Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558
Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 | illum 13 Kampanja ta' tindif tal-ambjent Għawdex: Int djamant Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Il-blackberry u l-blueberry Qabel konna nitnejku bil-Blackberry ta' Gonzi, issa sirna nafu li lbieraħ, is- Sibt, Muscat il-Prim mar Għawdex biex jara bdiewa jkabbru l-blueberry. Tajjeb, imma jiena għadni ma nistax nifhem id-differenza bejn blueberry, blackberry u redberry. Forsi l-Prim bl-għerf tiegħu jispjegalna d-differenza u kif ukoll jinfurmana għalfejn iħoss li daqshekk importanti li jinforma l-istampa li mar jara dawk il-madoffi ta' blueberries. Il-misluta ta' Charlon Gouder Mela Charlon it-trumbun kien qed iżur ir-raħal ta' Ħal Qormi meta mar fuq raġel u qallu. "Kemm hi sabiħa l-misluta tiegħek!" Kieku waqaf hawn kont ngħid mela Charlon baħbuħ u daqshekk. Imma kompliha u qal: "Wara l-elezzjoni jkolli misluta bħal tiegħek." U aħna minn hawnhekk ngħidulu hekk hu, għax wara l-elezzjoni hawn Malta se tibqa', bit- trumbun u l-misluta! L-imnieħer jew il-banana Dan ir-ritratt ħelu ta' Pierinu, jurina biċ- ċar li ma kienx hemm bżonn li jżeffen fin- nofs il-banana. Biżżejjed ħa selfie mingħajr il-banana tal-Kolombja. Għax b'imnieħru, dak iż-żgħir kien ikun biżżejjed. U kif qegħdin fuq il-linja nistaqsu kif inhu sejjer Pierinu ma' Rachel. Kollox miexi fuq ir- rubini jew? Ikolli ngħid ir-rubriki tagħha vera interessanti, jfakkruni fil-programm BondiPlus. Kemm nimmisjah! Il-Beatles ma' Bondi U waqt kunċert bil-mużika tal-Beatles, kelli nqum u nitlaq 'il barra għax hekk kif kont qed nieħu pjaċir joħroġ fuq il-palk Lou Bondi jdoqq il-kitarra. Almadoffi kelli aptit inwaddablu tazza koka. Kemm hu kiesaħ. Mhux aħjar imur idoqq waħdu quddiem il-mera. M'għandux bżonn mera kbira sempliċiment mera 5 piedi fit-tul, ekwivalenti għat-tul ta' ġismu. Kurt u Sandro Tistgħu tgħiduli x'kien qed jagħmel Kurt Farrugia ma' Sandro Chetcuti jixrob in-Naxxar Lions? Parir żgħir lil Kurt, lil Sandro evitah. Bassa first class, bniedem li jaħseb li jifhem f 'kollox, prużuntuż u minfuħ bih innifsu u bejnietna bniedem li jdaħħlek f 'kazz. L-istamperija ta' Miller u Johann Buttigieg Smajt li tal-MEPA rtiraw l-enforcement orders kontra Miller u qalu li mhux veru għandu stamperija. Ara dan Johann Buttigieg m'għandux għajnejh f 'wiċċu. Li naf hu li kien hemm enforcement order u rapport tal-ombudsman u Alla jbierek ma ġara xejn. Eħħ, mid-dehra Miller ma għandux għalfejn jinkwieta għax f 'Malta mhux x'tagħmel iżda minn int. U ifhmuni. Il-programm ta' Moira Mela Moira dik l-isbejħa kelli taċċetta li wara l-programm tagħha jidher il- programm ta' Caccia u Pesca fejn stajna naraw il-kaċċa Maltija u l-insib. Żewġ attivitajiet nobbli li jiġi prattikati minn eluf ta' slavaġ Maltin. Fil-programm sibna il-parteċipazzjoni esklussiva tal-film star Joe Perici Calascione, magħruf għal good looks tiegħu u għall-fatt li huwa raġel twil u mhux qasir bħal dak it-tikka Bondi. Stagno mal-Malta Enterprise Karl Stagno Navarra ġie impjegat temporanjament mal-Malta Enterprise. Il-ġurnalist cum viżjonarju li magħruf għall-onestà u l-verità se jkun qed jaħdem f 'xogħol konness mal-fiera f 'Milan. Bħal ma nafu jaf jagħmel żewġ affarijiet tajbin ħafna: jitkellem bit-Taljan u jilbes qisu Taljan. Jaf jagħmel sa mitt oġġett ħażin, u aħjar ma ngħidu xejn aktar għax nispiċċaw nirremettu aktar milli meta naraw dak il- miskin ta' Bondi jippulċinella fuq il-palk. magħna. Ejjew ningħaqdu f 'dawn il-jumejn sabiex insebbħu lill-Għawdex tagħna. Hu mistenni ħafna aktar NGOs jieħdu sehem f 'din il-kampanja u l-assoċjazzjoni qed titlob voluntiera minn kwalunkwe kamp biex jgħinu fit-tindif tal-ambjent Għawdxi. Xabbaturi, diversi, artisti u kumpaniji stabbiliti huma mistiedna biex jgħinu f 'din il-kampanja. L-NGO Association u Lets Do It Malta qed jappellaw għal ħafna voluntiera minn kull settur tas-soċjetà biex jikkuntattjaw il-membri tal-assoċjazzjoni biex jieħdu mhux biss biex inaddfu iżda biex ikunu parti minn dan il-moviment ġdid favur l-indafa tal-ambjent. Għal aktar informazzjoni ibgħat imejl lil malta@ letsdoitworld.org jew żuru s-sit elettroniku www. letsdoitmalta.org. Tistgħu ssibuna wkoll fuq Facebook: We Are All One – WAAO. Investiment ta' €1m isarraf f '100 impjieg f 'Għawdex jaħdmu f 'Għawdex. B'hekk ikunu qegħdin jintlaħqu l-aspirazzjonijiet tal-istudenti u jħarsu 'l quddiem li jibnu l-karriera tagħhom f 'Għawdex stess. "Investiment bħal dan jagħmel sens għax jagħti identità ekonomika ġdida lil Għawdex," qal il-Ministru Refalo. Hu qal ukoll li Għawdex għandu bżonn investimenti bħal dawn wara li diversi kumpaniji fiż-żona industrijali tax-Xewkija għalqu fis-snin li għaddew filwaqt li l-RS2 hu l-aktar investiment sinjifikanti li sar fil-gżira f 'Għawdex f 'dawn l-aħħar snin. Il-president tal-Gozo Business Chamber. Michael Grech laqa' din l-aħbar bil-ferħa fejn qal li din hi opportunità tajba ħafna għaż-żgħażagħ Għawdxin u hi waħda mis-soluzzjonijiet li tista' twaqqaf milli Għawdex ikompli jbati minn eżodu tal-imħuħ qawwi. "Huwa importanti li jinħoloq ix- xogħol iżda dan għandu jkun ta' kwalità," qal Grech.