Illum previous editions

illum 4 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 39

Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 | illum 27 Pjazzetta/Kummercjali Festival Agrarju tal-Patata ILKUNSILL Lokali tal- Qrendi bil-kollaborazzjoni tas- Segretarjat Parlamentari għall- Gvern Lokali u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu se jkun qiegħed jorganizza t-tielet edizzjoni tal-Festival Agrarju tal-Patata. Dan il-festival se jkun organizzat nhar illum, 4 ta' Mejju 2014 mid-9am 'l quddiem fil-Ġnien tal-Warda, il-Qrendi. F'dan il-festival se jkunu qegħdin jieħdu sehem ukoll is-Soċjetajiet Mużikali u għaqdiet oħra tal-Qrendi. Apparti minn hekk, il-Ġnien tal-Kmandant mibni minn Sir Alexander Ball fil-bidu tas-seklu 19 se jkun miftuħ għall-pubbliku. Dan minħabba li storikament dan il-Ġnien huwa importanti minħabba li fih, l-Ingliżi kienu jesperimentaw bil-prodott tal-patata. Barra minn hekk bl- għajnuna ta' Heritage Malta, kull min se jżur il-Festival Agrarju tal-Patata se jkollu ċans li permezz ta' fun train li se tkun qiegħda ddur mat- toroq tal-lokal, iżur it-tempji ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra għal €2 biss. Matul dan il-Festival se jkun hemm esebizzjoni ta' karozzi antiki, moderni u modifikati bejn id-9am u 12pm. Matul l-għodwa se jkun hemm l-għana tradizzjonali Malti flimkien mal-prim kitarrist Ġorġ Żabliġon u sħabu kif ukoll se jkun hemm it-tberik tal-annimali. L-iscouts tal-Qrendi u tax-Xgħajra se jkunu qegħdin iduru mat- toroq tal-lokal f 'parata li tispiċċa fil-Ġnien tal-Warda. Ix-Sharp Sight Falconry se jkunu magħna matul dan il-festival b'esebizzjoni ta' tjur kbar fejn il-pubbliku jkun jista' jara aktar mill- qrib dawn l-għasafar u anke jieħdu ritratti magħhom. Is-Soċjetajiet Mużikali se jtellgħu stalls ta' ikel li kif inhu mistenni l-prodott ewlieni tkun il-patata Maltija. Apparti minn hekk, min- nofsinhar 'il quddiem se jkun hemm spettaklu provdut minn diversi skejjel ta' żfin u kantanti lokali, kif ukoll Kids Area għat-tfal li se jkunu preżenti għal din l-attività. Se jkun hemm logħob bil- patata, bħalma huma l-potato race kif ukoll is-sack race. Importaturi u esportaturi tal- patata minn raħalna se jkunu qegħdin jesebixxu l-prodotti tagħhom kif ukoll se jesebixxu l-makkinarju li jintuża għaż- żriegħ u biex tinqala' l-patata, kif ukoll makkinarju antik li kien jintuża' fi żminijiet oħra. Mit-3pm 'l quddiem se jkun hemm divertiment kbir provdut minn Freddie Portelli, il-grupp Tea Crisis, ir-rebbieħa tal-Junior Eurovision Song Contest Gaia Cauchi, filwaqt li se jagħlqu l-festival il-grupp popolari The Crowns. Għat-tieni sena konsekuttiva se jerġa' jkollna l-ġelat tal- patata, ġelat li s-sena li għaddiet ħoloq sensazzjoni għal dawk kollha preżenti fil- Ġnien tal-Warda. Din kienet idea innovattiva ta' Euro Caterers u issa dan il-ġelat sar sinonimu mal-Festival Agrarju tal-Patata. Il-Kunsill Lokali tal-Qrendi flimkien mal-Kumitat Organizzativ ta' din l-attività jixtiequ jirringrazzjaw bil- quddiem lil diversi sponsors oħra li qegħdin jgħinuna sabiex dan il-festival ikun suċċess. Għalhekk nistednukom biex nhar taslu wasla sal-Qrendi biex intom ukoll tgawdu magħna waqt dan il-Festival Agrarju tal-Patata. Il-festival qed isir illum fil-Ġnien tal-Warda, il-Qrendi Ftuħ ta' fergħa tal-Banif Bank fil-Mosta FERGĦA ġdida ta' Banif Bank ġiet inawgurata mill-Prim Ministru Joseph Muscat, li stqarr li pajjiżna joffri opportunitajiet eċċellenti fejn jidħlu servizzi finanzjarji u negozji fil-komunità lokali. Il-Prim Ministru fakkar li pajjiżna dejjem adotta atittudni konservattiva fil-mod li bih jitħaddmu l-banek, fatt li wassal biex Malta ħasset l-impatt tal-kriżi finanzjarja ferm inqas minn ġirien Ewropej. Dr. Joseph Muscat ħabbar li l-Ministru tal-Finanzi, l-Awtorità għas- Servizzi Finanzjarji, l-Awtorità dwar il-kompetittività u l-banek qed jaraw kif ir-rati tal-imgħax jistgħu jkunu aktar kompetittivi. B'hekk jiġi faċilitat is-self lin-negozji żgħar bħala parti mill- istrateġija għal aktar tkabbir ekonomiku. Il-Prim Ministru ammetta li mhux faċli li tnaqqas dawn ir-rati iżda saħaq li dan il-pass jista' jseħħ permezz tal- kompetizzjoni speċjalment lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju u lil min jeħtieġ servizzi bankarji iktar kompetittivi. Il-Prim Ministru faħħar lill-Banif Bank għas-suċċessi tiegħu f 'Malta u talli fetaħ fergħa f 'lokalità meqjusa bħala waħda mill-akbar ċentri kummerċjali fil-pajjiż. Il-fergħa l-ġdida tal-Banif Bank fil-Mosta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 May 2014