Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558
32 illum Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 SPORTSillum Wieħed jirbaħ l-Qrendi u tnejn jirbħu f 'Messina LASSOĊJAZZJONI Sport Muturi u Karozzi fi tmiem il-ġimgħa reġgħet kienet impenjata b'attivitajiet lokalment bis-Sezzjoni Enduro kif ukoll barra l-pajjiż fejn tim Malti tal-ASMK ħa sehem fil- Kampjonat FMI Motocross fi Sqallija. 'Team Malta' kien iffurmat minn 3 sewwieqa Maltin tal-Motocross. Clayton Camilleri fuq mutur KTM, Edward Ciantar fuq Kawasaki u Paul Muscat fuq KTM. Wara taħriġ intensiv fil-Korsa tal-ASMK f 'Ta' Qali nhar il- Ġimgħa filgħodu dawn ħallew Malta lejn Messina għall- kompetizzjoni Motocross organizzata mill-FMI. Sfortunatment il-maltemp qawwi għamel iż-żona iktar diffiċli għas-sewwieqa kollha speċjalment lill-Maltin li mhux soltu li jikkompetu f 'dawk il-kundizzjonijiet. Imma t-taħriġ ta' nhar il- Ġimgħa waranofsinhar serva biex tindara ftit il-korsa. Is-Sibt komplew it-tħejjijiet modifiċi fil-muturi biex il-Ħadd filgħodu kienu ppreparati sew biex jibdew l-ewwel tiġrija. Mill-ewwel deher li kien se jkollna riżultati tajbin mis-sewwieqa Maltin tant li Paul Muscat li kien qed jikkompeti fil-Klassi Motocross Master rebaħ din il-klassi overall, segwit minn Clayton Camilleri li kien qed jikkompeti fi Klassi Motocross 'MX2 Over 21' li rnexxielu jispiċċa l-ġurnata fit-tielet pożizzjoni overall. B'hekk b'kollox kellna żewġ sewwieqa fuq il-podju. Edward Ciantar li għalih din kienet l-ewwel esperjenza jikkompeti fl-ikbar klassi Amatoriale MX2, li b'kollox ikkompetew fiha 21 sewwieq għalkemm il-kompetizzjoni kienet waħda qawwija. F'din il-klassi Ciantar irnexxielu jispiċċa fid-9 post overall li għall-ewwel esperjenza tiegħu kien riżultat tajjeb ħafna. L-Assoċjazzjoni rringrazzjat lis-sewwieqa li ħadu sehem kif ukoll lill-Virtu Ferries li appoġġja l-Assoċjazzjoni f 'dawn il-kompetizzjonijiet barra l-pajjiż. Nhar il-Ħadd 27 ta' April l-Assoċjazzjoni organizzat ir-raba' attività bis-sezzjoni muturi Enduro li din id-darba saret fil-barriera tax-Xagħra tal-Magħluq Limiti tal-Qrendi fuq Korsa ta' 4 kilometri. 31 kompetitur ħadu sehem f 'din l-attività maqsuma fi tliet klassijiet. Matul il-ġurnata fi Klassi A rajna lil James Zahra fuq mutur Yamaha jiddomina din il-klassi bl-aħjar ħin tiegħu jkun dak ta' 5 minuti u 29.07 sekondi segwit viċin minn Joseph Scicluna fuq mutur Honda 125cc li rreġistra l-aħjar ħin tiegħu ta' 5 minuti u 42.88 sekondi. Dan għalaq il-ġurnata fit-tieni post waqt li fit-tielet post spiċċa Ian Scicluna fuq mutur Honda 250cc b'ħin ta' 6 minuti u 29.58 sekondi. Fi Klassi B li tilqa' fiha muturi b'ċilindrata ikbar minn 250cc rajna lil Matthew Gauci fuq KTM 300cc li ddomina l-klassi bl-aħjar ħin tiegħu ta' 5 minuti 23.08 sekondi segwit fit-tieni post minn Alex Sant Fornier fuq mutur KTM 450cc bl-aħjar ħin ta' 6 minuti 8.51 sekondi. Fit-tielet post spiċċa Matthew Salomon fuq mutur KTM 530cc li għalaq il-ġurnata bl-aħjar ħin tiegħu ta' 6 minuti u 11.59 sekondi. Fil-Klassi C li tilqa' fiha l-muturi Trials rajna lil Rowen Bonello jiddomina fuq mutur Beta 290cc b'ħin ta' 6 minuti u 11.28 sekondi segwit minn Frederick Bonello fuq mutur Gas Gas 280cc fit-tieni post b'ħin ta' 7 minuti u 4.15 sekondi. Fit-tielet post spiċċa Manuel Camilleri fuq mutur Gas Gas 280cc b'ħin ta' 8 minuti u 51.55 sekondi. Intant l-attivitajiet tal- Assoċjazzjoni jkomplu llum bit-13-il programm Autocross u l-Motocross mill-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2013/14. Il-programm jibda f 'nofsinhar. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www.asmk.org.mt Republic Street, Valletta next to the Courts Paul Muscat fuq KTM rebbieħ l-Klassi Motocross Master MX