Illum previous editions

illum 4 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 39

34 illum Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 SPORTSillum Qabża ta' kwalità s-serata tal-għoti tal-unuri NHAR it-Tnejn li għadda l-MFPA - l-Assoċjazzjoni li tirrapreżenta lill-futbolers Maltin u organizzat is- serata finali tal-unuri li fiha ppremjat lil dawk il-futbolers li ddistingwew ruħhom matul l-aħħar staġun li ntemm nhar il-Ħamis li għadda wara l-finali tal-U*BET FA Trophy. Din kienet it-tielet edizzjoni ta' dawn l-unuri u ġiet organizzata f 'lukanda ewlenija f 'Ħ'Attard. Matul din is-sena nnutajna qabża kbira ta' kwalità f 'din is-serata finali hekk kif kienet organizzata b'mod tassew professjonali. Dan hekk kif fl-ewwel sena din kienet organizzata biss permezz ta' konferenza stampa liema unur prinċipali kien intrebaħ mid-difensur ta' Valletta, Jonathan Caruana waqt li matul is-sena li għaddiet ġiet organizzata fi stabbiliment tal-ikel liema unur prinċipali kien intrebaħ mid-difensur versatili ta' Birkirkara Edward Herrera. Matul din is-sena l-unur tal-aħjar plejer intrebaħ mill-plejer ta' Birkirkara Paul Fenech li tajjeb ngħidu li rebaħ l-unur prestiġjuż tal-MFA Plejer tas-Sena fi tmiem l-istaġun 2012/13 waqt li huwa kontendent ewlieni li jerġa' jirbaħ dan l-istess unur fl-edizzjoni tal-MFA Plejer tas-Sena li se ssir iktar tard matul dan is- sajf. Barra l-qabża ta' kwaltà li nnutajna fl-edizzjoni ta' din is-sena, l-istess edizzjoni ngħatat ukoll dimensjoni ġdida. Dan hekk kif l-MFPA introduċiet numru ta' unuri ġodda, fosthom l-Aħjar Plejer Żagħżugħ ta' taħt it-23 sena, l-MFA Best XI kif ukoll unur speċjali, l-Unur għal Mertu. Il-plejers kollha tal- Kampjonat Premier kellhom l-opportunità li jivvutaw għall-plejers preferiti tagħhom. Il-Kumitat Eżekuttiv tal- MFPA, bl-għajnuna tal- kowċis tal-klabbs kollha tal- Kampjonat Premier ftehmu fuq lista qasira ta' plejers li fl-opinjoni tagħhom eċċellaw matul l-aħħar staġun. F'din il-lista ġew inklużi biss dawk il-plejers li lagħbu iktar minn 20 logħba fil-Kampjonat. Kull plejer kien intitolat li jivvota għal kull kategorija iżda ma setax jivvota għall-plejers li kienu ġejjin mill-klabb tiegħu stess. Din is-serata ġiet ippreżentata minn Rodney Vassallo u Sarah Agius. IR-REBBIEĦA MFPA XI L-Aħjar Goalkeeper – Justin Haber (Birkirkara) L-Aħjar Difensur Left Back – Clayton Failla (Hibernains) L-Aħjar Difensuri Ċentrali – Alejandro Mendoza u Nikola Vu- kanac (Birkirkara) L-Aħjar Difensur Right Back – Edward Herrera (Birkirkara) L-Aħjar Plejers ta' Nofs il-Grawnd – Paul Fenech (Birkirkara), Ryan Fenech (Valletta), Denni Rocha dos Santos (Valletta) L-Aħjar Attakkanti – Jhonnattann Benites da Conceicao (Birkirkara), Ediosn Luis dos Santos (Hibernains), Shola Shodi- ya Hatruna (Birkirkara) L-Unur għal Mertu - Dr David Attard L-MFPA l-Aħjar Plejer Żagħżugħ ta' taħt it-23 sena - Leighton Grech (Qormi) L-MFPA l-Aħjar Plejer - Paul Fenech (Birkirkara) Paul Fenech jirċievi l-unur tal-MFPA l-Aħjar Plejer tas-Sena mingħand Carmel Busuttil IR-REBBIEĦA MFPA XI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 May 2014