Illum previous editions

illum 4 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 39

30 illum Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 SPORTSillum Manchester City pass 'il bogħod mir-rebħ tal- Kampjonat u l-United megħluba f 'Old Traord MANCHESTER City dawru telfa f 'rebħa meta barra minn darhom f 'Goodison Park għelbu lil Everton bl-iskor ta' 3-2 bil-gowls għalihom jaslu mis-soliti Aguero u doppjetta ta' Dzeko waqt li Ross Barkley kien fetaħ l-iskor għal Everton wara 11-il minuta logħob bil- gowl l-ieħor għalihom jasal mill-Belġjan Romelu Lukaku fil-65 minuta. B'hekk issa Manchester City laħqu lil Liverpool fil-quċċata tal- klassifika bi 80 punt fejn hekk kif għad fadal biss żewġ logħbiet għat-tmiem tal-kampjonat jekk il-Blues jirbħu l-aħħar żewġ logħbiet li fadal mill-istess kampjonat Ingliż ikunu propju huma li jirbħu l-kampjonat minħabba differenza ta' gowls aħjar. Min-naħa l-oħra kompliet is- serje ta' riżultati negattivi għat- tim l-ieħor minn Manchester, Manchester United f 'dan il- kampjonat li jista' jitqies bħala wieħed diżastruż għar-Red Devils meta ġewwa darhom f 'Old Trafford tilfu bl-iskor minimu ta' 1-0 kontra t-tim ferm inferjuri ta' Sunderland bil-gowl ta' dan it-tim żgħir jasal minn Larsson man- nofs siegħa logħob. Stoke City ġewwa darhom għelbu lil Fulham bl-iskor kbira ta' 4-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Odemwingie, Arnautovic, Assaidi u Walters waqt li l-gowl uniku għal Fulham fil-logħba wasal minn Richardson fit-80 minuta. Newcastle United ġewwa darhom għelbu lil Cardiff Cuty bl-iskor ta' 3-0 bil-gowls għall-Magpies jaslu minn Ameobi, Remy u Taylor. Aston Villa ġewwa darhom għelbu lil Hull Ciuty bl-iskor ta' 3-1 biex ikkomplikaw l-affarijiet għas-City rigward ir-relegazzjoni għaċ- Championship bil-gowls għal Villa jaslu minn Westwood u doppjetta ta' Weimann f 'temp ta' erba' minuti. Il-gowl uniku għal Hull City fil-logħba wasal minn awto-gowl tal-plejer ta' Aston Villa, Jordan Bowery fit-28 minuta. Southampton barra minn darhom kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Swansea City bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl għalihom jasal minn Rickie Lambert propju fid-90 minuta. West Ham United ġewwa darhom kisbu tliet punti prezzjużi meta ġewwa darhom għelbu lil Tottenham Hotspur bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu minn awto-gowl tal-plejers tal-iSpurs Kane u gowl ta' Stewart Downing fl-44 minuta. Daqqa ta' ħarta għal Tottenham Hotspour waslet fil-25 minuta meta spiċċaw jilagħbu b'10 plejers hekk kif tkeċċa għalihom il-plejer Younes Kaboul permezz ta' karta ħamra diretta. Minn dan il-kampjonat wara l-logħob ta' lbieraħ kellna l-konferma li Cardiff City u Fulham sfaw relegati għaċ-Championship matul l-istaġun li ġej. Intant, mill-Kampjonat Taljan Serie A TIM illejla jkollna d-Derby ta' Milan iktar magħruf bħala d-Derby della Madonnina li qed jitqies bħala decider għal min bejn dawn iż-żewġ timijiet li kellhom staġun ferm diżappuntanti jakkwista post fil-UEFA Europa League matul l-istaġun li ġej. Barra minn hekk Juventus jistgħu jsiru champions tal-Italja llum stess dejjem jekk Roma jonqsu milli jiksbu t-tliet punti barra minn darhom kontra Catania fi Sqallija fl-iStadio Massimino. Jekk ma jsirx hekk, Juventus jistgħu jsiru champions għada stess jekk jiksbu biss punt mill-konfront faċli li għandhom ġewwa darhom fil-Juventus Stadium kontra t-tim inferjuri ta' Atalanta SPORTSillum Riżultati Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 3 ta' Mejju West Ham U. vs Tottenham H. 2-0 Aston V. vs Hull C. 3-1 Manchester U. vs Sunderland 0-1 Newcastle U. vs Cardiff C. 3-0 Stoke C. vs Fulham 4-1 Swansea C. vs Southampton 0-1 Everton vs Manchester C. 2-3 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 4 ta' Mejju 14:30 Arsenal vs WBA 17:00 Chelsea vs Norwich C. It-Tnejn 5 ta' Mejju 21:00 Crystal P. vs Liverpool Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 4 ta' Mejju 15:00 Catania vs Roma 15:00 Chievo V. vs Torino 15:00 Genoa vs Bologna 15:00 Parma vs Sampdoria 15:00 Udinese vs Livorno 20:45 AC Milan vs Inter It-Tnejn 5 ta' Mejju 19:00 Lazio vs Hellas Verona 21:00 Juventus vs Atalanta Sewwieq Tim Ħin 1 Marc Marquez Repsol Honda Team 1'38.120 2 Jorge Lorenzo Movistar Yamaha MotoGP 1'38.541 3 Dani Pedrosa Repsol Honda Team 1'38.630 4 Valentino Rossi Movistar Yamaha MotoGP 1'38.857 5 Aleix Espargaro NGM Forward Racing 1'39.007 6 Andrea Dovizioso Ducati Team 1'39.222 7 Stefan Bradl LCR Honda MotoGP 1'39.243 8 Pol Espargaro Monster Yamaha Tech 3 1'39.293 9 Bradley Smith Monster Yamaha Tech 3 1'39.390 10 Alvaro Bautista GO&FUN Honda Gresini 1'39.751 11 Colin Edwards NGM Forward Racing 1'39.814 12 Nicky Hayden Drive M7 Aspar 1'39.826 Marquez jikseb il-pole position u jikser rekord f 'Jerez fi Spanja F' TEMP ikkaratterizzat minn sħana qawwija, il- fenomenu Spanjol Marc Marquez irnexxielu jikseb il-pole position f 'Jerez fi Spanja waqt li kiser ukoll ir-rekord tal-istess ċirkwit. Tajjeb ngħidu li dan kien il-100 tmiem il-ġimgħa ta' Grand Prix fil-karriera mill-aqwa ta' Marquez. Huwa kiseb ħin ta' 1:38:120 li fisser 0.421 sekondi aħjar mill-ħin li kiseb is-sewwieq Lorenzo fuq Yamaha MotoGP u 0.510 sekondi aħjar minn sieħbu fuq Repsol Honda Dani Pedrosa. Fir-raba' post spiċċa t-Taljan Valentino Rossi li tajjeb ngħidu li din it- trakka tfisser ħafna għalih hekk kif huwa l-iktar sewwieq li rebaħ Grand Prix fl-istess ċirkwit, fejn kiseb sitt rebħiet matul il-karriera ta' suċċess liema bħalu tiegħu. Fil-ħames post temm Aleix Espargaro fuq NGM Forward Racing waqt li fis-sitt post temm it-Taljan Andrea Dovizoiso fuq Ducati Team. Tajjeb ngħidu li Espargaro kellu inċident żgħir lejn l-aħħar minuti ta' din il-pole position fejn kawża ta' hekk falla milli jikseb post aħjar fil- klassifika. Intant, dawn huma l-pożizzjonijiet li minnhom se jkunu qed jibdew is- sewwiqa llum flimkien mal-ħinijiet li kisbu:

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 May 2014