Illum previous editions

illum 4 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 39

12 illum | Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 Kampanja ta' tindif tal-ambjent NHAR is-Sibt u l-Ħadd 10 u 11 ta' Mejju se ssir tindifa madwar il-gżejjer tagħna u fl-istess waqt se tkun qed issir tindifa f 'aktar minn 20 pajjiż madwar il-Mediterran. Din it-tindifa mtella' mill- grupp Let's Do It qed issir sabiex flimkien bħala soċjetà nieħdu ħsieb il-gżejjer tagħna. Din l-attività hi marbuta ma' proġett fuq medda ta' ħames snin. Eman Borg, il-kordinatur ta' Let's Do It f 'Għawdex isostni. "Diversi volontiera se jkunu qegħdin jippartecipaw fi gruppi, mal- familji tagħhom u mal-ħbieb biex kemm ix-xtut, kif ukoll il-baħar tagħna, jitnaddfu. Inħeġġu lil kulħadd jieħu ħsieb l-ambjent ta' madwaru sabiex Malta, Għawdex u Kemmuna jikkonservaw il- ġmiel naturali tagħhom." Bil-kordinazzjoni ta' We Are All One, il-gżira Għawdxija se tkun qed tipparteċipa billi jsir tindif fir-Ramla l-Ħamra, Marsalforn kif ukoll ix-Xlendi. Il-grupp ta' voluntiera Għawdxin ERRC (Emergency Response & Rescue Corps) ikkonfermaw li se jieħdu ħsieb li jnaddfu l-Blue Lagoon, filwaqt li r-Rugby Club se jieħu ħsieb li jnaddaf ir- Ramla. F'dawn il-jumejn Għawdex se jkun qed jingħaqad mal- bqija tal-Mediterran għal għan wieħed, jiġifieri li jitnaddaf l-ambjent ta' madwarna. Għaqdiet mhux governattivi Għawdxin, se jkunu qed jagħtu sehemhom. Borg ikompli billi jgħid, "Nappella lill-għaqdiet kollha t'Għawdex sabiex jingħaqdu flimkien għal dan il-għan. Diversi għaqdiet u individwi se jkunu qed jagħtu s-sehem tagħhom f 'dawn it-tliet żoni. Żgħażagħ, adulti, tfal, sportivi u aktar se jkunu qegħdin jippartecipaw flimkien biex jintlaħaq l-għan ta' din l-inizjattiva. Il-pubblliku huwa mħeġġeġ sabiex jissieħeb Għawdex: Int djamant John Busuttil jbusuttil@mediatoday.com.mt Malta College of Arts, Science and Technology Administration Building, MCAST Main Campus Corradino Hill, Paola PLA 9032 T: 2398 7100 F: 2398 7316 E: tenders@mcast.edu.mt www.mcast.edu.mt Uħud mill-organizzazzjoni li se jingħaqdu ma' 20 pajjiż ieħor f 'tindif tal-Mediterran Investiment ta' €1m isarraf f '100 impjieg f 'Għawdex ILKUMPANIJA RS2 Software plc li topera fil- Mosta se tifrex l-operat tagħha f 'Għawdex ukoll, dan permezz ta' investiment dirett ta' miljun ewro f 'Għawdex. B'dan l-investiment mistennija jinħolqu gradwalment fi żmien sitt snin mitt impjieg ġdid f 'Għawdex. Din il- kumpanija f 'Għawdex se topera mill-eks uffiċini tal- ETC. L-RS2 tipprovdi servizzi fl-immaniġġjar tas-sistemi ta' cards finanzjarji u servizzi oħra fuq livell globali. Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo qal li fil-preżent il-kumpanija għandha 13-il Għawdxi li jaħdmu magħha fil-Mosta fejn dawn issa ma jkollhomx għalfejn jaqsmu lejn Malta għax xogħolhom se jkun minn Għawdex. Il-Ministru tenna kif studenti li jiggradwaw f 'dan il-qasam ikunu jistgħu Issa studenti li jiggradwaw f 'dan il-qasam jistgħu jibqgħu jaħdmu Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 May 2014