Illum previous editions

illum 4 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 39

Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 | illum 15 Gouder huwa persuna differenti minn dak ta' wara l-mikrofonu. Il-Partit Laburista għandu lista twila bi 13-il kandidat għall- Ewropa. Charlon Gouder x'qed joffri differenti mill-kandidati l-oħra? In-nies jafu jiġġudikawni bħala l-bniedem li nista' nġib l-enerġija pożittiva li għandu l-gvern fil- Parlament Ewropew. Jistgħu jibqgħu żguri bid-determinazzjoni u l-lealtà tiegħi lejn il-pajjiż. Irrid li fuq nett tal-aġenda Ewropea jkun hemm l-għajta tax-xogħol, xogħol, xogħol… …allura nkwetat bl-istatistiċi li qed juru li l-qgħad qed ikompli jikber? Jien tinkwetani kull tip ta' statistika anke jekk tibqa' persuna waħda biss. Irridu nħarsu 'l quddiem, nagħtu każ l-istatistika u noħorġu b'politiki u proġetti adekwati. Il-pjan għal ħolqien tax-xogħol li ħriġna ftit jiem ilu jolqot l-aktar temi kruċjali. Hemm bżonn aktar taħriġ tal-ħaddiema u studenti, għax wara li jispiċċaw mill-edukazzjoni dawn mhux isibu xogħol, għalhekk iservu l-iskop tagħhom l-iskemi ta' apprentistat. L-akbar riżors li għandna bħala pajjiż huwa dak uman, u bla dubju rridu nagħmlu l-aħjar użu għal dan ir-riżors. Il-Parlament Ewropew ikollu s-seduti plenarji iżda l-aktar xogħol effettiv isir fl-istadju tal-kumitati. Għandek f 'moħħok xi kumitati li tixtieq tkun involut fihom jekk tkun elett? B'kollox hemm madwar 20 kumitati, attwalment Malta preżentata f 'għaxra minnhom. Jinteressani l-aktar il-kumitat tal- immigrazzjoni għax nemmen li jista' jkun ta' sostenn u benefiċċju għal Malta biex l-immigrazzjoni tkun fuq nett tal-aġenda. Kif għidtlek qabel, jinteressani wkoll il-ħolqien tax-xogħol u għalhekk se naħdem għal Ewropa aktar soċjali, li jkollha aktar opportunitajiet flok miżuri t'awsterità. … Imma kif tista' taħdem għal ħolqien tax-xogħol f 'Malta minn Brussell? Għax l-elezzjonijiet għall- Parlament Ewropew se jiddeterminaw ukoll min se jkun qed imexxi. Aħna s-soċjalisti Ewropej irridu bidla fil-ħsieb u qed nappoġġjaw lil Martin Schulz, qed nintrabtu li x-xogħol jiżdied b'ħames miljuni fi tliet snin biex nindirizzaw din ir-realtà kerha. Li l-garanzija għaż-żgħażagħ titla' minn €6 biljun għal €21 biljun. Li jiżdiedu l-fondi għar-riċerka u l-iżvilupp. Kollha miżuri li jidħlu fis-seħħ jekk f 'Malta nivvutaw kandidati Laburisti. Ovvjament il-kandidatura tiegħek qed tagħtik ħafna opportunitajiet biex tiltaqa' man-nies. X'inhuma l-aktar ħsibijiet li qed jinkwetaw in-nies? Qed jitolbu x'se nagħmlu għal aktar impjiegi għax qatt mhu biżżejjed. Għalkemm f 'Malta m'għandniex l-istess realtà kerha ta' pajjiżi oħra, il-qgħad fost iż-żgħażagħ qed jiġi indirizzat bil-garanzija taż-żgħażagħ, li kieku ddaħħlet mill-gvern preċedenti meta ssemmiet l-ewwel darba minn Joseph Muscat ma konniex naħlu sentejn. Kieku konna nkunu aħjar milli qegħdin illum! Din il-ġimgħa fakkarna l-10 anniversarju mid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. X'kienet il- pożizzjoni tiegħek fl-2003? Ivvutajt kontra, mhux għax ma kontx nemmen fl-Unjoni Ewropea iżda għax nemmen li dak iż-żmien iċ-ċirkustanzi ma kinux ideali. Imma r-riżultat tal-2003 hi deċiżjoni meħudha issa, għandna nħarsu 'l quddiem biex nagħmlu l-aħjar li nistgħu mis-sħubija, u nindirizzaw dawk is-setturi li ma ntlaqtux tajjeb minn dan. Kif inbidel il-mod kif tħares lejn l-Unjoni Ewropea fl-aħħar għaxar snin? Qatt ma kont inħares lejn l-UE b'lenti negattiva. Il-punt tagħna kien li dak iż-żmien iċ-ċirkustanzi ma kinux ideali. Ma kienx hemm bżonn nidħlu fl-Unjoni biex inkunu aktar Ewropej. Jinkwetak l-element ewroxettiku f 'numru kbir ta' partitarji Laburisti li baqa' jippersisti wara l-kampanja negattiva ta' għaxar snin ilu? Jinkwetawni jekk dawn l-ewroxettici ma joħorġux jivvutaw. Dawn huma elezzjonijiet li anke min m'għadux jemmen fl-UE xorta għandu jeleġġi min l-aħjar ikun il- vuċi tiegħu f 'din l-istituzzjoni. Kieku kont Brussell il-ħamis snin li għaddew x'kont tagħmel differenti mill-MEPs Laburisti? Sfortunatament in-nies iħossuhom iddistakkati mill-ħidma ta' Brussell, li m'għandhiex tkun għax suppost iħossu l-Parlament Ewropew attiv daqs il-parlament nazzjonali. Dak Ewropew jgħaddi liġijiet u deċiżjonijiet li jkunu b'effett immedjat f 'pajjiżna wkoll. Naspira li nuża l-esperjenza tiegħi biex nikkomunika aħjar il-ħidma tar- rapprezentanti Maltin, biex b'hekk l-elettorat tassew jassoċja ruħu ma' din l-istituzzjoni. X'relazzjoni għandek ma' Joseph Muscat? Tajba ħafna. Filwaqt li qabel l-2008 kont tkun mibgħut ħafna biex tiġri għal kummenti ta' politiċi Nazzjonalisti, jidher li bejn l-2008 u l-2013 kont tibqa' aktar fuq ġewwa. Kien każ li l-Partit taħt Joseph Muscat kien xtaq li jieħu attitudni inqas militanti? Assolutament mhux il-każ. F'nofs dak iż-żmien bdejt nipproduċi il-Breakfast Show. Ma kienx każ li l-partit prova jaħbini, sempliċiment uża t-talenti tiegħi mod ieħor kif deherlu li għandu jużahom. Bħala eks ġurnalist taħseb li għandek vantaġġ minimu fuq kandidati oħra biex in-nies jagħrfuk u jirrelataw miegħek? Min hu ġurnalist u min hu eks Prim Ministru. Kull kandidat għandu xi ħaġa li jagħmlu differenti u b'mod naturali kulħadd jara li japprofitta minn dak li jiffavurih. Tidher li fil-kampanja tiegħek qed tiffoka b'mod partikolari fuq Għawdex… …Iva nitla' regolari ħafna, mill- inqas darba f 'ġimgħa. U ntrabatt mal-Għawdxin li jekk inkun elett inkompli nsaħħaħ il-preżenza tiegħi billi niftaħ uffiċċju hawn li jindirizza aktar l-isfidi tal-Għawdxin. Huma jħossuhom aktar distakkati mill- Maltin f 'dawn l-elezzjonijiet, ma jħossuhomx rappreżentati biżżejjed fil-Parlament Ewropew. Taqbel ma' mezz li jgħaqqad iż- żewġ gżejjer b'mod permanenti? Bla ebda dubju, irrelevanti jekk hux mina jew pont. B'xi mod trid tiġi indirizzata definittivament din il-problema ta' aċċessibilità, mhux l-ewwel darba li l-Għawdxin jgħiduli li jkollhom joħorġu mid-dar ftit wara l-4am u jekk ikunu xortihom tajba jidħlu fit-8pm. X'viżjoni għandek għal Għawdex? Hemm problemi ta' xogħol, mhux in-nuqqas tiegħu iżda li ma ssibx biżżejjed nies imħarrġa fix-xogħol li hemm bżonn. Dan ħareġ meta żort l-industriji li hemm f 'Għawdex, u jgħidulek li m'hemmx biżżejjed ħaddiema li jaħdmu dan ix-xogħol. It-tieni nett Għawdex irid jiġbed lejh aktar turisti u ma jiddependix biss mit-turiżmu sekondarju, dawk li l-ewwel jżuru Malta mbagħad jiġu fil-gżira Għawdxija. Ma rridx li Għawdex jispiċċa qisu djar tal- anzjani, tajjeb biss għal mumenti ta' serħan. F'dan ir-rigward nemmen li t-twaqqif tal-iskola medika se jkun importanti ħafna f 'dan ir-rigward. Brussell bħala għodda f 'idejn in-nies Charlon Gouder mal-familja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 May 2014