-Istati Uniti u Malta - kkontestaw 9 kategoriji fis-sezzjoni tas-Seniors fit-30 edizzjoni tal-Malta International Ġudo Open. It-tim reġjonali ta' Sqallija kien kompost minn 8 ġudoka li bejniethom rebħu medalji f 'Kampjonati Ewropej u European Cups tal-Kadetti, u diversi titli nazzjonali tal-kadetti. Il-klabb Franċiż ACBB, li riċentament rebaħ midalja tal-bronż fil-Kampjonat tat-Tims tal-Premier League Franċiż, kien irrappreżentat ukoll. L-opportunità li jikkompetu ma' dawn l-atleti ta' livell għoli fuq il-gżira Maltija ttieħdet minn diversi ġudoka kadetti li għamlu d-debutt tagħhom fl-avvenimenti internazzjonali tas-seniors. Fil-kategoriji tan-nisa, 3 kategoriji ġew ikkontestati. It- 63kgs ġiet ikkontestata minn 3 Maltin - Marcon Bezzina, Ruby Jo Bondin u Cheryl Kaye Cachia - u l-Amerikana Margarita Cabrera (Ricardo Tuero u Budokai USA). Bezzina wriet l-esperjenza tagħha u s-superjorità fuq it- tapit billi rebħet it-3 logħbiet kollha b'IPPON (punti massimi). Marcon imbagħad ikkontestat l-Open tan-nisa kontra Cabrera. Bezzina wriet is-superjorità tagħha fuq it-tapit meta rebħet l-ewwel 2 rounds, u għalhekk it-3 round ma kienx meħtieġ għax Bezzina kienet diġà rebħet il-kategorija. Fis-57kgs Elvira Dragemark (Sakura Ġudo Göteborg SWE) kienet il-favorita, u fil-fatt rebħet il-midalja tad-deheb. 2 kadetti Maltin, Nichola Battistino u Rebecca Muscat, ikkontestaw il-kategorija, u għalkemm dawn ma waslux sal-fażi finali, it-tnejn taw prestazzjoni tajba fuq it-tapit. Is-70kgs intrebħet minn Ruby Jo Bondin, li wkoll kienet ikkontestata minn Nicola Cassar. Fis-sessjoni ta' filgħodu, il-Fra Andrew Bertie Ġudo Festival, apparti mill-Ġudoka li kkontestaw il-kategoriji tas-Senior, kien hemm ukoll l-avvenimenti tal-Espoir u l-Cadets. Fost dawn, Alice Battistino, Kurt Camilleri, Matteo Lanfranco, Emily Farrugia, Esther Spiteri, Nathan Falzon, Thomas Borg, Lara Castillo u Jonathan Gatt taw prestazzjoni tajba fejn rebħu l-maġġorparti tal-logħob tagħhom kontra l-Ġudoka lokali. L-għada, il-Ġudoka ż-żgħar urew il-ħiliet tagħhom flimkien ma' Sensei Joe Castillo, Sensei Gaetano Scerri, Sensei Mario Giuliano, u kowċis oħra mill-klabbs. Il-11-il kowċ li ggradwaw l-ġudo mill-Fakultà tal-Edukazzjoni Fiżika tal-Università ta' Semmelweis -Ungerija Sultana rebaħ l-unur tal-aqwa ġerrej tal-galopp -2009, 2010 u 2013

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 April 2014