Illum previous editions

illum 4 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 39

14 illum | Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 I llum il-ġurnata, sena wara li telaq minn ġurnalist biex daħal s-segretarjat privat ta' Josè Herrera, l-istess Gouder qed jaspira li jkun elett għal Brussell f 'isem il-Partit Laburista biex jerġa' jkun 'għodda f 'idejn in-nies'. Iżda din id-darba mhux wara l-mikrofonu tal-ġurnalist . Minn ġurnalist magħruf għal mod kif tiġri wara l-politiċi Nazzjonalisti għal kandidat tal-Parlament Ewropew. X'kien li ġiegħlek titlaq il-ġurnaliżmu u tittanta xortik fil- politika? Kien pass naturali fis-sens ta' kontinwità li hemm mill-ġurnaliżmu għall-politika. Meta kont ġurnalist kienu jgħoġbuni l-istejjer politiċi għax huwa mod kif tikkontribwixxi fil-politika u tara l-pajjiżek jimxi 'l quddiem. Fuq kollox minn dejjem kont inqisni bħala ġurnalist tan- nies bi stejjer li jitolbu n-nies. Għamilt il-mistoqsijiet f 'isimhom u dejjem qist li nkun għodda siewja f 'idejn in-nies. B'din il-kandidatura qed nimmira li nkompli nkun din l-għodda fl-istituzzjoni tal- Parlament Ewropew. Domt taħsibha jew minn dejjem kellek din ix-xewqa? Propjament kont diġà xtaqt li nikkontesta għall-Parlament Ewropew diġà ħames snin ilu, iżda dakinhar kelli nagħżel bejn li nikkontesta u bejn li nkompli l-istudji tiegħi. Għażilt l-università biex tgħini nkun aktar preparat biex inservi lin-nies. Naħseb li għamilt l-għażla t-tajba għax issa nħossni aktar preparat u matur minn ħames snin ilu. Taqbel li l-akbar appoġġ li sabet il-kandidatura tiegħek kienu fil- grassroots u l-votanti tradizzjonali Laburisti minħabba l-karattru militanti tiegħek? Iva iżda mhux biss. Matul din il-kampanja qed niltaqa' mal-akbar firxa ta' nies possibli. L-għeruq tal-partit jafuni sew għax immilitajt sa minn età żgħira u nħossni parti integrali minn dan il-partit. Minn dejjem kont mal-partit, sew fir-rebħ u fit-telf. Iżda issa qed niltaqa' wkoll ma' nies oħra li qed jappoġġjaw il-kandidatura tiegħi u mhumiex votanti tradizzjonali; nies li jemmnu fl-enerġija żagażugħa li nista' nwassal jien fil-Parlament Ewropew. Minn naħa l-oħra, ma taħsibx li l-militantiżmu tiegħek se jagħmilha diffiċli biex tersaq lejn il-floating voters? Le, għax għandi persuni miegħi li forsi se jivvutaw Labour għall-ewwel darba. Jien niddeskrivi lili nnifsi bħala persistenti u mhux militanti, għax kont ġurnalist li ma naċċettax kull tip ta' tweġiba. Għal dan kont inkun ta' spiss fil-mira tal-kritika tal-partit Nazzjonalista sempliċiment għax ma kontx naċċetta kull tip ta' tweġiba, imma din m'għandix tiġi meqjusa bħala arroganza. Charlon Brussell bħala għodda f 'idejn in-nies James J. Piscopo jpiscopo@mediatoday.com.mt Charlon Gouder Għandu 32 sena u jaħdem fis- segretarjat privat ta' Josè Herrera Gradwat fil-komunikazzjoni u qiegħed fl-aħħar sena fil-kors tal-liġi Miżżewweġ u għandu tifla, joqgħod il-Qawra iżda mill-Imsida Kandidat għall-Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Laburista Politiku li jammira hu l-Prim Ministru Joseph Muscat Meta jħares lura lejn il-ġurnaliżmu 'militanti' tiegħu, Charlon Gouder jiddeskrivih bħala żmien fejn kien għodda f'idejn in- nies; fejn kien isaqsi f'isimhom u jistenna biss tweġibiet xierqa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 May 2014