Illum previous editions

illum 4 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 39

16 illum | Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 Malta Aħjar b'dedikazzjoni u responsabbilità Kontribut iffukat fuq ix-xogħol FTIT aktar minn sena ilu l-partit Laburista ħa r-riedni tal-gvern bl-għajta ta' 'Malta Tagħna Lkoll'. Kienet għajta li pinġiet lil partit Laburista bħala dak il-partit li kien ser ineħħi l-partiġġjaniżmu minn pajjiżna. Partit li kien ser jaħdem tassew fl-aħjar interess nazzjonali u dan kontra dak kollu li kien ġara fl-istorja ta' pajjiżna. Partit li kien jemmen tassew li f 'Malta l-aħjar riżultati jinkisbu meta kull deċiżjoni ssir bl-interess nazzjonali fuq quddiem nett ta' kull konsiderazzjoni. Ftit aktar minn sena wara huwa ċar li l-għajta tal-partit Laburista kienet biss ċajta. Ċajta mibjugħa b'mod eċċellenti iżda ċajta kerha jekk mhux ironika. Ftit aktar minn sena wara huwa ċar li fir-realtà l-partit Laburista jinstab iggvernat mill-interessi politiċi, mill- partiġġjaniżmu sfrenat u minn elf interess ieħor li jiżboq għal kollox l-interess nazzjonali. Huwa bir-raġun għalhekk li ħafna Maltin jinstabu diżappuntati jekk mhux xettiċi għal kollox fir-rigward tal-politika Maltija. Il- messaġġ tal-partit Laburista sena ilu kien wieħed qawwi u qawwi ħafna; ir-riżultat miksub mill-istess partit Laburista huwa xhieda ta' dan. Jeħtieġ iżda li ma nħallux il-pessimiżmu jirbaħ. Jekk l-affarijiet ma marrux kif imwiegħed bla dubju ta' xejn il-mistoqsijiet għandu jwieġeb għalihom il-partit Laburista li wiegħed mod u għamel l-oppost, b'diżappunt għal tant nies li bl-aħjar intenzjoni tawh il-fiduċja tagħhom. Ir-risposta għal dan mhijiex li naqgħu fil- pessimiżmu. Il-pessimiżmu jkun biss rigal lil partit Laburista li jħoss li bi dritt jista' jkompli bit-triq li qabad. Ir-risposta għal dan kollu hija l-pożittività. F'pajjiżna għad hawn min irid li l-affarijiet isiru sew. F'pajjiżna għad hawn min jemmen li l-politiku qiegħed hemm għas-servizz tal- poplu u mhux għas-servizz tal-qalba. F'pajjiżna għad hawn min jemmen li din Malta tagħna tista' tkun aħjar jekk naħdmu bl-aqwa ġid nazzjonali fil-qalba ta' kull deċiżjoni politika meħudha. Huwa dan l-ispirtu pożittiv u pro-attiv li jagħmilni tassew kburi li nifforma parti mit-tim ta' kandidati tal- partit Nazzjonalista. Huwa dan l-ispirtu ta' partit li lest jikkritika fejn hemm il-ħtieġa tal-kritika u lest jaħdem id f 'id mal-gvern fejn hemm il- ħtieġa li jsir hekk. Huwa dan l-ispirtu pożittiv u pro-attiv tal-partit Nazzjonalista li fuq livell Ewropew iħalli biss l-interess nazzjonali u mhux l-interessi politiċi tal-voti popolari jiggwidawh. Partit li ma jibżax jieħu pożizzjonijiet li forsi mhuwiex għażla popolista iżda huma l-għażla tas-sewwa. Huwa l-ispirtu ta' twemmin fl-għajta tas-sewwa jirbaħ żgur li jagħmel il-partit Nazzjonalista dak il-partit li tassew fil-ħidma tiegħu hemm dejjem fiċ-ċentru t-twemmin f 'Malta Aħjar. Huwa faċli toħroġ tgħajjat bl-enerġija pożittiva; kemm huwa aktar diffiċli li twettaqha fil-prattika. Huwa dan is-sens ta' pożittività tal-Partit Nazzjonalista li jqanqlu fija sens kbir ta' dedikazzjoni u responsabbiltà. Dedikazzjoni u responsabbiltà għaliex huwa l-partit Nazzjonalista li jemmen fl-Unjoni Ewropea b'konvinzjoni u mhux konvenjenza. Dedikazzjoni u responsabbiltà għaliex huwa l-partit Nazzjonalista d-difensur tas-sewwa, tal-ġustizzja, tal-libertà, tas-sens ta' ekwità, tas- sens li f 'pajjiżna tista' tirrenja atmosfera fejn kulħadd għandu postu mhux hemm post biss għal tal-qalba. Dedikazzjoni u responsabbiltà għaliex mal-partit Nazzjonalista m'hemmx lok għal populiżmu rħis. Mal-partit Nazzjonalista hemm biss lok għal ħidma fl-aħjar interess nazzjonali. X'differenza mill-partit Laburista! X'differenza mill-partit li jgħodd biss kemm kelma ser tattira voti. X'differenza mill- partit li jgħodd biss kemm pożizzjoni tista' tissarraf f 'rebħ elettorali. X'differenza mill-partit li jemmen li bil-billboards, tined sbieħ u ħafna għodda tal-marketing tkun wettaqt dak kollu li hemm xi twettaq fil-politika. X'differenza mill-partit li għalih biss jum l-għadd tal-voti u mhux x'ser ikunu l-konsegwenzi tar- responsabbiltà li bis-saħħa tar-rebħ elettorali jeħtieġlu jġorr. Fl-24 ta' Mejju l-poplu Malti ser jivvota. Dakinhar jien flimkien ma' sħabi l-kandidati l-oħra tal-partit Nazzjonalista se nkunu qed nirrappreżentaw messaġġ wieħed. Messaġġ ta' pożittività, messaġġ li iva b'ħidma fl-interess nazzjonali jista' jkollna Malta aħjar, messaġġ li iva l-poplu Malti għadu ma qatax qalbu. Kevin Plumpton hu kandidat għall-Elezzjoni tal- Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Nazzjonalista KEVIN PLUMPTON HEKK kif il-kampanja elettorali għall-Parlament Ewropew tibda tirranka sew, hija ħaġa naturali li l-votant jibda jgħarbel l-għażliet li għandu quddiemu f 'termini ta' kandidati, u jippretendi li dawn jibdew jiċċaraw il- pożizzjoni tagħhom fuq dak li beħsiebhom iwettqu jekk jiġu eletti. Peress li l-esperjenza tiegħi hi bbażata fuq il-kummerċ u l-importanza li dejjem tajt lit-trawwim tar-riżorsi umani, mill-bidu nett kont għamiltha ċara li l-preżenza tiegħi fil-Parlament Ewropew kienet se tkun waħda ffukata fuq dawk l-oqsma fejn inħoss li nista' nikkontribwixxi l-aktar. Għalhekk se nkun qed niddedika l-isforzi tiegħi lejn il-ħidma tal-Kumitat tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, partikolarment kwistjonijiet bħad-drittijiet tal-ħaddiema, it-taħriġ, u l-kundizzjonijiet tax-xogħol; lejn dik tal-Kumitat tas-Suq Intern, fejn l-esperjenza tiegħi fin-negozju tista' tkun utli; u dik tal-Ambjent u s-Saħħa Pubblika, fejn inkun nista' nikkontribwixxi lejn id-diskussjoni dwar kwistjonijiet ta' saħħa mentali, b'mod partikolari fil-kuntest tal-post tax- xogħol. Kieku kelli nagħżel kwistjoni waħda ta' tħassib għall-futur ġejjieni ta' Malta, din tkun bla dubju ta' xejn l-ekonomija. L-ekonomija hija l-pedament għall-għixien ta' kull pajjiż. Din tipprovdi l-impjiegi u d-dħul tat- taxxa, li jsostnu l-istruttura ta' servizzi tas-saħħa b'xejn, kif ukoll l-edukazzjoni. Din tippermettilna wkoll li nkomplu ngawdu l-pensjonijiet, peress li s-sistema tagħna 'pay-as- you-go' tiddependi fuq dak li jiġi mħallas mill-impjegati llum. S'issa, l-ekonomija Maltija u l-finanzi pubbliċi baqgħu reżiljenti u nżammu fit-triq ta' titjib gradwali. Iżda dan l-aħħar bdejna nisimgħu bi problemi fil- qasam tal-impjiegi kif ukoll fil-produzzjoni industrijali. Għadu kmieni wisq biex wieħed jallarma ruħu, u nisperaw li dawn l-indikaturi negattivi mhumiex sinjal ta' tendenza negattiva għall- futur. Madankollu, in- nuqqas evidenti ta' ppjanar proattiv sabiex tiġi stimulata l-industrija u jissaħħu l-intrapriżi, jinkwetani mhux ftit. M'hemmx dubju li f 'livell Ewropew, il-leġiżlatura li jmiss jeħtieġ li tkompli tibni fuq inizjattivi maħsuba biex isaħħu s-Suq Intern. Filwaqt li huwa veru li l-ekonomija Ewropea qiegħda tirkupra, hemm bżonn li din ir- rankatura tinżamm. Fuq livell nazzjonali, hemm bżonn illi nżommu għajnejna fuq il-leġiżlazzjoni tas-Suq Intern, partikolarment fejn tikkonċerna lil SMEs u l-mikrointrapriżi, sabiex in-negozji Maltin jkunu f 'pożizzjoni li jisfruttaw il-benefiċċji tas-Suq Uniku Ewropew. Barra minn hekk, nixtieq nara kwistjonijiet marbuta mas-saħħa mentali jitressqu aktar lejn iċ- ċentru tal-aġenda tal-UE. Jekk jirnexxielna li jkollna Rakkomandazzjoni tal- Kunsill matul il-kors tal- leġiżlatura li jmiss, dan ikun pass importanti ħafna. Spiss isaqsuni jekk il- komunità kummerċjali Maltija hijiex rappreżentata b'mod adegwat fil-Parlament Ewropew. Sfortunatament, naħseb li għad hemm kunċett żbaljat dwar kif Membru tal-Parlament Ewropew jista' jgħin liċ-ċittadin u lin-negozju. Ħafna jaħsbu li l-Parlament Ewropew qiegħed hemm sabiex jindirizza l-ilmenti taċ- ċittadini jew jippromwovi l-interessi tal-pressjonijiet il-kbar. Bħala riżultat ta' dan, in-negozji Maltin spiss jibqgħu fil-periferija tal- prijoritajiet u d-dibattiti ta' qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Dan m'għandux ikun il-każ, peress li ħafna mil-liġijiet li jinħmew fi Brussell ikollhom impatt sinifikanti fuq l-intrapriżi żgħar, medji u mikro f 'Malta. Dan ma jfissirx li s'issa ma sar xejn. Matul l-aħħar żewġ leġiżlaturi, il-mexxej tagħna, Simon Busuttil, ħadem bla heda kontra kumpaniji ta' direttorji kummerċjali li ppruvaw idaħħlu lil diversi kumpaniji Maltin fin-nasba ta' 'scams' kummerċjali. Naħseb li flimkien, b'ħidma id f 'id, nistgħu nkomplu nibnu fuq dak li sar fil-passat u nagħtu aktar attenzjoni għall-bżonnijiet tan-negozju. Għax fl-aħħar mill-aħħar, in-negozju jġib l-impjiegi, iħallas it-taxxi, u jsostni l-ekonomija tagħna u l-kwalità ta' ħajja li ngawdu. Helga Ellul hi kandidata għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Nazzjonalista HELGA ELLUL YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 May 2014