Illum previous editions

illum 4 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 39

4 illum | Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 Malta College of Arts, Science and Technology Administration Building, MCAST Main Campus Corradino Hill, Paola PLA 9032 T: 2398 7100 F: 2398 7316 E: tenders@mcast.edu.mt www.mcast.edu.mt IKKUNTATTJAT minn din il-gazzetta, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija Michael Grech esprima d-dispjaċir tiegħu li huma baqgħu fid-dlam u ma kienu infurmati b'xejn. "M'aħna kuntenti xejn għax ħadd qatt m'avżana li l-Gvern Malti kien talab ir-rapport f 'Diċembru 2011 u wisq inqas li r-risposta kienet waħda negattiva f 'Ottubru 2012. Għadna rridu naraw x'se jkunu l-implikazzjonijiet imma diġà għedna lill-Gvern li jekk ikun hemm effetti negattivi minħabba t-telf ta' fondi, irridu naraw li Għawdex jiġi kkumpensat," qal Grech. Hu sostna li qas l-amministrazzjoni Laburista ma kienet taf dwar dawn l-iżviluppi tant li l-kamra tal-kummerċ kienet diġà ltaqgħet mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg dwar il-bżonn li Għawdex jitqies bħala reġjun. "Dakinhar Borg ma kienx infurmat dwar dawn l-iżviluppi. Kien biss wara din il-laqgħa li meta Borg iċċekja, skopra li l-Gvern preċedenti kien diġà bagħat talbiet f 'Diċembru 2011 forma ta' sondaġġ," temm jgħid Grech. Għawdex irid jiġi kkumpensat Tkompli minn paġna 1 Il-banek jirrifjutaw li jiftħu ATM fil-Għargħur BLA flus la tgħannaq u lanqas tbus jgħid il-qawl Malti. Ir- residenti tal-Għargħur dan jafuh sew għax jekk ikollhom bżonn jiġbdu l-flus minn ATM iridu jitilgħu n-Naxxar, jew jinżlu San Ġwann. Dan għaliex minkejja li wieħed isib bosta ATMs f 'kull lokalità – ħafna drabi għal waħda, tnejn – il- Għargħur huwa wieħed mill- ftit eċċezzjonijiet. B'dan in-nuqqas għal diversi snin, fl-aħħar ġimgħat ir- residenti organizzaw rwieħhom fuq is-sit soċjali Facebook b'tali mod biex l-appell tagħhom jingħata widen. Il-kunsill lokali tal-Għargħur ukoll irreaġixxa għal dan u kkomunika mal-banek lokali, iżda t-tamiet tar-residenti tal-Għargħur sofrew daqqa ta' ħarta oħra meta il-bank Bank of Valletta fl-aħħar jiem irrisponda fin-negattiv. Fl-ittra li ntbagħtet lil kunsill, il-bank jirringrazzjahom tal-interess iżda jgħid li wara li analizza s-sitwazzjoni, fil- preżent ma jistax jilqa' t-talba tagħhom. Dan ma kienx l-unika bank li rrisponda b'dan il-mod, bir-raġunijiet mogħtija jkun li peress li l-Għargħur huwa raħal żgħir mhux se jkun hemm talba regolari għal dawn l-ATMs. Hu maħsub li l-Għargħur għandu popolazzjoni ta' ftit inqas minn tliet elef ruħ, li għall-estimi tal-banek dan mhux biżżejjed biex il-ftuħ ta' ATM tkun vijabbli. "Kien hemm residenti li saħansitra qalu li huma lesti jaqilbu kollox għal ma' dak il-bank li jiddeċiedi li jiftaħ l-ATM, tant kemm għandhom bżonn li dan l-inkonvenjent jieqaf," qalet waħda mir- residenti meta tkellmet ma' din il-gazzetta. Jidher li l-unika soluzzjoni li l-banek jistgħu joffru hi li tinfetaħ ATM qrib stabbiliment tal-ikel imsemmi li għadu kif fetaħ issa, iżda lanqas dan ma sab l-appoġġ tar-residenti minħabba l-fatt li dan qiegħed fit-tarf tar-raħal u xorta 'l bogħod miċ-ċentru tal-lokalità. "Jekk din tiġi installata fit-tarf tar-raħal mhu se ssolvi xejn. Kif se jaċċessawha l-anzjani u dawk li ma jsuqux? Speċjalment f 'temp xitwi, din xorta mhux se tkun aċċessibbli għar-residenti li joqogħdu fil-lokal," temmet tgħid ir-residenta li marret toqgħod fil-lokalità diversi xhur ilu. Il-prekarjat fis-settur tat-turiżmu WAQT żjara f 'lukanda ewlenija f 'Tas-Sliema, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis tkellem mal-impjegati preżenti u qal li dan il-Gvern nieda l-Employment policy fuq livell nazzjonali fejn fl-istess ħin se jkun fi ġlieda kontinwa kontra l-prekarjat b'mod speċjali fis-settur turistiku. Il-Ministru għat-Turiżmu sostna li fil-qasam turistiku l-impjegati se jkun qed tingħatalhom konsistenza dwar kundizzjonijiet aħjar u garanzija ta' xogħol matul is-sena kollha. Meta rringrazzja lill-impjegati għall-prodott turistiku tajjeb li qed joffru, l-Onorevoli Edward Zammit Lewis irrefera għall- istatistika pożittiva maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika fejn pajjiżna ra żieda ta' 7.3% f 'turisti fl-ewwel kwart ta' din is-sena meta mqabbla mas-sena li għaddiet. Fl-istess perjodu d-durata ta' dewmien ta' turisti f 'pajjiżna matul il-btala tagħhom żdied b'4.3% u li n-nefqa tagħhom kienet ta' 7.8% aktar. Dawn huma sinjali tajbin ferm għall-pajjiżna, żied il-Ministru għat-Turiżmu filwaqt li ssostna fuq l-impenn ta' dan il-Gvern fejn se jkompli jaħdem biex negħlbu l-istaġjonalità. Il-Ministru Dr. Edward Zammit Lewis qal li huwa jinsab sodisfatt li din is-sena n-numru ta' studenti ġodda fil-qasam turistiku iżjed minn irdoppja fuq is-snin ta' qabel biex issa jlaħħaq madwar tmien mitt student full-time, barra l-part-timers fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS). Edward Zammit Lewis temm jgħid li l-Gvern huwa kommess li jagħmel dan l-Istitut bħala ċentru wiesa' ta' eċċellenza li jattira aktar persuni biex jersqu fis-settur turistiku għal aktar kwalità ta' tagħlim u taħriġ. Jakkumpanjaw lil Ministru għat-Turiżmu Dr. Edward Zammit Lewis kien hemm żewġ kandidati li se jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Marlene Mizzi u Ivan Grixt Michael Grech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 May 2014