Illum previous editions

illum 4 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 39

Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 | illum 3 Għaxar snin ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea li joffri s-suq komuni u nisfruttawhom mill- aħjar li nistgħu. L-MBB temmen li l-Gvern Malti għandu jżid l-allokazzjoni ta' fondi Ewropej lejn is- settur privat fis-seba' snin li ġejjin. Rappreżentanti tas-settur privat għandhom ukoll jingħataw l-ispazju sabiex jamministraw jew jimplementaw fondi Ewropej. Dan minħabba l-fatt li huma f 'pożizzjoni ferm eqreb tan-negozji, u għaldaqstant jifhmu aħjar iċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet tagħhom. Minn naħa l-oħra l-istituzzjonijiet Ewropej jeħtieġ li jagħmlu l-parti tagħhom. Huwa importanti li dawn jaħdmu b'mod aktar effiċjenti sabiex l-miżuri għat-tisħiħ tal-ambjent ekonomiku jkunu aktar effettivi. Jekk verament rridu Ewropa b'saħħitha, hemm bżonn li niffokaw iktar fuq it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tax-xogħol, mingħajr ma nżidu l-piż burokratiku u regolatorju fuq in-negozji. Maria Bugeja: Id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea 10 snin ilu kienet sfida kbira għal pajjiżna u nemmen li lqajna din l-isfida tajjeb. Ridna nadattaw ruħna għal sistemi ġodda u livelli Ewropej fuq ħafna affarijiet. Ma kinitx faċli speċjalment meta tqis li s-servizz pubbliku jieħu ż-żmien tiegħu biex jirriforma. Id- dħul tal-munita Ewro wkoll kienet sfida kbira li però konna kapaċi nippreparaw ruħna għaliha. Nemmen li għalkemm ksibna esperjenza fejn jidħlu fondi tal-Unjoni Ewropea, mhux l-istess jista' jingħad fejn jidħlu d-drittijiet tagħna bħala ċittadini membri. Ħafna għadhom iħarsu lejn l-Unjoni Ewropea bħala magna burokratika ġo Brussell li qiegħda hemm biss biex tilleġiżla. Il-livell għoli ta' xettiċiżmu jeżisti minħabba nuqqas t'informazzjoni u għalhekk il-gvern għandu jiżgura li jkun hemm aktar għarfien dwar l-opportunitajiet li jeżistu għalina bħala membri sħaħ tal-Unjoni Ewropea. Ron Mifsud: Bħala pajjiż, it-triq ma kinitx daqshekk faċli f 'kollox u kellna niltaqgħu ma' problemi t'immigrazzjoni illegali u reżistenza għal burden sharing. Fin-negozju hemm ukoll il-ħtieġa li nnaqsu l-burokrazija żejda u li nipprovdu għajnuna għall- industrija u għaqdiet non- governattivi sabiex jiksbu fondi fil-ħin qabel ma jintilfu. M : Temmen li Malta hi meqjusa ugwali daqs il-pajjiżi l-oħra membri tal- Unjoni Ewropea? Hermann Mallia: Żgur li le. Aħna għandna żvantaġġ minħabba li ninsabu iżolati mill-bqija tal-Ewropa u għalhekk, loġistikament, dan jgħolli l-ispejjeż tagħna biex inġorru l-merkanzija minn u lejn l-Ewropa. Hemm bżonn ta' iktar għajnuna mill-Unjoni Ewropea f 'dan ir-rigward sabiex ikollna aktar operaturi merkantili li jgħaqqdu lil Malta mal- bqija tal-Ewropa b'mod aktar mgħaġġel u kompetittiv. Joe Tanti: Minkejja li teżisti differenza evidenti fin-numru ta' voti allokati għal Malta u pajjiżi oħra minħabba ċ-ċokon tal- popolazzjoni tagħna, xorta nemmen li l-vuċi tar-rappreżentanti Maltin hija mismugħa u meqjusa fl-istituzzjonijiet Ewropej. Huwa aktar importanti li wieħed jagħraf fejn u f 'liema żmien opportun għandu jinfluwenza l-proċess legiżlattiv. B'argumenti fattwali u konvinċenti, Malti kapaċi jħalli l-impatt u jikseb l-appoġġ meħtieġ daqs kwalunkwe Ewropew, irrispettivament minn liema pajjiż joriġina. Nawgura li r-rappreżentanti tagħna jagħrfu jagħmlu użu tar- riżorsi allokati lilhom b'mod effiċjenti sabiex jiksbu l-aħjar għal pajjiżna. Maria Bugeja: Iva u jekk, jew fejn, hemm xi nuqqas f 'dan ir-rigward, dan hu kollu ħtija tagħna stess. Ron Mifsud: Id-daqs ta' Malta u l-fatt li għandna biss 6 membri parlamentari Ewropej jagħmel l-isforzi tagħna iktar diffiċli. L-unika mod kif nistgħu nagħmlu differenza hi billi nużaw ir-rieda politika biex nargumentaw u nikkonvinċu lill-pajjiżi oħra membri dwar l-importanza ta' Malta u l-ħtiġijiet partikolari tagħna. Mhux ħaġa faċli meta jkollok biss sitt siġġijiet. M : Kif taħseb li se tkompli tiżviluppa l-Ewropa fis-snin li ġejjin? Hermann Mallia: F'dan il- perjodu, meta ninsabu lejliet l-elezzjoni tal-parlament Ewropew smajna, f 'diversi okkażjonijiet, li l-poplu jħoss jew jemmen li Brussell qiegħda x'imkien imma li l-Maltin ma jieħdu xejn. Jien nemmen li l-Maltin iridu aktar parteċipazzjoni fl-Ewropa, iridu jaraw anqas burokrazjia u jixtiequ ferm aktar attenzjoni għal ħtiġijiet ta' ċerta importanza għal pajjiżna. Irrid inżid li l-kriżi finanzjarja li faqqgħet fl- 2008 urietna li l-Ewropa mhi xejn iktar minn istituzzjoni anzjana li m'għandha xejn x'toffri lill-ġenerazzjonijiet ġodda. Hemm bżonn ta' bidla radikali fejn l-Ewropa għandha tindirizza setturi u oqsma importanti bħal ma hu l-qgħad, li f 'ċerta paiijżi laħaq livelli għolja ħafna, minflok ma toqgħod tintilef f 'politika interna ġol-kapitali Brussell. Joe Tanti: Naħseb li l-Unjoni Ewropea ser tkompli tiżviluppa l-politika tagħha, partikolarment fil-qasam tal-enerġija rinovabbli. Fil-fatt, qed timmira li tilħaq il- produzzjoni ta' 20% enerġija minn sorsi ta' enerġija nadifa sas-sena 2020. L-Unjoni Ewropea wkoll tirrikonoxxi l-bżonn li jsir aktar investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni. Dan hu kruċjali sabiex l-intrapriżi jkomplu jiżviluppaw u jikbru. Għaldaqstant nemmen li dawn iż-żewġ elementi ser ikunu fiċ-ċentru tal-politika Ewropea fl- isfond tal-Istrateġija 2020. Maria Bugeja: It-tibdil ekonomiku hu xi ħaġa ħajja u kontinwu u għalhekk il- futur tal-Unjoni Ewropea jibqa' dejjem vulnerabbli għal dak li jkun qed iseħħ fil-pajjiżi li jiffurmaw il-G7 kif ukoll fil-pajjiżi magħrufa bħala BRIC (Brażil, Russja, Indja u ċ-Ċina). L-Unjoni Ewropea trid tibqa' attiva sabiex tiżgura l-paċi u solidarjetà kemm fir-reġjun Ewropew kif ukoll f 'pajjiżi bħal ma huma l-Libja, s-Sirja u l-Ukraina li bħalissa għaddejjin minn problemi li jikkornċernawna lkoll. Ron Mifsud: Diffiċli wieħed ibassar kif se tiżviluppa l-Ewropa fis-snin li ġejjin meta wieħed iqis li x-xenarju ekonomiku u soċjali dejjem qed jinbidel. Li hu żgur hu li hemm bżonn inkunu proattivi u li nżommu għajnejna miftuħa dwar dak kollu li qed jiġri fid-dinja fl-aħjar interess ta' pajjiżna. L-opportunitajiet għalina ma jeżistux biss fl- Ewropa iżda jeżistu anke lil hinn. Joe Tanti - Kap Eżekuttiv tal-Malta Business Bureau Ron Mifsud - Direttur Maniġerjali tal-Kumpanija Impressions Maria Bugeja - Direttriċi tal-isptar privat Saint James

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 May 2014