Illum previous editions

illum 4 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 39

18 illum | Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 18 illum | Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 Ħames Minuti ma' Rita Pace RITA PACE – kantanta, awtriċi u kompożitriċi li tikteb kemm għaliha u anke għal kantanti oħrajn. Studjat il-kant klassiku imma tinterpreta ħafna stili ta' mużika. Rebħet bosta konkorsi bħala kittieba fosthom l-Għanja tal-Poplu, Kanzunetta Indipendenza, Malta Summer Hit u oħrajn. Miżżewġa u omm ta' żewġt itfal, Danjeli ta' 4 snin u Liza-Marie ta' 8 xhur. FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt Minn fejn int u fejn tgħix? Jiena mir-Raħal Ġdid imma noqgħod Ħaż-Żebbuġ. X'tiftakar minn żmien tfulitek? Niftakar li dejjem kellna xi annimal domestiku d-dar u kont attiva fl-isports. Kont inħobb nikteb poeżiji u melodiji meta kont immur l-iskola primarja. Minn dejjem kont nieħu gost nikteb. Hemm xi sport li jinteressak? Hemm ħafna sports li jogħġobni imma ma nsib ċans nipprattika l-ebda wieħed. Kemm hi importanti l-mużika f 'ħajtek? Il-mużika hija importanti ħafna għax tgħinni nesprimi lili nnifsi u nħares lejha wkoll bħala mezz li nista' nqanqal ħsieb dwar ċertu kwistjonijiet. Għalija l-mużika hija avventura. X'jispirak meta tiġi biex tikteb kanzunetta? Kollox jista' jkun ta' ispirazzjoni, kultant xi sitwazzjoni li tara jew tgħaddi minnha. Tippreferi tikteb lirika bil- Malti jew bl-Ingliż? Ma tgħamillix differenza, ktibt anki bil-Franċiż u bit- Taljan. Kif oriġinat il-kanzunetta 'Jien ma Naħdimx'? Kont qed nitkellem ma' xi ħbieb tiegħi li bħali kellhom it-tfal żgħar u meta staqsejna lil xulxin jekk aħniex qed naħdmu, nibtet bħal ċajta li għalkemm ma taħdimx xorta mal-familja ssib ħafna x'tagħmel. Ftit wara jien u Mark iddeċidejna li niktbu diska għal Karen u użajt din l-idea. X'tikkummenta fuq festivals lokali? Illum hawn ħafna festivals ta' livelli differenti fejn wieħed jesprimi t-talent tiegħu. Hemm festivals li jinkoraġixxu l-kreattività u oħrajn aktar formulajċi. Il-festivals tajbin imma m'għandhomx ikunu l-unika raġuni biex wieħed jikteb jew ikanta. Ir-raġuni ewlenija għandha dejjem tibqa' li wieħed itejjeb lilu nnifsu u jieħu pjaċir. Fejn sejra l-mużika u l-kanzunetta Maltija? Naħseb li llum hawn iktar nies li jsegwu l-kanzunetta Maltija, allura l-messaġġ jista' jasal iktar milli kien jasal qabel. Jalla l-mużika Maltija tingħata l-ispazju li jixirqilha. X'taħseb fuq iż-żgħażagħ li qed jipparteċipaw fi programmi televiżivi barra minn xtutna? Naħseb li huma eżempju ċar kif meta l-Maltin jikkompetu mal-barranin m'għandna xejn inqas minn ħaddieħor. Taħseb li hemm bżonn ikollna programmi simili tagħna? Għala le? Bħalissa int omm full-time, meta se nerġgħu narawk fuq il-palk? Bit-tfal ma tistax tagħmel pjanijiet fit-tul, imma jekk insib okkażjoni li togħġobni u li tħallili ħin għall-familja neħodha. Qatt kien hemm mument fejn qtajt qalbek minn dan ix-xogħol kollu? Le, għax nemmen li kulħadd jgħaddi minn sfidi f 'ħajtu u qegħdin hemm biex tegħlibhom mhux biex tibża' minnhom. Għalija l-mużika hija gost, ħadd ma jaqta' qalbu minn dak li hu gost. Kif tirrispondi lejn kritika fil-konfronti tiegħek? Meta naqla' xi kritika ngħarbel jekk l-intenzjoni hijiex kostruttiva u wara hekk niddeċiedi. Bħalissa għaddejjin f 'nofs kampanja elettorali għall- Elezzjoni tal-Parlament Ewropew, tinteressak il- politika? Ġieli nsegwiha imma l-aktar li nagħti każ huma ta' dawk il-kwistjonijiet li jolqtu lili mill-qrib. Teżisti politika fil-qasam tal-ispettaklu? Fl-iktar sens wiesa' ma jeżisti xejn taħt ix-xemx li ma jitlobx għażla allura kollox huwa politiku. Liema qawl Malti li l-ewwel jiġik f 'moħħok? Min jorqod ma jaqbadx ħut. Xi jfisser dan il-qawl għalik? Li mill-bżulija joħroġ il-ġid. Li kieku kellek tindirizza l-Parlament Malti, x'suġġetti tippreżenta lill-politiċi Maltin? Il-ħarsien tal-ambjent inklużi l-annimali, u l-wirt etniku Malti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 May 2014