Illum previous editions

illum 4 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 39

Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 | illum 31 SPORTSillum Promozzjoni storika għal Fgura FTIT tal-ġranet ilu Fgura Utd kitbu paġna ġdida fl-istorja tal-klabb meta rebħu l-promozzjoni għall-ewwel darba fl- Ewwel Diviżjoni. Il-klabb ta' Fgura Utd, li ilu mwaqqaf 35 sena, ħa sehem għal diversi snin fit-tielet diviżjoni sakemm ħa l-promozzjoni għat- tieni diviżjoni sentejn ilu. L-istaġun li għadda, Fgura spiċċaw fis-sitt post, biex dan l-istaġun, temmew il- kampjonat fit-tieni post u rebħu l-promozzjoni. Fgura Utd dehru mill-bidu nett li se jkunu sfidanti ewlenin għal wieħed mit-tliet postijiet tal-promozzjoni, bi skwadra żagħżugħa iżda konsistenti, li żammet il-pass mat-timijiet ta' fuq sakemm saħansitra telgħet f 'ras il-klassifika fejn damet għal diversi ġimgħat. Bla dubju ta' xejn is-sigriet wara dan is-suċċess kienet il-ħidma kbira tal-kumitat ħabrieki, immexxi mill- President Lawrence Bugeja, li flimkien mas-Segretarju Stefan Vella, raw il-klabb jiżviluppa minn grawnd mitluq għal kumpless sportiv li joffri l-aqwa faċilitajiet. L-għaqda kbira li rrenjat fost il-plejers, li ħafna minnhom kienu qed jilagħbu flimkien għall-ewwel darba kienet fattur determinanti. It- tmexxija teknika tat-tim dan l-istaġun kienet fdata f 'idejn il-kowċ Ramon Zammit, mgħejjun minn Herman Bugeja u Mark Vella, li flimkien, diġà ġew promossi ma' St. George's FC fl-istaġun li għadda. Ħolqa bejn it-tim tekniku u l-kumitat kien Anthony Gafà li wettaq ħafna xogħol siewi. Bla dubju ta' xejn, fit-tim ta' Fgura dan l-istaġun spikkat id-difiża soda li spiċċat l-inqas waħda li sofriet gowls – 15 f '26 logħba, biex b'hekk Fgura kienu wkoll l-inqas tim li tilef logħob, 3 biss. L-aqwa skorer tat-tim kien il-plejer Niġerjan Joseph Okonkwo bi 13-il gowl, b'Josef Dalli u l-plejer Niġerjan Abeeb Williams jiskorjaw 7 u 6 gowls rispettivament. Saru jiem sħaħ ta' ċelebrazzjonijiet, mhux biss għal dan is- suċċess, iżda anke għall- promozzjoni tat-tim tal-Under 19 kif ukoll dak tan-nisa – li għaqqdu staġun mill-isbaħ għal Fgurin kollha. Wara waqfa mistħoqqha, il-kumitat u l-istaff tekniku jibdew iħejju sabiex jibdew sfida u avventura ġdida fil-kampjonat tal-ewwel diviżjoni fl-istaġun 2014/15. It-tim ta' Fgura United li kiseb promozzjoni storika tmiem l-istaġun Żjara f 'Għawdex minn Ludovico Micallef u l-Ministru Anton Refalo FILJIEM li għaddew saret żjara mill-Viċi President tal-MFA Ludovico Micallef u minn Dr. Anton Refalo, Ministru għal Għawdex fis- Seminarju tal-Qalb ta' Ġesù fir-Rabat, Għawdex. Huma ntlaqgħu mill-Kanonku Emmanuel Saliba, il-Kap tal-iSkola, li ta merħba lil kulħadd. Micallef u Refalo kienu akkumpanjati minn uffiċċjali għolja tal-GFA. Huma żaru l-proġett li għamlu l-istudenti tal-istess skola li kien abbinat mal-Fair Play fil-futbol. Dan kollu qiegħed isir bi promozzjoni għat-tournament tal-UEFA ta' taħt is-17-il sena li se jsir f 'pajjiżna bejn id-9 u l-21 ta' Mejju li ġej. Dan il-proġett li għamlu dawn l-istudenti spiċċa bħala r-rebbieħ tar- Reġjun ta' Għawdex fejn ipparteċipaw tmien skejjel Għawdxin. Din il-promozzjoni kollha kienet parti mill-Kampanja Reach Out fejn l-MFA qed tinvolvi bosta setturi mis- soċjetà biex jippartecipaw f 'proġetti ta' edukazzjoni u kultura u biex ukoll jattendu għall-partiti waqt it-tournament matul ix-xahar ta' Mejju. F'Għawdex ser isiru erba' logħbiet fil-Gozo Stadium li huma l-Ġermanja kontra l-Isvizzera u l-Iskozja kontra l-Portugall nhar il- Ġimgħa 9 ta' Mejju 2014 u l-Ingilterra kontra t-Turkija u Malta kontra l-Olanda nhar it-Tnejn 12 ta' Mejju 2014. F'din l-iskola attendew ukoll Joe Bajada u Tony Grech, li kienu l-ġudikanti tal-proġetti kollha li ħadmu fuqhom l-istudenti Għawdxin. Wara huma żaru l-Gozo Stadium fejn huma ltaqgħu mal-ħaddiema u l-voluntiera li jinsabu għaddejjin bix- xogħol tagħhom, ftit jiem biss qabel il-bidu tal-fażi finali ta' dawn il-Kampjonat tal- UEFA. Ludovico Micallef u Dr Anton Refalo waqt żjara f 'Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 May 2014