Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/302205
Il-Ħadd 27 ta' April 2014 | illum 33 SPORTSillum Chelsea jridu lil Costa akkost ta' kollox F'DAWN il-jiem għaddejjin taħdidiet mill-iktar intensivi bejn Chelsea u Atletico Madrid rigward l-attakkant prolifiku Brażiljan li iżda għażel li jilgħab ma' Spanja matul it-Tazza tad-Dinja li ġejja, Diego Costa. Jidher li l-Ispecial One Josè Mourinho, irid b'saħħa lil dan il-plejer. F'din it-trattativa jista' jidħol il-goalkeeper Belġjan ta' Atletico Madirid, Courtois, li huwa plejer ta' Chelsea u qiegħed b'self mal-klabb mill-kapitali Spanjola. Dan il- goalkeeper qed ikollu wirjiet mill-aqwa mal-Madrileni u mistenni jkun fost l-aqwa goalkeepers fit-Tazza tad- Dinja fil-Brażil. Atletico huma lesti li jħallsu s-somma ta' 16-il miljun sterlina għal Courtois u fiha jinkludu wkoll lill-attakkant internazzjonali Spanjol ta' taħt il-21 sena, Koke, li huwa wkoll fil-mira ta' Manchester United fi trattativa ta' bdil. Mourinho jixtieq li jsaħħaħ l-attakk ta' Chelsea u qed jinsisti li Diego Costa, speċjalment meta wieħed iqis il-forma li huwa għaddej minnha bħalissa jista' jsaħħaħ bis-sħiħ dan id- dipartiment. Il-plejer Brażiljan qed jattira wkoll l-interess tar-rivali ta' Chelsea, Arsenal. Costa huwa vvalutat għas- somma ta' 32 miljun sterlina fil-kuntratt tiegħu iżda jidher li Atletico jistgħu jħalluh jitlaq biss għas-somma ta' €60 miljun. Intant, Chelsea, ripetutament ċaħdu li setgħu ibigħu lil Courtois u jixtiquh li jiffirma estensjoni fil-kuntratt li jwasslu biex jiddefendi l-lasti tagħhom sal-2019. Iżda jidher li l-goalkeeper Belġjan ma jixtieqx jirritorna jilgħab fi Stamford Bridge matul l-istaġun li ġej biex ikun il-goalkeeper ta' riserva tal-goalkeeper prolifiku mir-Repubblika Ċeka, Petr Cech, u għalhekk jista' jkun li dan il-goalkeeepr jingħaqad b'mod permanenti ma' Atletico Madrid li dan l-istaġun qed ikollhom staġun mill-aqwa kemm fil-Primera Liga Spanjola, fejn qegħdin fl-ewwel post u jidhru favoriti għar-rebħ ta' dan il-kampjonat, waqt li qed jiksbu riżultati ferm sodisfaċenti fl-Ewropa fil- UEFA Champions League fejn jinsabu fis-semi-finali propju kontra Chelsea. Il-goalkeeper Belġjan ta' 21 sena ffirma kuntratt ta' ħames snin ma' Chelsea fl-2011 iżda ilu b'self ma' Atletico Madrid għal tliet staġuni sħaħ u għadu qatt ma lagħab mal-Blues. Huwa attira wkoll l-interess tal-ġganti Spanjoli Real Madrid u Barcelona. Intant jidher ukoll li Chelsea huma ferm interessati fl- attakkant Urugwajan ta' PSG, Edinson Cavani li kif mistenni kellu staġun mill-aqwa mat- tim Franċiż li nhar il-Ħadd li għadda ġie nkurunat champion tal-Kampjonat Franċiż, Ligue 1. Diego Costa viċin li jingħaqad ma' Chelsea Futur inċert għal Pogba ma' Juventus FTIT tal-ġimgħat ilu l-Maniġer Ġenerali ta' Juventus, Giuseppe Marotta, insista li l-plejer li rriżulta fost l-aqwa plejers tal-Bianconeri matul dan l-istaġun, Paul Pogba, ma kienx jinsab għall- bejgħ. Iżda, jidher li fl-aħħar jiem kollox inbidel ta' taħt fuq. Dan hekk kif żviluppa interess qawwi f 'Pogba mir-rebbieħa tal-Kampjonat Ligue 1 fi Franza nhar il-Ħadd li għadda, Paris Saint-Germain, fejn huma offrew is-somma esorbitanti ta' xejn inqas minn €80 miljun biex jakkwistaw is-servizzi tiegħu. Jidher li hemm ukoll interess fil-plejer prolifiku Franċiż minn Real Madrid u Chelsea. Matul ix-xhur li għaddew kien hemm ukoll interess fl-istess plejer miż-żewġ timijiet ta' Manchester, Manchester United u Manchester City iżda jidher li dan l-interess sfaxxa. F'kummenti li għadda lill- mezzi tax-xandir matul din il-ġimgħa Pogba stqarr li għadu ma ddiskutiex dettalji rigward il-futur tal-kuntratt tiegħu mad-diriġenti ta' Juventus. Huwa afferma wkoll li bħalissa iktar minn taħdidiet rigward il- kuntratt tiegħu mal-Bianconeri huwa jinsab iffukat fuq l-aħħar impenji tiegħu għal dan l-istaġun ma' Juventus kemm fis-Serie A kif ukoll fil-UEFA Europa league fejn it-tim minn Turin huwa l-favorit nett li jirbaħ dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet prestiġjużi u importanti fix-xena tal-futbol mondjali. Interess qawwi f 'Pogba minn PSG li għalih qed joru s-somma ta' €80 miljun BSL Britannia Tours Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). ¢349 FROM Groups from July till September COSTA BRAVA, BARCELONA ¢499 FROM 20-28 July IRISH SPAIN /GALICIA ¢569 FROM 13-21 July PORTUGAL & NORTH SPAIN Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain … your holiday starts here!