Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558
36 illum Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 SPORTSillum JOSEPHINE Grima, waħda mill-aqwa plejers li pproduċa l-basketball femminili lokali f 'dawn l-aħħar snin se tkompli l-karriera tagħha tal- basketball fi Franza mal-klabb IFS, ma' liema klabb diġà kisbet suċċess partikolari matul l-aħħar staġun. ILLUM tkellem ma' Josephine Grima fi Franza fejn tatna rendikont tal- istaġun tagħha fi Franza kif ukoll kif qed tħares lejn il-futur tagħha f 'dan il-pajjiż ma' IFS. Hija saħqet li "din is-sena ġejt hawnhekk fi Franza bl- idea li kont se nkun f 'xi tim li jasal sa nofs il-klassifika. Dan minħabba li s-sena l-oħra kellhom xi problemi biex jispiċċaw il-kampjonat. Kienet esperjenza tajba din is-sena u vera pożittiva u fuq kollox għadha ma spiċċatx. Mill-bidu jiġifieri minn Awwissu minn meta ġejt għall-preseason kellna xi logħob ta' ħbiberija u minn hemmekk it-tim kien diġà beda juri r-riżultati. Irbaħna pre-season tournament u mhux biss imma anki xi logħob ta' ħbiberija li l-klabbs stess jorganizzaw qabel ma jibda l-istaġun bħala preparazzjoni. Logħba minn dawn kienet logħba kontra tim li jippartecipa fl-LF2. LF2 huwa t-tieni kampjonat ta' Franza. Il-livell tal-basketball fi Franza bħalma ħafna nies li huma involuti fil-basketball jafu huwa għoli u tajjeb ħafna. Biss biss ngħidlek biex inġiblek eżempju li din is-sena f 'din id-diviżjoni NF1 ''National Female 1'' lgħabt kontra plejers li kont lgħabt magħhom fl-Italja meta kont Priolo, bħal Sabrina Palie, Nadja Morgan kif ukoll kelli s-sodisfazzjon li nilgħab kontra plejer oħra kbira, Nicole Antibe li kienet f 'wieħed mill-aħjar timijiet ġewwa l-Italja, Schio. Din is-sena approfittajt biex nitgħallem il-lingwa Franċiża, li sorprendentament ma sibthiex daqshekk diffiċli forsi minħabba l-fatt li kont diġà naf nitkellem bit-Taljan. Dan kien fattur li għeni ħafna biex ikolli relazzjoni tajba kemm mad-diriġenti, mal-kowċ kif ukoll mal-plejers sħabi. L-għan tiegħi huwa li l-istaġun li jmiss inkompli nipperfezzjona fuq dan il-fattur u jkolli ngħid li din kienet waħda mill-fatturi li kkonvinċietni biex nirritorna għall-istaġun li jmiss. Mhux biss. Il-fatt li kull persuna hawnhekk ġol-klabb ta' IFS, ġġibli rispett u tapprezzani mhux biss bħala plejer imma wkoll u l-iktar importanti fl-opinjoni tiegħi bħala persuna, mill-ikbar jiġifieri il-President, sal-iżghar sempliċiment omm ta' tifel ta' sentejn li qaltli ''M'għandekx dritt titlaq''. X'sodisfazzjon ikbar minn hekk jista' jkollok! Bħalissa qed nilagħbu l-play-offs. Il-format tal-play- offs huwa hekk: l-ewwel tliet timijiet minn tal-Pool tagħna li huwa Pool B, u l-ewwel tliet timijiet minn tal-pool l-ieħor li huwa pool A, li jinkludi sitt timijiet. Aħna nibqgħu nġorru magħna l-punti tal- logħob li rbaħna ma' dawk it- timjiet li qegħdin fil-play-offs u li kienu fl-istess pool. Nilagħbu sitt logħbiet home u away, darbtejn ma' kull tim u biss ma' dawk it-tliet timijiet tal-pool l-ieħor. Sa issa lgħabna 2 minn 6, u rbaħnihom it-tnejn. Baqagħlna 4. Min jispiċċa fl-ewwel żewġ pożizzjonijiet jitla' LF2 għall- istaġun li jmiss. Il-logħba li jmiss kontra Chenovre għalina hija importanti u kruċjali ħafna għax tista' tiddetermina ħafna affarijiet. Nhar it-Tnejn li għadda ffirmajt biex niġi lura għall- istaġun li jmiss. Waħda mill-ikbar sodisfazzjonijiet li kelli hija meta għidt lill- kowċ li ddeċidejt li nibqa'. L-espressjoni li kellu fuq wiċċu ma nistax ninsiha. Kien hu li ddetermina l-għażla tiegħi bi kliemu. Huwa jikkunsidrani bħala bżonn għal dan it-tim u pilastru importanti biex ikun hemm bażi soda u bir-rispett li jġib lili kemm bħala persuna kif ukoll bħala plejer ta' esperjenza. Japprezza ħafna d-dedikazzjoni u s-serjetà li nuri f 'kull sessjoni ta' taħriġ li jkollna, mill-individwali sal- kollettiv. Din is-sena ħadna sehem kemm fil-French Cup fejn inqlajna fis-semi-finali, fil-kampjonat ovvjament u fis-6 u s-7 ta' Ġunju għandna tmiem il-ġimgħa f 'post partikolari biex nilagħbu fil-Final 4. Il-Final 4 jieħdu sehem fiha l-ewwel 4 timijiet minn dawn is-6 li qed jagħmlu l-play-offs. Din tiddetermina ċ-Champion ta' Franza imma din m'għandha x'taqsam xejn mal-kampjonat. Bħalissa l-unika ħaġa li nista' nagħmel hija dik li nibqa' ffukata fuq il-play-offs biex nibqa' nagħmel l-aħjar li nista' biex ngħin lit-tim u nġibu l-aħjar riżultati possibli. Din is-sena jkolli ngħid li kien wieħed mill-aħjar staġuni li kelli fil-karriera tiegħi. Il-programm tiegħi għal ġranet li ġejjin huwa dan: Inkompli nirbaħ u nilgħab tajjeb. Niġi Malta u nibda l-impenn tiegħi mat-tim nazzjonali. F'Lulju jmissna nilagħbu l-logħob tal- Kampjonat Ewropew tal- basketball ġewwa l-Awstrija. Wara ngawdi għeluq snin u niffesteġġja t-30 sena. Imbagħad nieħu ftit mistrieħ ta' xi 20 ġurnata mill- basketball u f 'nofs Awwissu nerġa' niġi lura ma' IFS għall- impenn li ħadt. Pass wara pass ninsab determinata li ngawdi kull waħda mill-affarijiet li semmejtlek!" Il-karriera tal-basketball Franza Josephine Grima -azzjoni ma' IFS Franza Wenger jixtieq jibqa' ma' Arsenal ILKOWĊ Franċiż ta Arsenal magħruf bħala l-'Inġinier', Arsene Wenger, ta indikazzjonijiet li se jkun qed jiffirma kuntratt ġdid ma' Arsenal u jibqa' mal-Gunners wara dan l-istaġun hekk kif il-kuntratt tiegħu ma' dan it- tim minn Londra jintemmlu propju fi tmiem dan l-istaġun. Huwa ilu fit-tmun ta' Arsenal sa mill-1996 u għalhekk kollox qed jindika li huwa se jkun qed jiffirma kuntratt ġdid mal-Gunners. Iżda, jekk dan ma jseħħx, jidher li l-klabb mill-Kampjonat Franċiż Ligue 1 Monaco huma lesti li joffru s-somma ta' xejn inqas minn 22 miljun Sterlina biex jakkwista s-servizzi ta' dan il-kowċ bravu biex jieħu post il-kowċ preżenti tagħhom, it- Taljan Claudio Ranieri. Kollox jindika li Wenger se jibqa' ma' Arsenal hekk kif din hija x-xewqa tiegħu