Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558
Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 | illum 35 SPORTSillum Kollox lest għall-Kampjonat tal-UEFA tal-Under 17 ITTĦEJJIJIET għall- kampjonat tant prestiġjuż tal-Under 17 tal-UEFA li se jiġi organizzat f 'pajjiżna fil-jiem li ġejjin jinsabu għaddejjin fl- aqwa tagħhom. Tajjeb ngħidu li din hija l-iktar kompetizzjoni internazzjonali importanti li qatt ġiet organizzata f 'Malta u għalhekk huwa ta' unur kbir għal pajjiżna. Rimarkabbli huwa l-fatt li minn dan it-touranment ħarġu plejers ta' klassi u fama mondjali fil-passat riċenti fosthom Cristiano Ronaldo u Wayne Rooney. Barra minn hekk il-fatt li t-tim nazzjonali Malti ta' taħt is-17-il sena se jieħu sehem f 'dan it-tournament diġà huwa ta' unur fih innifsu għalkemm m'hemmx dubju li l-Maltin se jkollhom il-ħajja diffiċli hekk kif pajjiżna tpoġġa 'seeded' fi Grupp A u ġie mtellgħa flimkien mal-Ingilterra, l-Olanda u t-Turkija. Fi Grupp B, ittellgħu l-Ġermanja, il-Portugall, l-Iskozja u l-Isvizzera. B'hekk issa hi uffiċjali li l-ewwel partita ta' dan il-Kampjonat Ewropew għat-tim nazzjonali Malti se tintlagħab fid-9 ta' Mejju 2014 kontra l-Ingilterra fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali. Il-ħinijiet tal-kick-offs għad iridu jiġu deċiżi mill- UEFA, flimkien mal-istazzjon Eurosport TV li flimkien ma' TVM, se jkun qiegħed ixandar dawn il-partiti b'mod dirett. Waqt is-serata li fiha sar it-tlugħ tal-poloz li saret ftit tal-jiem ilu waqt diskors qasir imma konċiż, il-President tal- MFA, ta merħba lil kulħadd u qal li kien ta' unur kbir għalih li fiż-żmien tal-Presidenza tiegħu, Malta rebħet id-dritt li tospita dan it-tournament. "Inħossni onorat li llum ninsabu lkoll hawn flimkien. Xahar ieħor se jkollna l-bidu ta' dan it-tournament. Miniex daqshekk ċert li Malta jista' jkollha l-aqwa riżultati, iżda ninsab ċert li intom kollha se tgawdu s-sabiħ ta' pajjiżna u li għalikom se tkun okkażjoni li tibqgħu tiftakru f 'pajjiżna għal ħajjitkom kollha," qal Darmanin Demajo. Dan il-Kampjonat ferm prestiġjuż fid-dinja tal-futbol jibda uffiċjalment fid-9 ta' Mejju, bil-finali tintlagħab fil-21 ta' Mejju, u li għaliha se jkun hawn preżenti Michel Platini, il-President tal- UEFA. It-Tazza li se tingħata lit-tim nazzjonali rebbieħ l-Kampjonati tal-U17 tal-UEFA li se jsiru f 'pajjiżna Ritratt: Domenic Aquilina Varat il-Programm tal-KMS Summer in the Move 2014 X'inhu "Summer on the Move"? "Summer on the Move" huwa programm għas-sajf organizzat mill-Kunsill Malti għall-iSport (KMS) għall-familja kollha. Din hija l-11-il sena konsekuttiva li l-KMS qed torganizza dan il-programm popolari, fejn se tkun qed tipprovdi lil tfal ta' bejn l-4 u s-16-il sena u adulti minn 17-il sena 'l fuq, il-possibbiltà li jitgħallmu serje ta' diversi dixxiplini tal-isport fosthom l-għawm. L-għażliet huma ħafna, fejn se jkunu offruti sessjonijiet ta' taħriġ filgħodu jew wara nofsinhar mit-Tnejn sal- Ġimgħa. X'jagħmilha differenti minn skejjel oħrajn? Din l-iskola tas-sajf hija orjentata biss lejn l-isport, għalhekk it-tfal se jkunu qed jieħdu sehem biss f 'attivitajiet marbuta mal-isport. It-tfal jistgħu jiddevertu billi jieħdu sehem f 'attivitajiet fil-pixxina bħal m'huma l-għawm, għawm sinkronizzat, waterpolo u logħbiet marbuta mal- ilma, waqt li l-indoor sport se jkunu qed jinkludu l-futbol, tag-rugby, atletika, basketball, volleyball, handball, ġinnastika, żfin u logħbiet ta' divertiment. Skolasport timpjega iktar minn 250 kowċ ikkwalifikat li huma lkoll ippreparati bis-sħiħ biex jgħallmu diversi dixxiplini tal-isport fl-aqwa faċilitajiet li l-KMS għandha x'toffri. Dawn il-faċilitajiet jinkludu l-Kumpless tal- iSport tal-Kottonera, il- Kumpless tal-iSport Tal- Qroqq u l-Kumpless Sportiv ta' Ħal Kirkop, waqt li jiġu użati wkoll l-iskejjel tal-istat tal-Mosta u tas-Siġġiewi. Programm għall-ġenituri Il-programm tal-isport tal-KMS jagħmilha prijorità li joffri lill-ġenituri l-possibbiltà li jingħaqdu f 'dan il-programm billi joffri klassijiet ta' fitness, aerobics, zumba u għawm. Il-lezzjonijiet għall-ġenituri jiġu organizzati fl-istess ħin tal-lezzjonijiet tat- tfal tagħhom biex b'hekk il-ġenituri jkunu jistgħu jokkupaw il-ħin tagħhom billi jżommu ruħhom attivi u b'saħħithom. Tonio Cini maħtur membru ta' task force internazzjonali ILPRESIDENT tal-Malta Motorsport Federation (MMF) Tonio Cini, inħatar membru tal-'FIA ASN Development Task Force' mill-Fédération Internationale de l'Automobile (FIA). Dan it- Task Force huwa magħmul minn 17-il membru minn madwar id-dinja u ġie mwaqqaf mill-President tal-FIA Jean Todt biex tkun responsabbli mit- tkabbir globali tal-isport awtomobilistiku. It-Task Force hija waħda mill-oqsma ċentrali tal- FIA għas-snin li ġejjin, li se tistabbilixxi strateġija ffukata biex jinħoloq dipartiment tal-Motor Sport fi ħdan l-FIA. Dan se jingħata l-kompitu li jagħtu appoġġ amministrattiv għall-Federazzjonijiet madwar id-dinja, kif ukoll implimentazzjoni tad- deċiżjonijiet tal-FIA waqt li jikkordina attivitajiet u pjanijiet għall-iżvilupp globali tal-isport mill-iktar livell primarju f 'dan l-isport. It-Task Force għandha l-appoġġ dirett tal-Kunsill dinji tal-awtomobiliżmu, il- World Motor Sport Council (WMSC) u l-laqgħat kollha se jkunu ffukati biex ikun hemm strateġija ta' żvilupp b'kollaborazzjoni diretta minn dan il-kunsill dinji. Għal dan il-għan, il-laqgħat tat-Task Force għal din is-sena, se jsiru fl-istess żmien u postijiet mal- laqgħat tal-WMSC eżattament f 'Marrakech fil-Marokk, Munich fil-Ġermanja, Beijing fiċ-Ċina u Doha fil-Qatar. Il-Malta Motorsport Federation xtaqet tifraħ lill- President tagħha, Tonio Cini, għal din il-ħatra importanti. Tonio Cini - President tal-Malta Motorsport Federation Il-familja kollha se tkun tista' titgħallem dixxiplini diversi tal-isport