Illum previous editions

illum 4 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558

Contents of this Issue

Navigation

Page 36 of 39

Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 | illum 37 SPORTSillum Tkompli l-istorja ta' suċċess għal Andre Schembri f 'Ċipru M'HEMMX dubju li bħalissa l-istilla tal-futbol Malti huwa l-attakkant prolifiku li qed jagħmel isem għal pajjiżna f 'Ċipru, Andre Schembri. Huwa għadu kif skorja żewġ doppjetti f 'żewġ logħbiet importanti mat-tim tiegħu Omonia Nicosia. Tajjeb ngħidu li ftit tal-jiem ilu Schembri kien il-captain ta' Omonia Nicosia għall- ewwel darba kemm ilu jilgħab f 'Ċipru – xi ħaġa li għamlet unur kbir kemm għal Schembri nnifsu kif ukoll għall-futbol Malti inġenerali. Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-istess attakkant f 'Ċipru fejn talbu jagħtina rendikont dettaljat tal-istaġun tiegħu hekk kif wasal biex jintemm ftit ġimgħat oħra. "Kien staġun diffiċli ħafna għat-tim ta' Omonia Nicosia peress li kellna aspettativi kbar li niġġieldu għall-kampjonat kif ukoll li ngħaddu għall-fażi tal- gruppi tal-UEFA Europa League. F'dan l-istaġun il-klabb għadda minn taqlib sħiħ. Il-President u l-kumitat inbidel f 'nofs l-istaġun waqt li nbiddlu 4 kowċis u dan irriżulta għal riżultati negattivi. Però almenu diġà għaddejna għall-Ewropa għax din is-sena jidħlu 5 timijiet fl-Ewropa. Rigward il- prestazzjonijiet tiegħi ninsab kuntent ħafna. Kelli staġun pożittiv u l-gowls li għamilt tawni iktar kunfidenza biex intejjeb il-prestazzjoni tiegħi f 'kull logħba. Il-ħolma tiegħi kienet dejjem li nipprova nilgħab fl-ogħla kampjonati fl-Ewropa però mhix daqshekk faċli daqskemm tgħidha. Omonia Nicosia huwa l-ikbar klabb ġo Ċipru fejn il-maġġoranza tan-nies li jgħixu ġo Ċipru jżommu magħhom. L-imħabba u r-rispett li għandhom għalija l-partitarji u d-diriġenti tal-klabb qatt ma sibtha fl- ebda klabb kemm ili nilgħab il-futbol. U kieku wara dan l-istaġun kelli nitlaq żgur li se nerġa' niġi nilgħab hawn qabel ma nirtira." Ilkoll nafu li Schembri għamel diversi snin jilgħab f "Malta ma' Floriana, Hibernians u Marsaxlokk u għalhekk tlabna lill-istess plejer biex itina l-kummenti tiegħu rigward id-differenzi li jara fil-futbol li jintlagħab f 'dawn iż-żewġ pajjiżi u x'differenzi jeżistu fil-livell tal-futbol fl-imsemmija pajjiżi ġara ta' xulxin. Huwa qal li "Ma nistax nikkumpara l-kampjonat Malti mal-kampjonat Ċiprijott. L-ewwel nett il- Kampjonat Malti mhuwiex professjonali u barra minn hekk il-plejers barranin li jilagħbu hawnhekk f 'Ċipru huma plejers li kienu jilagħbu f 'kampjonati kbar. Biss biss fit-tim tiegħi għandi 'il fuq minn ħames plejers li lagħbu regolari fil-UEFA Champions League. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas Schembri afferma li "L-aħħar żewġ gowls li għamilt kienu importanti għalija speċjalment l-ewwel gowl. Dan kien wieħed mill-isbaħ gowls li għamilt fil-karriera tiegħi. Kelli x-xorti u l-unur ukoll li nkun captain għall- ewwel darba kemm ili nilgħab futbol professjonali." Intant il-kuntratt ta' Andre Schembri ma' Omonia Nicosia jiskadi fl-aħħar ta' dan ix-xahar, u meta mistoqsi minn dan il-ġurnal kif qed iħares lejn il-futur tiegħu ma' dan il-klabb Ċiprijott huwa saħaq li għadu mhux ċert x'se jkun qed jagħmel però afferma li huwa żgur li fil-ġimgħat li ġejjin se jkollu jieħu deċiżjoni rigward dan. Andre Schembri jiċċelebra wara wieħed mill-aħħar gowls li skorja ma' Omonia Nicosia -aħħar ġimgħat BSL Britannia Tours Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). ¢349 FROM Groups from July till September COSTA BRAVA, BARCELONA ¢499 FROM 20-28 July IRISH SPAIN /GALICIA ¢569 FROM 13-21 July PORTUGAL & NORTH SPAIN Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain … your holiday starts here!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 May 2014