Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558
Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 | illum 33 SPORTSillum It-tim tan-nisa ta' Hibs ipatti bil-kbir FI tmiem il-ġimgħa li għaddiet it-tim tan-nisa ta' Hibs patta bil-kbir għad- diżappunt tat-tim tal-irġiel meta rebaħ l-10 kampjonat fl-istorja tiegħu wara li kienu ilhom ma jirbħu l-kampjonat għal 6 snin. Huma għelbu lill-arċi-rivali Birkirkara bl-iskor ta' 4-3 wara l-għoti tal-penalties. Qabel il-ħin barrani l-iskor kien dak ta' 2-2. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' waħda mill-aqwa plejers ta' Hibs kif ukoll li qatt ipproduċa l-futbol tan-nisa f 'pajjiżna f 'kull żmien, Dorianne Theuma fejn tatna iktar dettalji ta' x'fisser dan l-unur għaliha personali kif ukoll għat-tim ta' Hibs. Hija saħqet li "huwa ta' sodisfazzjon kbir li wara sena li erġajt ingħaqadt mal-Hibs irnexxielna nirbħu l-kampjonat. Wara li l-Hibs kienu rebħu l-kampjonat għal 9 staġuni, issa kienu ilhom 6 snin ma jirbħuh u konna għatxana għal dan l-unur. Ħdimna ħafna bħala tim u bl-għajnuna tal-kowċ Keith Gouder u l-assistent tiegħu rnexxielna naslu fejn xtaqna. Bdejna l-istaġun billi rbaħna s-Super Cup u minn hemm bqajna nħarsu 'l quddiem. L-istaġun kien iebes fejn meta kellna vantaġġ ta' 6 punti fuq Birkirkara, tlifna l-konċentrazzjoni tagħna u Birkirkara rnexxielhom jirbħulna darbtejn biex laħquna fil-quċċata, però bl-għajnuna ta' kull wieħed u waħda minna fit-tim erġajna ngħaqadna għall-aħħar ftit logħbiet biex irnexxielna nisfurzaw decider fejn bih imbagħad irbaħna l-kampjonat bil-penalties. Għalija personali kien ta' sodisfazzjon. Irritornajt mal-Hibs wara nuqqas ta' sitt snin. Dan huwa l-istess żmien li Hibs kienu ilhom ma jirbħu l-kampjonat u l-aspettattivi kienu għoljin u ma stajniex infallu. Din is-sena mal-Hibs irnexxieli ngħaqqad ukoll il-200 gowl u qiegħda viċin li ngħaqqad it-300 gowl personali fil- kampjonat domestiku meta fadalli gowl wieħed biss biex nilħaq dan it-tragward. Għat- tmiem tal-istaġun fadal is- semi-finali tan-knock-out u jekk kollox imur sew ikollna wkoll il-finali. Fl-aħħar nett nixtieq nirringrazja lill- plejers, kowċis, u kumitat li reġgħu laqgħuni magħhom u li bl-għajnuna tagħhom erġajna ħadna dak li ħaqqna," temmet tgħid Dorianne Theuma. It-tim tan-nisa ta' Hibs jiċċelebra wara r-rebħ tal-Kampjonat Weightlifters Maltin bil-midalja tal-bronż f 'San Marino ITTIM Malti tal- Weightlifting immexxi mill-President u kowċ Jesmond Caruana, ipparteċipaw fis-36 edizzjoni għal Nazzjonijiet Żgħar Ewropej, li saret f 'San Marino. It-tim, li kien jikkonsisti minn Noel Coleiro, Rodmar Pulis, Jovan Reljic, u ż-żagħżugħ Keiran Mifsud, iffaċja sfida qawwija mill-Islanda, li pparteċipa b'tim komplet b'atleti ta' kategoriji tqal, kif ukoll Ċipru, li pparteċipaw b'tim li fih kien inkluż l-atleta Olimpiku Dimitris Minasides. Barra minn dawn, it-timijiet rivali l-oħra kienu Monaco, San Marino u l-Lussemburgu. Apparti mill-kampjonat ċentrali għal Nazzjonijiet Żgħar, l-avveniment ġie estiż biex jinkludi l-Open ta' San Marino. It-timijiet nazzjonali l-oħra inklużi f 'din il-kompetizzjoni kienu l-Iżrael, il-Bożnja u Ħerzegovina, Slovenja, l-Isvizzera, il-Belġju, l-Italja, il-Ġermanja u Wales. Għal Malta , Keiran Mifsud ta'14-il sena kellu kompetizzjoni ta' suċċess fejn kiser xejn inqas minn seba' rekords nazzjonali fil- kategorija taż-żgħażagħ ta' inqas minn 94 kilo, b'total ta' 200 kilo u 234 punt. Ma' dan, Mifsud kiseb it-tieni pożizzjoni impressjonanti fil-klassifika ġenerali ta' taħt is-17-il sena. Fil-kompetizzjoni Jovan Reljic sofra bidu xejn sigur fir-refa' Snatch, fejn naqas milli jagħmel l-ewwel tentattiv tiegħu. Rodmar Pulis u Noel Coleiro kellhom bidu ferm tajjeb però naqsu milli jkomplu jżidu fuq l-aħħar attentat tagħhom. Wara kien imiss il-fażi Clean & Jerk kemxejn aktar drammatika. It-tliet lifters irnexxielhom jissieltu mhux ħażin sabiex inkisbu totali ta' 215-il kilo u 263 punt minn Reljic, 225 kilo u 260 punt minn Coleiro u l-aħħar iżda mhux l-inqas 231 kilo u 291 punt minn Pulis. Ir-rebbieħa tat-tournament jiġu kkalkolati skont il-punti totali miksuba mill-aqwa tliet atleti minn kull tim, u ma' dan, it-tim Malti kiseb 814-il punt u rebħu l-midalja tal-bronż. Rodmar Pulis, f 'din il- prestazzjoni rnexxielu jikseb l-aqwa pożizzjoni fost il-Maltin, bit-tieni post fil-kategorija tal-Juniors u s-seba' post fil-klassifika ġenerali, filwaqt li Keiran Mifsud, għalkemm din kienet l-ewwel esperjenza kompetittiva tiegħu fix- xena internazzjonali, ta prestazzjoni ferm tajba. Hu qed jixhed li l-isforzi li saru mill-Weightlifting Association Malta fil- promozzjoni tal-isport fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa qed iħallu frott b'mod spettakolari. Apparti mill- atleti, il-kontinġent Malti ra wkoll lil Ramona Borg fil- kompitu ta' uffiċjal tekniku, fejn kienet ukoll waħda mir- referees internazzjonali. Dan is-suċċess ma kienx ikun possibbli mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat Olimpiku Malti (MOC) kif ukoll tal-Kunsill Malti għall- iSport (KMS). It-tim Malti tal-Weightlifting jirbaħ il-bronż l-Kompetizzjoni għal Nazzjonijiet Żgħar Ewropej